Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Bortezomib Accord
bortezomib

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għal min qed jagħmel użu minnu


Bortezomib Accord 2.5 mg/mL soluzzjoni għall-injezzjoni

bortezomib


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Jekk inti tingħata Bortezomib Accord għat-trattament ta’ majeloma multipla l-effetti sekondarji li jista’ jkollok huma elenkati taħt:


Effetti sekondarji komuni ħafna (li jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna waħda f’10)


Użu għal ġol-vina:

wara d-dilwizzjoni, 1 mL ta’ soluzzjoni għal injezzjoni ġol-vina fih 1 mg bortezomib.


Użu għal taħt il-ġilda:

1 mL ta’ soluzzjoni għal injezzjoni ġol-vina fih 2.5 mg bortezomib.


Kif jidher Bortezomib Accord u l-kontenut tal-pakkett

Bortezomib Accord soluzzjoni għall-injezzjoni huwa soluzzjoni ċara u bla kulur.


Kunjett tal-ħġieġ ċar b’tapp griż tal-gomma u siġill tal-aluminju, b’tapp oranġjo, li fih 1 mL ta’ soluzzjoni.


image

Kunjett tal-ħġieġ ċar b’tapp griż tal-gomma u siġill tal-aluminju, b’tapp aħmar, li fih 1.4 mL ta’ soluzzjoni.


Daqsijiet tal-pakkett

1 x 1 mL kunjett

4 x 1 mL kunjetti

1 x 1.4 mL kunjett

4 x 1.4 mL kunjetti


Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Accord Healthcare S.L.U.

World Trade Center, Moll de Barcelona, s/n, Edifici Est 6ª planta,

08039 Barcelona, Spanja


Il-Manifattur

Accord Healthcare Polska Sp.z o.o.,

ul. Lutomierska 50,95-200 Pabianice Il-Polonja


Accord Healthcare B.V. Winthontlaan 200, 3526KV Utrecht

In-Netherlands


image

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’<data>.


--------------------------------------------------------------------------------------------------------------


It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti fil-qasam mediku::

Nota: Bortezomib Accord huwa sustanza ċitotossika. Għalhekk, irid jkun hemm kawtela waqt l- immanipular u l-preparazzjoni. Huwa rrakkomandat l-użu ta’ ingwanti u ħwejjeġ protettivi biex tipprevjeni kuntatt mal-ġilda.

Membri tal-persunal tqal m’għandhomx imissu din il-mediċina.


IT-TEKNIKA ASETTIKA GĦANDHA TIĠI OSSERVATA B’MOD STRETT WAQT L-IMMANIĠĠJAR TA’ BORTEZOMIB ACCORD BILLI MA FIHX PRESERVANTI.


Bortezomib 2.5 mg/mL soluzzjoni għall-injezzjoni HUWA GĦAL UŻU TAĦT IL-ĠILDA JEW ĠOL-VINI. M’għandux jingħata minn rotot oħra. L-għoti ġot-teka rriżulta f’mewt.


  1. PREPARAZZJONI GĦALL-INJEZZJONI ĠOL-VINI


      1. Preparazzjoni tal-kunjett ta’ 2.5 mg/1 mL: żid 1.6 mL ta’ 9 mg/mL (0.9%) ta’ soluzzjoni ta’ sodium chloride għall-injezzjoni fil-kunjett li fih Bortezomib.

        Preparazzjoni tal-kunjett ta3.5 mg/1.4 mL: żid 2.2 mL ta9 mg/mL (0.9 %) sodium chloride soluzzjoni għall-injezzjoni fil-kunjett li fih Bortezomib.


        Kull kunjett fih mili żejjed addizzjonali ta’ 0.1 mL. Konsegwentement, il-kunjetti ta’ 1 mL u

        1.4 mL kull wieħed fihom 2.75 mg u 3.75 mg ta’ bortezomib rispettivament.


        Il-konċentrazzjoni tas-soluzzjoni li tinkiseb tkun ta’ 1 mg/mL. Is-soluzzjoni għandha tkun ċara u bla kulur.


      2. Qabel l-għoti, eżamina viżwalment is-soluzzjoni għal xi frak jew bidla fil-kulur. Jekk tosserva bidla fil-kulur jew frak li għadhom ma nħallux, is-soluzzjoni għandha tintrema. Iċċekkja

    l-konċentrazzjoni tal-kunjett sabiex jiġi żgurat li d-doża korretta ser tingħata għar-rotta li

    tingħata ġol-vina (1 mg/mL).


    Is-soluzzjoni dilwita ma fihiex preservanti u għandha tintuża eżatt wara l-preparazzjoni. Madankollu, intwera li l-prodott jibqa’ kimikament u fiżikament stabbli tas-soluzzjoni dilwita waqt l-użu għal 24 siegħa f’temperatura ta’ 20°C -25°C. Il-ħin totali tal-ħżin għall-mediċina dilwita

    m’għandux jaqbeż l-24 siegħa qabel l-għoti. Jekk is-soluzzjoni dilwita ma tintużax minnufih, il- ħinijiet tal-ħżin waqt l-użu u l-kundizzjonijiet ta’ qabel l-użu huma r-responsabbiltà tal-utent.

    M’hemmx għalfejn tipproteġi l-mediċina dilwita mid-dawl.


  2. KIF JINGĦATA GĦAL INJEZZJONI ĠOL-VINI


    1. Hekk kif ikun dilwit, iġbed l-ammont ta’ soluzzjoni dilwit li għandek bżonn skont id-doża kalkulata fuq l-erja tas-superfiċje tal-ġisem tal-pazjent.


    2. Ikkonferma d-doża u l-konċentrazzjoni fis-siringa qabel ma tuża (aċċerta ruħek illi s-siringa hija mmarkata bħala amministrazzjoni għal ġol-vina).


    3. Injetta s-soluzzjoni bħala injezzjoni bolus ta’ bejn 3 u 5 sekondi minn ġo kateter periferali jew ċentrali fil-vina.


    4. Aħsel il-kateter periferali jew fil-vina b’soluzzjoni 9 mg/mL (0.9 %) ta’ sodium chloride.


  3. PREPARAZZJONI GĦAL INJEZZJONI TAĦTIL-ĠILDA


    1. Bortezomib soluzzjoni għall-injezzjoni huwa lest biex jintuża meta jingħata taħt il-ġilda.

      Il-konċentrazzjoni tas-soluzzjoni hi ta’ 2.5 mg/mL. Is-soluzzjoni hi ċara u bla kulur.


    2. Qabel l-għoti, eżamina viżwalment is-soluzzjoni għal xi frak jew bidla fil-kulur. Jekk tosserva bidla fil-kulur jew frak li għadhom ma nħallux, is-soluzzjoni għandha tintrema. Iċċekkja

      l-konċentrazzjoni tal-kunjett sabiex jiġi żgurat li d-doża korretta ser tingħata minn taħt il-ġilda

      (2.5 mg/mL).


    3. Il-prodott ma fihx preservanti u għandu jintuża immedjatament wara li jinġibed l-ammont xieraq ta’ soluzzjoni.


    4. Waqt il-preparazzjoni għall-għoti u waqt l-għoti nnifisu, m’hemmx għalfejn tipproteġi l- mediċina mid-dawl.


  4. KIF JINGĦATA GĦAL INJEZZJONI TAĦTIL-ĠILDA


    1. Iġbed l-ammont ta’ soluzzjoni li għandek bżonn skont id-doża kalkulata fuq l-erja tas- superfiċje tal-ġisem tal-pazjent.


    2. Ikkonferma d-doża u l-konċentrazzjoni fis-siringa qabel ma tuża (aċċerta ruħek illi s- siringa hija mmarkata bħala amministrazzjoni għal taħt il-ġilda).


    3. Injetta s-soluzzjoni taħt il-ġilda f’angolu ta’ 45°-90o.


    4. Is-soluzzjoni għandha tiġi mogħtija taħt il-ġilda minn ġol-koxox (lemin jew xellug) jew iż-żaqq (lemin jew xellug).


    5. Is-sit ta’ injezzjoni għandhom jiddawwru għal injezzjonijiet suċċessivi.


    6. Jekk reazzjonijiet fis-sit lokali tal-injezzjoni jseħħu wara injezzjoni taħt il-ġilda b’bortezomib, huwa rakkomandat li jew tingħata soluzzjoni għal taħt il-ġilda inqas konċentrata ta’ bortezomib (1 mg/mL minflok ta’ 2.5 mg/mL) jew inkella li taqleb għall-injezzjoni ġol-vina.


  5. KIF JINTREMA


Il-kunjett għandu jintuża darba biss u s-soluzzjoni li tibqa’ għandha tintrema.

Kull fdal tal-prodott li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.