Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Avamys
fluticasone furoate

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Avamys 27.5 mikrogrammi/sprejjatura ta’ suspensjoni għal użu bħala sprej fl-imnieħer

fluticasone furoate


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


F’dan il-fuljett

 X’inhu Avamys u għalxiex jintuża

 X’għandek tkun taf qabel ma tuża Avamys

 Kif għandek tuża Avamys

 Effetti sekondarji possibbli

 Kif taħżen Avamys

 Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

Gwida pass wara pass dwar kif għandek tuża l-isprej għall-imnieħer


  1. X’inhu Avamys u għalxiex jintuża


    Avamys (fluticasone furoate) jagħmel parti minn grupp ta’ mediċini msejħa glucocorticoids. Avamys jaħdem biex inaqqas l-infjammazzjoni kkawżata minn allerġija (rinite) u għalhekk inaqqas is-sintomi ta’ allerġija.


    Avamys sprej nażali jintuża fit-trattament ta’ sintomi ta’ rinite allerġika inklużi mnieħer imblukkat jew inixxi, għatis, u għajnejn idemmgħu u ħakk fl-għajnejn fl-adulti u fit-tfal ta’ 6 snin u l-fuq.


    Is-sintomi jistgħu jseħħu fi żminijiet speċifiċi matul is-sena u jistgħu ikunu kawżati minn allerġiji minn polline tal-ħaxix jew tas-siġar (hay fever) u jistgħu ukoll iseħħu s-sena kollha kawżati minn allerġiji għal annimali, insetti mikroskopiċi fl-arja jew għal moffa biex jissemmew uħud mill-aktar komuni.


  2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża Avamys Tużax Avamys

    • Jekk inti allerġiku għal fluticasone furoate jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

      Twissijiet u prekawzjonijiet Tfal u adolexxenti

      Tużax fi tfal taħt l-età ta’ 6 snin.


      It-teħid ta’ Avamys:

      • jista’ jikkawża d-dewmien fl-iżvilupp tat-tfal meta jittieħdu għal żmien twil . It-tabib se jiċċekkja t-tul tat-tifel/tifla tiegħek regolarment, u jaċċerta ruħu li qed/qegħda tieħu l-inqas doża effettiva possibbli.

      • jista’ jikkawża mard ta’ l-għajnejn bħal glawkoma (żjieda fil-pressjoni ta’ l-għajn) jew katarretti (meta tittappan il-lenti ta’ l-għajn). Għid lit-tabib tiegħek jekk kellhekk xi mard bħal dan fl- imgħoddi, jew jekk tinnota vista mċajpra jew disturbi fil-vista oħrajn waqt li qed tieħu Avamys.


        Mediċini oħra u Avamys

        Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, jew ħadt dan l-aħħar, jew tista’ tieħu xi mediċina oħra, inkluż mediċini miksubin mingħajr riċetta ta’ tabib.

        Hu speċjalment importanti li tgħid lit-tabib tiegħek jekk tkun qed tieħu jew dan l-aħħar ħadt xi waħda

        minn dawn il-mediċini li ġejjin:

      • sterojdi injettati jew mill-ħalq

      • sterojdi forma ta’ dlik

      • mediċini għall-ażma.

      • ritonavir jew cobicistat, li jintuża għat-trattament ta’ l-HIV

      • ketoconazole, li jintuża għat-trattament ta' infezzjonijiet fungali


        It-tabib tiegħek jara sew jekk għandekx tieħu Avamys flimkien ma’ dawn il-mediċini. It-tabib tiegħek jista’ jkun irid jimmonitorjak b’attenzjoni jekk tkun qed tieħu dawn il-mediċini minħabba li dawn jistgħu jżidu l-effetti sekondarji ta’ Avamys.


        Avamys m’għandux jintuża flimkien ma’ sprejs oħra għall-imnieħer li jkun fihom sterojdi.


        Tqala u treddigħ

        Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.


        Tużax Avamys jekk int tqila, jew qed tippjana biex toħroġ tqila, sakemm ma jkunx qallek hekk it- tabib jew l-ispiżjar tiegħek.


        Tużax Avamys jekk qed tredda’, sakemm ma jkunx qallek hekk it-tabib jew l-ispiżjar tiegħek.


        Sewqan u tħaddim ta’ magni

        Mhuwiex probabbli li Avamys jaffettwa l-ħila għas-sewqan jew għat-tħaddim ta’ magni


        Avamys fih benzalkonium chloride.

        Din il-mediċina fiha 8.25 mikrogrammi ta’ benzalkonium chloride f’kull sprejjatura

        (27.5 mikrogrammi). Benzalkonium chloride jista’ jikkawża irritazzjoni jew nefħa ġol-imnieħer, speċjalment jekk jintuża għal żmien twil. Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk tħoss xi skonfort

        waqt l-użu ta’ l-isprej.


  3. Kif għandek tuża Avamys


    Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Tieħux aktar mid-doża rrakkomandata. Iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Meta għandek tuża Avamys

    • Użah darba kuljum

    • Dejjem użah fl-istess ħin

      Dan għandu jikkura s-sintomi bil-lejl u bi nhar.


      Kemm idum Avamys qabel jibda jaħdem

      Xi wħud ma jħossux l-effett sħiħ qabel ma jgħaddu xi ġranet mill-ewwel użu ta’ Avamys. Madankollu, normalment ikun effettiv wara 8 sa 24 siegħa li jkun ġie wżat.


      Kemm għandek tuża


      Adulti u tfal ta’ minn 12-il sena ’l fuq

    • Normalment l-ewwel doża tkun ta’ żewġ sprejjaturi f’kull minħar darba kuljum.

    • Meta s-sintomi jkunu kontrollati tista’ tnaqqas id-doża għal sprejjatura waħda f’kull minħar, darba kuljum.


      Tfal minn 6 sa 11-il sena

    • Id-doża li ssoltu tingħata fil-bidu hija sprejjatura waħda f’kull minħar darba kuljum.

    • Jekk is-sintomi jkunu qawwija ħafna it-tabib tiegħek għandu mnejn iżid id-doża għal żewġ sprejjaturi f’kull minħar darba kuljum sakemm is-sintomi jiġu kontrollati. Imbagħad id-doża tista’ possibilment titnaqqas għal sprejjatura waħda f’kull minħar darba kuljum.


      Kif għandek tuża l-isprej għall-imnieħer

      Avamys kważi m’għandu l-ebda togħma jew riħa. Jiġi sprejjat fl-imnieħer bħala sprej fin. Oqgħod attent/a li ma ddaħħalx sprej f’għajnejk. Jekk jiġri dan, laħlaħ għajnejk bl-ilma.


      Wara Sezzjoni 6 ta’ dan il-fuljett hemm gwida pass wara pass dwar kif għandek tuża l-isprej għall- imnieħer. Segwi l-gwida b’attenzjoni biex tikseb il-benefiċċju kollu mill-użu ta’ Avamys

      Ara Gwida pass wara pass dwar kif għandek tuża l-isprej għall-imnieħer, wara Sezzjoni 6.


      Jekk tuża Avamys aktar milli suppost

      Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek


      Jekk tinsa tuża Avamys

      Jekk tinsa tuża xi doża, agħmel dan malli tiftakar.


      Jekk ikun wasal il-ħin għad-doża li jmiss, stenna sakemm ikun sar il-ħin għad-doza illi jmiss. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.


      Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, jew jekk tħoss ftit ta’ l-uġigħ bl-użu ta’ l-isprej għall-imnieħer, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    Reazzjonijiet allerġiċi: ikseb l-għajnuna ta’ tabib minnufih


    Reazzjonijiet allerġiċi għal Avamys huma rari u jaffettwaw inqas minn persuna waħda minn kull 1,000. F’numru żgħir ta’ persuni, reazzjonijiet allerġiċi jistgħu jiżviluppaw fi problema aktar serja li jekk ma tiġix ikkurata tista’ tkun ta’ periklu għall-ħajja. Sintomi jinkludu:

    • jaqbdek ħafna tħarħir, sogħla jew ikollok diffikultà biex tieħu n-nifs

    • tħossok debboli jew sturdut f’daqqa (li jista’ jwassal għal kollass jew telf ta’ koxxjenza)

    • nefħa madwar il-wiċċ

    • raxx jew ħmura fil-ġilda.


    F’ħafna każijiet, dawn is-sintomi ikunu sinjali ta’ effetti sekondarji inqas serji. Iżda jeħtieġ tkun taf li hemm potenzjal li dawn ikunu serji — għalhekk, jekk tinnota xi wieħed minn dawn is-sintomi: Ikkunttatja tabib malajr kemm jista’ jkun.


    Effetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna waħda minn kull 10)

    • Ħruġ ta’ demm mill-imnieħer (ġeneralment ftit), partikolarment jekk tuża Avamys għal aktar minn 6 ġimgħat kontinwament.


      Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10)

    • Ulċerazzjoni fl-imnieħer - li tista’ tikkawża rritazzjoni jew skonfort f’imnieħrek. Għandek mnejn tara ħjut ta’ demm meta tissoffja.

    • Uġigħ ta’ ras.

    • Qtugħ ta’ nifs


      Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100)

    • Uġigħ, ħruq, irritazzjoni, uġigħ jew nixfa ġewwa l-imnieħer.


      Effetti sekondarji rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10,000)

    • Toqob żgħar (perforazzjonijiet) fil-parti ġewwa l-imnieħer li tissepara l-imnifsejn.


      Mhux magħrufa (frekwenza ma tistax tiġi stmata minn dejta disponibbli)

    • Ittardjar tat-tkabbir fit-tfal.

    • Vista mċajpra jew bidliet temporanji fil-vista b’użu fit-tul.

    • Tagħfis fis-sider li jikkawża diffikultà biex tieħu n-nifs.


      Corticosteroids nażali jistgħu jkollhom effett fuq il-produzzjoni normali ta’ ormoni f’ġismek, speċjalment jekk tuża doża għolja għal żmien twil. Fit-tfal, dan l-effett sekondarju jista’ jikkawża dewmien fl-iżvilupp tagħhom.


      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      image

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.


  5. Kif taħżen Avamys


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    L-aħjar mod kif taħżen Avamys sprej għall-imnieħer huwa wieqaf. Żommu dejjem magħluq bl-għatu tiegħu.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta u fuq il-kaxxa. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar. L-isprej għall-imnieħer Avamys għandu jintuża fi żmien xagħrejn wara li jinfetaħ.


    Tagħmlux fil-friġġ jew friża


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Avamys

Is-sustanza attiva hi fluticasone furoate (27.5 mikrogrammi kull doża).

Is-sustanzi l-oħra huma glucose anhydrous, dispersible cellulose, polysorbate 80, benzalkonium chloride, disodium edetate, ilma purifikat (ara sezzjoni 2).


Kif jidher Avamys u l-kontenut tal-pakkett

Il-mediċina hi suspensjoni bajda li tkun fi flixkun tal-ħġieġ ta’ lewn safrani, b’pompa mwaħħla miegħu. Il-flixkun ikun f’kontenitur bajdani tal-plastik b’tapp ikħal ċar u lieva li titħaddem mill- ġenb. Il-kontenitur fih fetħa żgħira biex tkun tista’ tara x’hemm fil-flixkun. Kull doża/sprejjatura

toħroġ madwar 27.5 mikrogrammi ta’ fluticasone furoate. Avamys ikun f’pakketti ta’ 30, 60 u 120 sprejjaturi. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq L-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq: GlaxoSmithKline (Ireland) Limited

12 Riverwalk, Citywest Business Campus Dublin 24, L- Irlanda


Manifattur:

Glaxo Wellcome S.A. Avenida de Extremadura 3 09400 Aranda de Duero Burgos

Spanja


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien GlaxoSmithKline Pharmaceuticals s.a./n.v. Tél/Tel: + 32 (0)10 85 52 00

Luxembourg/Luxemburg GlaxoSmithKline Pharmaceuticals s.a./n.v. Belgique/Belgien

Tél/Tel: + 32 (0)10 85 52 00


България

GlaxoSmithKline (Ireland) Limited Teл.: + 359 80018205

Magyarország

GlaxoSmithKline (Ireland) Limited Tel.: + 36 80088309

Česká republika GlaxoSmithKline s.r.o. Tel: + 420 222 001 111

cz.info@gsk.com

Malta

GlaxoSmithKline (Ireland) Limited Tel: + 356 80065004


Danmark

GlaxoSmithKline Pharma A/S Tlf: + 45 36 35 91 00

dk-info@gsk.com

Nederland GlaxoSmithKline BV Tel: + 31 (0)33 2081100


Deutschland

GlaxoSmithKline GmbH & Co. KG Tel.: + 49 (0)89 36044 8701

produkt.info@gsk.com

Norge GlaxoSmithKline AS Tlf: + 47 22 70 20 00


Eesti

GlaxoSmithKline (Ireland) Limited Tel: + 372 8002640

Österreich

GlaxoSmithKline Pharma GmbH Tel: + 43 (0)1 97075 0

at.info@gsk.com


Ελλάδα

GlaxoSmithKline Μονοπρόσωπη A.E.B.E. Τηλ: + 30 210 68 82 100

Polska

GSK Services Sp. z o.o. Tel.: + 48 (0)22 576 9000


España GlaxoSmithKline, S.A. Tel: + 34 900 202 700

es-ci@gsk.com

Portugal

GlaxoSmithKline – Produtos Farmacêuticos, Lda. Tel: + 351 21 412 95 00

FI.PT@gsk.com


France

Laboratoire GlaxoSmithKline Tél.: + 33 (0)1 39 17 84 44

diam@gsk.com

România

GlaxoSmithKline (Ireland) Limited Tel: + 40 800672524


Hrvatska

GlaxoSmithKline (Ireland) Limited Tel: + 385 800787089

Slovenija

GlaxoSmithKline (Ireland) Limited Tel: + 386 80688869


Ireland

GlaxoSmithKline (Ireland) Limited Tel: + 353 (0)1 4955000

Slovenská republika GlaxoSmithKline (Ireland) Limited Tel: + 421 800500589


Ísland

Vistor hf.

Tel: +354 535 7000

Suomi/Finland GlaxoSmithKline Oy Puh/Tel: + 358 (0)10 30 30 30

Finland.tuoteinfo@gsk.com


Italia

GlaxoSmithKline S.p.A. Tel: + 39 (0)45 7741 111

Sverige GlaxoSmithKline AB Tel: + 46 (0)8 638 93 00

info.produkt@gsk.com


Κύπρος

GlaxoSmithKline (Ireland) Limited

United Kingdom (Northern Ireland)

GlaxoSmithKline (Ireland) Limited

Τηλ: + 357 80070017 Tel: + 44 (0)800 221441

customercontactuk@gsk.com

Latvija

GlaxoSmithKline (Ireland) Limited Tel: + 371 80205045


Lietuva

GlaxoSmithKline (Ireland) Limited Tel: + 370 80000334


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’


/

GWIDA PASS WARA PASS DWAR KIF GĦANDEK TUŻA L-ISPREJ GĦALL-IMNIEĦER


Id-dehra ta’ l-isprej għall-imnieħer

image

L-isprej għall-imnieħer huwa disponibbli fi flixkun tal-ħġieġ lewn l-ambra ġewwa qoxra tal-plastik – ara stampa a. Ser ikun fih 30, 60 jew 120 sprejjatura, skond id-daqs tal-pakkett li ġejt preskritt.


EN

MT

FRONT

QUDDIEM

BACK

WARA

cap

għatu

nozzle

żennuna

mist-release button

buttuna li terħi l-isprej

window

fetħa


Il-fetħa fil-qoxra tal-plastik tħallik tara kemm fadal Avamys fil-flixkun. Ser tkun tista’ tara l-livell ta’ likwidu għall-flixkun ta’ sprej ġdid ta’ 30 jew 60, iżda mhux għall-flixkun ta’ sprej ġdid ta’ 120 peress li l-livell ta’ likwidu huwa aktar il-fuq mill-fetħa.


Sitt affarijiet importanti li għandek tkun taf dwar l-isprej għall-imnieħer

Preparazzjoni ta’ l-isprej għall-imnieħer tgħin tiżgura li inti dejjem tieħu d-doża kollha tal-mediċina. Segwi dawn il-passi:


image

  1. Bl-għatu f’postu, ħawwad l-isprej għall-imnieħer bis-saħħa għal madwar 10 sekondi.

  2. Neħħi l-għatu billi tagħfas sew il-ġnub ta’ l-għatu b’subgħajk il-kbir u s-saba’ l-werrej– ara stampa e.


  3. Żomm l-isprej għall-imnieħer wieqaf, wara mejjel u pponta iż-żennuna l-bogħod minnek.

    image

  4. Għafas il-buttuna sew sa ġewwa. Għamel dan ta’ l-inqas 6 darbiet sakemm jinħeles sprej fin fl-arja – ara stampa f.


L-isprej għall-imnieħer issa huwa lest għall-użu. Użu ta’ l-isprej għall-imnieħer

1 Ħawwad sew l-isprej għall-imnieħer.

  1. Neħħi l-għatu.

  2. Omħot biex tnaddaf imnifsejk, wara mejjel rasek ftit ’l quddiem.

4. Poġġi ż-żennuna ġo wieħed mill-imnifsejn – ara stampa ġ. Ipponta t-tarf taż-żennuna kemmxejn il-barra, il-bogħod mill-parti tan-nofs ta’ mnieħrek. Dan jgħin iwassal il-mediċina fil-parti t-

tajba ta’ mnieħrek.

  1. Waqt li tieħu nifs ’l ġewwa minn ġo mnieħrek, għafas il-buttuna sew sa ġewwa– ara stampa

    ħ.


    image


  2. Neħħi ż-żennuna minn imnifsejk u ħu nifs ’l barra minn ġo ħalqek.

  3. Jekk id-doża tiegħek hija 2 sprejjaturi f’kull imnifsejn irrepeti passi 4 sa 6.

  4. Irrepeti passi 4 sa 7 biex tikkura l-imnifsejn l-ieħor.

  5. Erġa poġġi l-għatu fuq l-isprej għall-imnieħer.


Tindif ta’ l-isprej għall-imnieħer Wara kull użu:

1 Imsaħ iż-żennuna u l-parti ta’ ġewwa ta’ l-għatu b’karta assorbenti nadifa u xotta – ara stampi

i u j.


image


  1. Tużax ilma biex tnaddfu.

  2. Qatt m’għandek tuża labra jew xi ħaġa taqta’ fuq iż-żennuna.

  3. Dejjem erġa’ għalaq il-flixkun bl-għatu ladarba tlesti.


Jekk l-isprej għall-imnieħer jidher li mhux qed jaħdem: