Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Aripiprazole Zentiva
aripiprazole

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Aripiprazole Zentiva 5 mg pilloli Aripiprazole Zentiva 10 mg pilloli Aripiprazole Zentiva 15 mg pilloli Aripiprazole Zentiva 30 mg pilloli aripiprazole


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.


F’dan il-fuljett


  1. X’inhuwa Aripiprazole Zentiva u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Aripiprazole Zentiva

  3. Kif għandek tieħu Aripiprazole Zentiva

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen Aripiprazole Zentiva

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhuwa Aripiprazole Zentiva u għalxiex jintuża


    Aripiprazole Zentiva fih is-sustanza attiva aripiprazole u jappartjeni għal grupp ta’ mediċini msejħa antipsikotiċi.

    Huwa jintuża biex jiġu kkurati adulti u adolexxenti li għandhom 15-il sena jew aktar li jbatu minn

    marda kkaratterizzata minn sintomi bħalma huma smigħ, viżta jew ħass ta’ affarijiet li mhumiex hemm, suspetti, ħsieb ħażin, diskors li ma jiftehimx u mġiba mħawwda u mingħajr emozzjoni. Nies li jbatu b’din il-kundizzjoni jistgħu wkoll iħossuhom imdejqin, ħatja, anzjużi u b’tensjoni.


    Aripiprazole Zentiva jintuża biex jikkura adulti u adolexxenti li għandhom 13-il sena jew aktar li jsofru minn kundizzjoni b’sintomi bħalma huma li wieħed iħossu ewforiku żżejjed, ikollu ammonti

    eċċessivi ta’ enerġija, jeħtieġ ferm inqas irqad min-normal, jitkellem malajr ħafna b’ideat li jiġu malajr ħafna u xi kultant b’irritabilità severa. F’adulti jipprevjenu wkoll din il-kundizzjoni milli terġa’ tiġi

    lura f’pazjenti li jkunu rrispondew għat-trattament b’Aripiprazole Zentiva.


  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Aripiprazole Zentiva Tiħux Aripiprazole Zentiva:

    • jekk inti allerġiku għal aripiprazole jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis- sezzjoni 6).


      Twissijiet u prekawzjonijiet

      Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu Aripiprazole Zentiva:

      Ħsibijiet u mġiba suwiċidali ġew irrappurtati waqt trattament b’aripiprazole. Għarraf lit-tabib tiegħek minnufih jekk qed jiġuk ħsibijiet jew tħoss li trid tweġġa’ lilek innifsek.

      Qabel ma tibda t-trattament b’ Aripiprazole Zentiva, għid lit-tabib tiegħek jekk tbati minn:

    • livell għoli ta’ zokkor fid-demm (ikkaratterizzat minn sintomi bħal għatx eċċessiv, produzzjoni ta’ ammonti kbar ħafna ta’ awrina, żieda fl-aptit u tħossok dgħajjef) jew storja ta’ dijabete fil- familja tiegħek

    • aċċessjoni (konvulżjoni) peress li t-tabib tiegħek għandu mnejn ikun irid jissorveljak aktar mill-qrib

    • movimenti irregolari, involontarji tal-muskoli, b’mod speċjali fil-wiċċ

    • mard kardjovaskulari (mard tal-qalb u taċ-ċirkolazzjoni), storja ta’ mard kardjovaskulari fil-familja, puplesija jew attakk ħafif ta’ puplesija, pressjoni mhux normali

    • emboli tad-demm, jew storja medika fil-familja ta’ emboli tad-demm, peress li mediċini

      antipsikotiċi ġew assoċjati mal-formazzjoni ta’ emboli tad-demm

    • esperjenza ta’ logħob tal-ażżard eċċessiv fil-passat


    Jekk tara li qed ittella’ l-piż, tiżviluppa movimenti mhux tas-soltu, ikollok ngħas li jfixkel l-attivitajiet normali ta’ kuljum, xi diffikultà biex tibla’ jew sintomi ta’ allerġija, jekk jogħġbok għid lit-tabib tiegħek.


    Jekk inti pazjent anzjan li qed issofri minn dimenzja (telf ta’ memorja u ta’ abbiltajiet mentali oħra), inti jew minn jieħu ħsiebek/qarib tiegħek għandkom tgħidu lit-tabib tiegħek jekk qattx kellek puplesija jew “mini” puplesija.


    Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk qed jgħaddulek ħsibijiet jew aptit li tweġġa’ lilek innifsek. Ħsibijiet u imġiba ta’ suwiċidju ġew irrapportati matul trattament b’aripiprazole.


    Avża lit-tabib tiegħek minnufih jekk issofri minn ebusija jew nuqqas ta’ flessibilità tal-muskoli b’deni għoli, għaraq, stat mentali li jinbidel, jew taħbit tal-qalb rapidu ħafna jew irregolari.


    Għid lit-tabib tiegħek jekk inti jew il-familja tiegħek/il-persuna li qed tieħu ħsiebek jinnutaw li inti qed tiżviluppa xenqat jew impulsi qawwija li ġġib ruħek b’mod li mhux soltu għalik u ma tkunx tista’ tirreżisti l-impuls, ix-xewqa jew it-tentazzjoni biex twettaq ċerti attivitajiet li jistgħu jkunu ta’ ħsara għalik innifsek jew għall-oħrajn. Dawn jissejħu disturbi fil-kontroll tal-impuls u jistgħu jinkludu

    mġiba bħal logħob tal-azzard li jsir vizzju, li tiekol jew tonfoq b’mod eċċessiv, li jkollok aptit sesswali qawwi b’mod mhux normali jew preokkupazzjoni b’żieda fi ħsibijiet jew sensazzjonijiet sesswali.

    It-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn li jaġġusta jew iwaqqaf id-doża tiegħek.


    Aripiprazole jista’ jikkaġuna ħedla, waqgħa fil-pressjoni tad-demm meta tqum bilwieqfa, sturdament u bidlet fil-ħila tiegħek li tiċċaqlaq u żżomm il-bilanċ, li jistgħu jwasslu għal waqgħat. Għandha tittieħed kawtela, b’mod partikolari jekk inti pazjent anzjan jew għandek xi debilità.


    Tfal u adolexxenti

    Tużax din il-mediċina fi tfal u adolexxenti li għadhom m’għalqux 13-il sena. Mhux magħruf jekk hix sikura u effettiva f’dawn il-pazjenti.


    Mediċini oħra u Aripiprazole Zentiva

    Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra, li jinkludu dawk miksuba mingħajr riċetta tat-tabib.


    Mediċini li jbaxxu l-pressjoni tad-demm: Aripiprazole Zentiva jista’ jqawwi l-effett tal-mediċini li jintużaw biex ibaxxu l-pressjoni. Aċċerta ruħek li tgħid lit-tabib jekk inti qiegħed/qegħda tieħu pilloli tal-pressjoni.


    Meta tkun qed tieħu Aripiprazole Zentiva ma’ xi mediċini oħra jista’ jfisser li t-tabib ikollu bżonn ibiddel id-doża tiegħek ta’ Aripiprazole Zentiva jew tal-mediċini l-oħra. Huwa importanti b’mod speċjali li ssemmi dawn li ġejjin lit-tabib tiegħek:

    • mediċini li jikkoreġu r-ritmu tal-qalb (bħal quinidine, amiodarone, flecainide)

    • antidipressanti jew rimedju magħmul mill-ħxejjex użati biex jittrataw depressjoni u ansjetà (bħal fluoxetine, paroxetine, venlafaxine, St John’s Wort)

    • mediċini ta’ kontra l-moffa (bħal ketoconazole, itraconazole)

    • ċerti mediċini biex jittrattaw infezzjoni ta’ HIV (bħal efavirenz, nevirapine, u impedituri ta’ protease eż. indinavir, ritonavir)

    • antikonvulsanti użati biex jittrattaw l-epilessija (bħal carbamazepine, phenytoin, phenobarbital)

    • ċerti antibijotiċi użati biex jittrattaw it-tuberkolosi (rifabutin, rifampicin)


      Dawn il-mediċini jistgħu jżidu r-riskju ta’ effetti sekondarji jew jibdlu l-effett ta’ Aripiprazole Zentiva; jekk ikollok xi sintomu mhux tas-soltu meta tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini flimkien ma’ Aripiprazole Zentiva, għandek tara lit-tabib tiegħek.


      Mediċini li jgħollu l-livell ta’ serotonin jintużaw b’mod tipiku f’kundizzjonijiet li jinkludu depressjoni, disturb ta’ ansjetà ġenerali, disturb ossessiv kompulsiv (OCD – obsessive compulsive disorder) u fobja soċjali kif ukoll emigranja u uġigħ:

    • triptans, tramadol u tryptophan użati għal kundizzjonijiet li jinkludu depressjoni, disturb ta’ ansjetà ġenerali, disturb ossessiv kompulsiv (OCD) u fobja soċjali kif ukoll emigranja u uġigħ

    • inibituri selettivi tat-teħid mill-ġdid ta’ serotonin (SSRIs) (bħal paroxetine u fluoxetine) użati għal depressjoni, OCD, paniku u ansjetà

    • antidipressanti oħra (bħal venlafaxine u trytophan) użati għal depressjoni maġġuri

    • triċikliċi (bħal clomipramine u amitriptyline) użati għal mard depressiv

    • St John’s Wort (Hypericum perforatum) użat bħala rimedju magħmul mill-ħxejjex għal depressjoni ħafifa

    • mediċini li jtaffu l-uġigħ (bħal tramadol u pethidine) użati biex itaffu l-uġigħ

    • triptans (bħal sumatriptan u zolmitripitan) użati għal trattament ta’ emigranja


      Dawn il-mediċini jistgħu jżidu r-riskju ta’ effetti sekondarji; jekk ikollok xi sintomu mhux tas-soltu, meta tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini flimkien ma’ Aripiprazole Zentiva, għandek tara lit-tabib tiegħek.


      Aripiprazole Zentiva ma’ ikel, xorb u alkoħol

      Din il-mediċina tista’ tittieħed mingħajr il-bżonn ta’ ikel. Alkoħol għandu jiġi evitat.


      Tqala, treddigħ u fertilità

      Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

      Is-sintomi li ġejjin jistgħu jseħħu fi trabi tat-twelid, ta’ ommijiet li użaw il-pilloli Aripiprazole Zentiva fl-aħħar trimestru (l-aħħar tliet xhur tat-tqala tagħhom): rogħda, ebusija u/jew dgħufija tal-muskoli,

      ngħas, aġitazzjoni, problemi bit-teħid tan-nifs, u diffikultà biex jerdgħu. Jekk it-tarbija tiegħek tiżviluppa xi wieħed minn dawn is-sintomi, jista’ jkollok bżonn tikkuntattja lit-tabib tiegħek.

      Jekk qed tieħu Aripiprazole Zentiva, it-tabib tiegħek ser jiddiskuti miegħek jekk għandekx tredda’

      meta jitqies il-benefiċċju tat-terapija tiegħek għalik u l-benefiċċju tat-treddigħ għat-tarbija tiegħek. M’għandekx tagħmilhom it-tnejn. Kellem lit-tabib tiegħek dwar l-aħjar mod kif tisqi t-tarbija tiegħek jekk qed tirċievi din il-mediċina.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni

      Problemi ta’ sturdament u vista jistgħu jseħħu waqt it-trattament b’din il-mediċina (ara sezzjoni 4). Dan għandu jiġi kkunsidrat f’każijiet fejn viġilanza sħiħa hija meħtieġa, eż. waqt is-sewqan ta’ vettura jew ġestjoni t’inġenji.


      Aripiprazole Zentiva fih il-lactose

      Jekk it-tabib qallek li għandek intolleranza għal ċerti tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu dan il-prodott mediċinali.


      Aripiprazole Zentiva fih sodium

      Din il-mediċina fiha anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) għal kull pillola, jiġifieri essenzjalment ‘ħielsa mis-sodium’.

  3. Kif għandek tieħu Aripiprazole Zentiva


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Iċċekkja mat- tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Id-doża rakkomandata għall-adulti hija 15 mg darba kuljum. Iżda t-tabib tiegħek jista’ jagħtik riċetta għal doża iktar baxxa jew ogħla, sa massimu ta’ 30 mg kuljum.


    Użu fit-tfal u fl-adolexxenti

    Dan il-prodott mediċinali jista’ jinbeda f’doża baxxa bil-forma ta’ soluzzjoni (likwidu) orali. Id-doża tista’ tiżdied gradwalment għad-doża rakkomandata għall-adolexxenti ta’ 10 mg darba kuljum. Iżda t- tabib tiegħek jista’ jagħtik riċetta għal jordnalek doża iktar baxxa jew ogħla sa massimu ta’ 30 mg darba kuljum.


    Jekk tħoss li l-effett ta’ Aripiprazole Zentiva huwa qawwi wisq jew dgħajjef wisq, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


    Ipprova ħu Aripiprazole Zentiva kuljum fl-istess ħin. Ma jimpurtax jekk toħodhomx mal-ikel jew fuq stonku vojt. Dejjem ħu l-pillola mal-ilma u iblagħha sħiħa.


    Anke jekk tħossok aħjar, ara li ma tbiddilx id-doża ta’ Aripiprazole Zentiva jew tieqaf milli tieħu l- pilloli Aripiprazole Zentiva qabel ma tieħu parir mit-tabib tiegħek.


    Aripiprazole Zentiva 10 mg, 30 mg: Is-sinjal imnaqqax mhuwiex intiż biex tinqasam il-pillola.


    Jekk tieħu Aripiprazole Zentiva aktar milli suppost

    Jekk tinduna li ħadt iktar Aripiprazole Zentiva milli qallek it-tabib (jew jekk xi ħadd ieħor ħadlek xi pilloli ta’ Aripiprazole Zentiva), ikkuntattja lit-tabib tiegħek mill-ewwel. Jekk ma tistax issib lit-tabib, mur l-isptar l-iżjed qrib tiegħek u ħu l-pakkett tal-pilloli miegħek.

    Pazjenti li jkunu ħadu wisq aripiprazole ħassew is-sintomi li ġejjin:

    • taħbit mgħaġġel tal-qalb, aġitazzjoni/aggressività, problemi fit-taħdit.

    • movimenti mhux tas-soltu (speċjalment tal-wiċċ jew l-ilsien) u livell mnaqqas ta’ koxjenza.


      Sintomi oħra jistgħu jinkludu:

    • konfużjoni akuta, konvulżjonijiet (epilessija), koma, kombinazzjoni ta’ deni, tieħu n-nifs aktar malajr, tegħreq

    • ebusija tal-muskoli, u ħedla jew ngħas, tieħu n-nifs aktar bil-mod, tifga’, pressjoni għolja jew baxxa, ritmi mhux normali tal-qalb.

      Ikkuntattja lit-tabib tiegħek jew l-isptar immedjatament jekk tħoss xi wieħed minn t’hawn fuq.


      Jekk tinsa tieħu Aripiprazole Zentiva

      Jekk tinsa’ tieħu doża, ħu d-doża li ma ħadtx malli tiftakar iżda m’għandekx tieħu żewġ dożi f’ġurnata waħda.


      Jekk tieqaf tieħu Aripiprazole Zentiva

      M’għandekx twaqqaf it-trattament tiegħek għax sempliċiment tħossok aħjar. Huwa importanti li inti tkompli tieħu l-pilloli Aripiprazole Zentiva sakemm it-tabib tiegħek ikun qallek li għandek tkompli

      teħodhom.


      Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

    Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10):

    • dijabete mellitus,

    • diffikultà biex torqod,

    • tħossok anzjuż,

    • tħossok aġitat u mhux kapaċi toqgħod ma tiċċaqlaqx, diffikultà biex toqgħod bilqiegħda u ma tiċċaqlaqx,

    • akatiżja (sensazzjoni skomda ta’ irrikwitezza interna u ħtieġa irreżistibbli ta’ ċaqlieq

      kostanti,

    • kontrazzjonijiet, skossi jew movimenti ta’ tkagħwieġ mhux kontrollabbli,

    • itterter,

    • uġigħ ta’ ras,

    • għeja,

    • ngħas,

    • sturdament ,

    • vista mċajpra u li mhix iffokata,

    • tnaqqis fl-ammont jew diffikultà biex ikun hemm moviment fl-imsaren,

    • indiġestjoni,

    • tħossok ma tiflaħx,

    • aktar bżieq fil-ħalq mis-soltu,

    • rimettar,

    • tħossok għajjien.


      Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100 persuna):

    • żieda fil-livelli tal-ormon prolaktin fid-demm,

    • wisq zokkor fid-demm,

    • depressjoni,

    • interess mibdul jew ogħla fis-sess,

    • movimenti mhux ikkontrollati tal-ħalq, l-ilsien u dirgħajn/riġlejn (diskinesja tardiva),

    • disturb muskolari, li jikkawża movimenti ta’ brim (distonja),

    • riġlejn irrikweti,

    • vista doppja,

    • sensittività tal-għajn għad-dawl,

    • qalb tħabbat mgħaġġel,

    • waqgħa fil-pressjoni malli tqum bilwieqfa li jikkaġuna sturdament, tħossok li ser tistordi jew ħass ħażin,

    • sulluzzu.


      L-effetti sekondarji li ġejjin kienu rrappurtati sa minn meta aripiprazole orali tqiegħed fis-suq, iżda l- frekwenza li bihom iseħħu mhijiex magħrufa:

    • livelli baxxi ta’ ċelluli bojod tad-demm,

    • livelli baxxi ta’ plejtlits tad-demm,

    • reazzjoni allerġika (eż. nefħa fil-ħalq, ilsien, wiċċ u gerżuma, ħakk, urtikarja),

    • bidu jew aggravar tad-dijabete, ketoaċidożi (ketoni fid-demm u fl-awrina) jew koma,

    • livell għoli ta’ zokkor fid-demm,

    • m’hemmx biżżejjed sodju fid-demm,

    • nuqqas t’aptit (anoressija),

    • telf fil-piż,

    • żieda fil-piż,

    • ħsibijiet ta’ suwiċidju, tentattiv ta’ suwiċidju u suwiċidju,

    • tħossok aggressiv,

    • aġitazzjoni;

    • nervożiżmu,

    • kombinazzjoni ta’ deni, ebusija tal-muskoli, teħid tan-nifs aktar mgħaġġel, ħruġ ta’ għaraq, nuqqas ta’ konoxxenza u tibdil f’daqqa fil-pressjoni tad-demm u fir-rata tat-tħabbit tal-qalb,

      ħass ħażin (sindromu newrolettiku malinn),

    • konvulżjoni,

    • sindromu ta’ serotonin (reazzjoni li tista’ tikkawża lil persuna tħossha ferħana ħafna, ħedla, imbarazzat, b’irrikwitezza, tħossok xurban, bid-deni, bl-għaraq jew muskolu riġidi),

    • disturbi fid-diskors,

    • twaħħil tal-ballun tal‑għajn f’pożizzjoni waħda,

    • mewt għall-għarrieda bla spjegazzjoni,

    • taħbit tal-qalb irregolari li jista’ jkun ta’ theddida għall-ħajja,

    • attakk tal-qalb,

    • il-qalb tħabbat aktar bil-mod,

    • emboli tad-demm fil-vini, speċjalment fir-riġlejn (is-sintomi jinkludu nefħa, uġigħ u ħmura fir- riġel), li jistgħu jgħaddu minn ġol-vini/arterji għall-pulmun, u jikkawżaw uġigħ fis-sider u diffikultà biex tieħu n-nifs (jekk tinnota xi wieħed minn dawn is-sintomi, fittex parir mediku immedjatament),

    • pressjoni għolja,

    • ħass ħażin,

    • bligħ aċċidentali ta’ ikel b’riskju ta’ pnewmonja (infezzjoni tal-pulmun)

    • spażmi tal-muskoli madwar il-kaxxa vokali,

    • infjammazzjoni tal-frixa,

    • diffikultà biex tibla’,

    • dijarea,

    • skumdità addominali,

    • skumdità fl-istonku,

    • insuffiċjenza tal-fwied,

    • infjammazzjoni tal-fwied,

    • sfurija tal-ġilda u tal-parti l-bajda tal-għajnejn,

    • rapporti ta’ valuri anormali ta’ testijiet tal-fwied,

    • raxx tal-ġilda,

    • sensittività tal-ġilda għad-dawl,

    • tfartis,

    • tegħreq iżżejjed,

    • reazzjonijiet allerġiċi serji bħar-Reazzjoni għall-Mediċina b’Eosinofilja u Sintomi Sistemiċi (DRESS). DRESS tibda b’sintomi bħal tal-influwenza b’raxx fuq il-wiċċ li mbagħad jinfirex,

      temperatura għolja, glandoli limfatiċi minfuħin, livelli għoljin ta’ enzimi tal-fwied li jidhru fit-

      testijiet tad-demm u żieda f’tip ta’ ċelloli bojod tad-demm (eosinofilja),

    • kollass mhux normali tal-muskoli li jista’ jwassal għal problemi fil-kliewi,

    • uġigħ fil-muskoli,

    • ebusija,

    • telf involontarju ta’ awrina (inkontinenza),

    • diffikultà biex tgħaddi l-awrina,

    • sintomi ta’ rtirar fi trabi li għadhom kif jitwieldu f’każ ta’ esponiment waqt it-tqala,

    • erezzjoni bl-uġigħ u/jew fit-tul,

    • diffikultà fil-kontroll tat-temperatura tal-ġisem jew sħana eċċessiva,

    • uġigħ fis-sider,

    • nefħa fl-idejn, fl-għekiesi jew fis-saqajn,

    • f’testijiet tad-demm: zokkor fid-demm li jitla’ u jinżel, żieda fl-emoglobina glikosillata

    • ma tkunx kapaċi tirreżisti l-impuls, ix-xewqa jew it-tentazzjoni li twettaq azzjoni li tista’ tkun ta’ ħsara għalik jew għall-oħrajn, li tista’ tinkludi:

      • impuls qawwi li tilgħab logħob tal-azzard/tagħmel imħatri b’mod eċċessiv minkejja

        konsegwenzi serji personali jew għall-familja,

      • interess sesswali mibdul jew miżjud u mġiba ta’ tħassib sinifikanti għalik jew għall- oħrajn, pereżempju, żieda fl-aptit sesswali,

      • xiri jew infiq bla kontroll u eċċessiv,

      • teħid ta’ ikel bla rażan (tiekol ammonti kbar ta’ ikel fi ftit ħin) jew tiekol b’mod kompulsiv (tiekol aktar ikel minn normal u aktar milli jkun hemm bżonn biex tissodisfa l-

        ġuħ tiegħek),

      • tendenza li titlaq titlajja.

    Għid lit-tabib tiegħek jekk tesperjenza kwalunkwe minn dawn l-imġibiet; hu/hi se jiddiskuti miegħek modi ta’ kif timmaniġġja jew tnaqqas is-sintomi.

    F’pazjenti anzjani bid-dimenzja, każijiet aktar fatali ġew irrappurtati waqt it-teħid ta’ aripiprazole. Barra minn hekk, każijiet ta’ puplesija jew puplesija “ħafifa” ġew irrappurtati.


    Effetti sekondarji oħra fit-tfal u l-adolexxenti

    Adolexxenti li kellhom 13-il sena jew aktar, kellhom effetti sekondarji li kienu simili fil-frekwenza u fit-tip għal dawk fl-adulti, ħlief li l-irqad, kontrazzjonijiet jew movimenti bl-iskossi li ma setgħux jiġu kkontrollati, ma kellhomx kwiet f’ġisimhom u għeja kienu komuni ħafna (aktar minn 1 f’kull 10 pazjenti) u wġigħ fil-parti ta’ fuq tal-addome, ħalq xott, żieda fir-rata ta’ taħbit tal-qalb, żieda fil-piż, żieda fl-aptit, kontrazzjonijiet tal-muskoli, movimenti mhux ikkontrollati tad-dirgħajn u tas-saqajn, u sensazzjoni ta’ sturdament, speċjalment meta tqum bilwieqfa meta tkun mimdud/a jew bilqiegħda, kienu komuni (aktar minn 1 f’kull 100 pazjent).


    Rappurtar tal-effetti sekondarji

    image

    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament

    permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  5. Kif taħżen Aripiprazole Zentiva


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-folja u l-kartuna wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Aripiprazole Zentiva

Is-sustanza attiva hi aripiprazole. Kull pillola fiha 5 mg/10 mg/15 mg/30 mg ta’ aripiprazole.

Is-sustanzi l-oħra huma lactose monohydrate, microcrystalline cellulose, crospovidone, hydroxypropyl cellulose, silica colloidal anhydrous, croscarmellose sodium, magnesium stearate.


Kif jidher Aripiprazole Zentiva u l-kontenut tal-pakkett

Il-pilloli Aripiprazole Zentiva 5 mg huma pilloli tondi mhux miksija minn bojod sa ofwajt b’xifer ċatt iċċanfrat b’‘5’ imnaqqxa fuq naħa waħda u bla marki fuq in-naħa l-oħra b’dijametru ta’ madwar

6 mm.


Il-pilloli Aripiprazole Zentiva 10 mg huma pilloli tondi mhux miksija minn bojod sa ofwajt b’‘10’ imnaqqxa fuq naħa waħda u b’linja li taqsam il-pillola fuq in-naħa l-oħra b’dijametru ta’ madwar 8 mm.


Il-pilloli Aripiprazole Zentiva 15 mg huma pilloli tondi mhux miksija minn bojod sa ofwajt b’xifer ċatt iċċanfrat b’‘15’ imnaqqxa fuq naħa waħda u bla marki fuq in-naħa l-oħra b’dijametru ta’ madwar

8.8 mm.


Il-pilloli Aripiprazole Zentiva 30 mg huma pilloli mhux miksija forma ta’ kapsula minn bojod sa ofwajt b’‘30’ imnaqqxa fuq naħa waħda u b’linja li taqsam il-pillola fuq in-naħa l-oħra b’qies ta’ madwar 15.5 x 8 mm.

Daqs tal-pakkett: 14, 28, 49, 56, jew 98 pillola

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Zentiva, k.s.

U Kabelovny 130

102 37 Prague 10

Ir-Repubblika Ċeka


Manifattur

S.C. Zentiva S.A.

50 Theodor Pallady Blvd. Bucharest 032266

Ir-Rumanija


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien

Zentiva, k.s.

Tél/Tel: +32 280 86 420

PV-Belgium@zentiva.com


България

Zentiva, k.s.

Тел: + 359 2 805 72 08

PV-Bulgaria@zentiva.com


Česká republika

Zentiva, k.s.

Tel: +420 267 241 111

PV-Czech-Republic@zentiva.com


Danmark

Zentiva, k.s.

Tlf: +45 787 68 400

PV-Denmark@zentiva.com


Deutschland

Zentiva Pharma GmbH Tel: +49 (0) 800 53 53 010

PV-Germany@zentiva.com


Eesti

Zentiva, k.s.

Tel: +372 52 70308

PV-Estonia@zentiva.com


Ελλάδα

Zentiva, k.s.

Τηλ: +30 211 198 7510

PV-Greece@zentiva.com


España

Zentiva, k.s.

Tel: +34 931 815 250

PV-Spain@zentiva.com

Lietuva

Zentiva, k.s.

Tel: +370 52152025

PV-Lithuania@zentiva.com


Luxembourg/Luxemburg

Zentiva, k.s.

Tél/Tel: +352 208 82330

PV-Luxembourg@zentiva.com


Magyarország

Zentiva, k.s.

Tel.: +36 299 1058

PV-Hungary@zentiva.com


Malta

Zentiva, k.s.

Tel: +356 277 82 052

PV-Malta@zentiva.com


Nederland

Zentiva, k.s.

Tel: +31 202 253 638

PV-Netherlands@zentiva.com


Norge

Zentiva, k.s.

Tlf: +47 219 66 203

PV-Norway@zentiva.com


Österreich

Zentiva, k.s.

Tel: +43 720 778 877

PV-Austria@zentiva.com


Polska

Zentiva Polska Sp. z o.o. Tel: + 48 22 375 92 00

PV-Poland@zentiva.com

France

Zentiva France

Tél: +33 (0) 800 089 219

PV-France@zentiva.com


Hrvatska

Zentiva d.o.o.

Tel: +385 1 6641 830

PV-Croatia@zentiva.com


Ireland

Zentiva, k.s.

Tel: +353 766 803 944

PV-Ireland@zentiva.com


Ísland

Zentiva, k.s.

Sími: +354 539 0650

PV-Iceland@zentiva.com


Italia

Zentiva Italia S.r.l. Tel: +39-02-38598801

PV-Italy@zentiva.com


Κύπρος

Zentiva, k.s.

Τηλ: +357 240 30 144

PV-Cyprus@zentiva.com


Latvija

Zentiva, k.s.

Tel: +371 67893939

PV-Latvia@zentiva.com


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Portugal

Zentiva Portugal, Lda Tel: +351210601360

PV-Portugal@zentiva.com


România

ZENTIVA S.A.

Tel: +4 021.304.7597

PV-Romania@zentiva.com


Slovenija

Zentiva, k.s.

Tel: +386 360 00 408

PV-Slovenia@zentiva.com


Slovenská republika

Zentiva, a.s.

Tel: +421 2 3918 3010

PV-Slovakia@zentiva.com


Suomi/Finland

Zentiva, k.s.

Puh/Tel: +358 942 598 648

PV-Finland@zentiva.com


Sverige

Zentiva, k.s.

Tel: +46 840 838 822

PV-Sweden@zentiva.com


United Kingdom (Northern Ireland)

Zentiva, k.s.

Tel: +44 (0) 800 090 2408

PV-United-Kingdom@zentiva.com


Informazzjoni ddettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini