Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Evista
raloxifene

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Evista 60 mg pilloli miksija b’rita

raloxifene hydrochloride


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Evista.



Mhux probabbli li Evista tikkawża l-ħruġ tad-demm mill-vaġina. Għalhekk, jekk hemm xi demm ġej mill-vaġina waqt li qed tieħu Evista dan mhux mistenni. Għandek tkun investigata mit-tabib tiegħek.


Evista ma tneħħilekx is-sintomi li jitfaċċaw wara l-menopawsa, bħall-fwawar.

Evista tbaxxilek il-livell totali tal-kolesterol u tal- kolesterol LDL (dak li hu ‘ħażin’). Bħala regola ġenerali m’għandhiex effett fuq it-trigliċeridi jew il- kolesterol HDL (dak li hu ‘tajjeb’). Madankollu,

jekk kont tieħu l-estroġenu fil-passat u kellek livelli għoljin ħafna ta’ trigliċeridi, għandek tkellem lit-

tabib tiegħek qabel tieħu Evista.


Evista fiha l-lactose

Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek xi intollerenza għall-lattosju, tip ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu din il-mediċina.


Mediċini oħra u Evista


Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar, jew tista’ tieħu, xi mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta.


Jekk qiegħda tieħu xi mediċini għall-qalb li fihom id-diġitalis jew qiegħda tieħu xi antikoagulanti bħal warfarin biex traqaq id-demm, hemm il-possibilità li t-tabib tiegħek ikollu bżonn jagħmel xi tibdil żgħir fid-doża ta’ dawn il-mediċini.


Għid lit-tabib tiegħek jekk qiegħda tieħu cholestyramine, mediċina li tintuża l-iżjed biex tbaxxi l- livelli tax-xaħam fid-demm għax Evista tista’ ma taħdimx sew.


Tqala u Treddigħ

Evista hija biss għall-użu minn nisa wara l-menopawsa u m’għandhiex tittieħed minn nisa li għad jista’ jkollhom tarbija. Evista tista’ tagħmel ħsara lit-tarbija tiegħek li għad trid titwieled.

Tieħux Evista jekk inti qed tredda’ għax tista’ toħroġ fil-ħalib tas-sider.


Sewqan u tħaddim ta’ magni

Evista m’għandha ebda effett jew għandha effett negliġibbli fuq is-sewqan jew it-tħaddim ta’ magni.

  1. Kif gћandek tieћu Evista


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib. Għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Id-doża hija pillola waħda kuljum. Ma tagħmilx differenza f’liema ħin tal-ġurnata tieħu l-pillola tiegħek, iżda jekk tieħu l-pillola fl-istess ħin kuljum, dan jgħin biex tiftakar teħodha.Tista’ teħodha mal-ikel jew fuq stonku vojt.


    Il-pilloli huma għall-użu orali.

    Ibla’ l-pillola sħiħa. Jekk trid, tista’ tniżżilha b’tazza ilma. M’għandekx tkisser jew tfarrak il-pillola qabel ma teħodha. Pillola miksura jew mfarrka tista’ tintiegħem hażin u hemm il-possibbiltà li ma tirċivix doża korretta.


    It-tabib tiegħek sejjer jgħidlek għal kemm żmien għandek tieħu Evista. It-tabib għandu mnejn jagħtik parir biex tieħu supplimenti tal-calcium u tal-vitamina D.


    Jekk tieħu Evista aktar milli suppost

    Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Jekk tieħu aktar Evista milli suppost, jista’ jkollok bugħawwiġijiet f’riġlejk u sturdament.


    Jekk tinsa tieħu Evista

    Ħu l-pillola hekk kif tiftakar, imbagħad kompli bħas-soltu. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għad-doża li tkun insejt tieħu.


    Jekk tieqaf tieħu Evista

    Għandek tkellem l-ewwel lit-tabib tiegħek. Hu importanti ħafna li tibqa’ tieħu Evista sakemm ikun ordnalek it-tabib. Evista tista’ biss tikkuralek jew tipprevenilek l-osteoporożi jekk tkompli tieħu l-

    pilloli.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  2. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd. Il-maġġoranza ta’ l-effetti sekondarji li dehru b’Evista kienu ħfief.


    1. aktar effetti sekondarji komuni (jaffettwaw aktar minn pazjent 1 minn kull 10) huma:

      • Fwawar (vażodilatazzjoni)

      • Sindromu tal-influwenza

      • Sintomi gastro-intestinali bħal tqalligħ, rimettar, uġigħ addominali u stonku mqalleb

      • Żieda fil-pressjoni tad-demm


        Effetti sekondarji komuni (jaffettwaw minn 1 sa 10 pazjenti minn kull 100) huma:

      • Uġigħ ta’ ras inkluża l-emikranja

      • Bugħawwiġijiet fir-riġlejn

      • Nefħa ta’ l-idejn, tas-saqajn u tar-riġlejn (edima periferali)

      • Ġebel fil-marrara

      • Raxx

      • Sintomi ħfief fis-sider bħal uġigħ, żieda fid-daqs u fis-sensittività

        Effetti sekondarji mhux komuni ( jaffettwaw minn 1 sa 10 pazjenti minn kull 1000) huma:

      • Riskju ogħla ta’ koaguli tad-demm fir-riġlejn ( trombożi tal-vini fil-fond)

      • Riskju ogħla ta’ koaguli tad-demm fil-pulmuni ( emboliżmu pulmonari)

      • Riskju ogħla ta’ koaguli tad-demm fl-għajnejn (trombożi fil-vina tar-retina)

      • Il-ġilda madwar vina tkun ħamra u tuġa’ (tromboflebite tal-vini superfiċjali)

      • Formazzjoni ta’ embolu f’xi arterja ( per eżempju puplesija, inkluż żieda fir-riskju li tmut minn puplesija)

      • Tnaqqis fin-numru ta’ plejtlits fid-demm


    F’każijiet rari ħafna, waqt kura b’Evista jistgħu jiżdiedu l-livelli ta’ l-enzimi tal-fwied fid-demm.


    Rappurtar tal-effetti sekondarji

    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistemata’rappurtarnazzjonalimniżżlaf’AppendiċiV. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  3. Kif taħżen Evista


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużahx wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-pakkett wara ‘JIS’. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall- aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Aħżen fil-pakkett oriġinali. Tiffriżahx.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  4. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fiha Evista

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/ Belgien SUBSTIPHARM Tél/Tel: 080077098

България

SUBSTIPHARM

Тел.: +33 1 43 18 13 00

Česká republika

SUBSTIPHARM

Tel: +33 1 43 18 13 00

Danmark

SUBSTIPHARM

Tlf: +33 1 43 18 13 00

Deutschland SUBSTIPHARM Tel: 08001801783

Eesti

SUBSTIPHARM

Tel: +33 1 43 18 13 00

Ελλάδα

ΦΑΡΜΑΣΕΡΒ ΕΛΛΑΣ

Τηλ: +30 210 620 8372

España SUBSTIPHARM Tel: 900993317

France

SUBSTIPHARM

Tél: +33 1 43 18 13 00

Hrvatska

SUBSTIPHARM

Tel: +33 1 43 18 13 00

Ireland SUBSTIPHARM Tel: 1800300170

Ísland

SUBSTIPHARM

Simi: +33 1 43 18 13 00

Italia SUBSTIPHARM Tel: 800780088

Κύπρος

SUBSTIPHARM

Τηλ: +33 1 43 18 13 00

Latvija

SUBSTIPHARM

Tel.: +33 1 43 18 13 00

Lietuva

SUBSTIPHARM

Tel: +33 1 43 18 13 00

Luxembourg/Luxemburg

SUBSTIPHARM

Tél/Tel: 80024806 Magyarország SUBSTIPHARM

Tel: +33 1 43 18 13 00

Malta

SUBSTIPHARM

Tel: +33 1 43 18 13 00

Nederland SUBSTIPHARM Tel: 08000228089

Norge

SUBSTIPHARM

Tlf: +33 1 43 18 13 00

Österreich SUBSTIPHARM Tel: 0800298153

Polska

SUBSTIPHARM

Tel: +33 1 43 18 13 00

Portugal SUBSTIPHARM Tel: 800833006

România

SUBSTIPHARM

Tel: +33 1 43 18 13 00

Slovenija

SUBSTIPHARM

Tel: +33 1 43 18 13 00

Slovenská republika

SUBSTIPHARM

Tel: +33 1 43 18 13 00

Suomi/Finland

SUBSTIPHARM

Puh./Tel: +33 1 43 18 13 00

Sverige

SUBSTIPHARM

Tel: +33 1 43 18 13 00

United Kingdom (Northern Ireland)

SUBSTIPHARM

Tel: +33 1 43 18 13 00


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’: xahar SSSS


/