Paġna ewlenija Paġna ewlenija

NovoNorm
repaglinide

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


NovoNorm ta’ 0.5 mg NovoNorm 1 mg

NovoNorm 2 mg


Repaglinide


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.


F’dan il-fuljett:


1. X’inhu NovoNorm u għalxiex jintuża

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu NovoNorm

  1. Kif għandek tieħu NovoNorm

  2. Effetti sekondarji possibbli

5. Kif taħżen NovoNorm

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu NovoNorm u gћalxiex jintuża


    NovoNorm hu mediċina orali kontra d-dijabete li fih repaglinide, li jgħin il-frixa tiegħek tipproduċi iżjed insulina u b’hekk tnaqqas il-livell taż-żokkor (glucose) fid-demm.


    Id-dijabete ta’ tip 2 hija marda fejn l-frixa tiegħek ma tagħmilx insulina biżżejjed biex ikun ikkontrollat il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jew fejn il-ġisem tiegħek ma jirrispondix b’mod normali għall-insulina li tipproduċi.


    NovoNorm jintuża bħala żieda mad-dieta u l-eżerċizzju biex tiġi ikkontrollata d-dijabete tat-tip 2 fl- adulti: normalment il-kura tinbeda jekk id-dieta, l-eżerċizzju u t-tnaqqis fil-piż waħidhom ma kinux kapaċi jikkontrollaw (jew inaqqsu) il-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek. NovoNorm jista’ wkoll jingħata flimkien ma’ metformin, mediċina oħra għad-dijabete.


    Ġie muri li NovoNorm inaqqas iz-zokkor fid-demm, li jgħin biex tippreveni kumplikazzjonijiet mid- dijabete tiegħek.


  2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu NovoNorm


    Tiħux NovoNorm


    • Jekk inti allerġiku/a għal repaglinide jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

    • Jekk inti għandek id-dijabete ta’ tip 1.

    • Jekk il-livell ta’ l-aċtu fid-demm tiegħek jogħla (ketoaċidożi dijabetika).

    • Jekk għandek mard serju fil-fwied.

    • Jekk tieħu gemfibrozil (mediċina biex tnaqqas il-livelli għoljin ta’ xaħam fid-demm).


      Twissijiet u prekawzjonijiet

      Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu NovoNorm


    • Jekk għandek problemi tal-fwied . NovoNorm m’huwiex rakkomandat f’pazjenti li għandhom mard moderat fil-fwied. NovoNorm m’għandux jittieħed jekk għandek mard sever tal-fwied (ara Tieħux NovoNorm).

    • Jekk għandek problemi fil-kliewi. NovoNorm għandu jittieħed b’kawtela.

    • Jekk dalwaqt ser ikollok operazzjoni maġġuri jew jekk dan l-aħħar kellek xi marda jew infezzjoni severa. F’dawn iż-żminijiet jista’ jintilef il-kontroll dijabetiku.

    • Jekk għandek inqas minn 18-il sena jew iżjed minn 75 sena, NovoNorm m’huwiex

    rakkomandat.. Ma ġiex studjat f’dawn il-gruppi ta’ età.


    Kellem lit-tabib tiegħek jekk xi waħda minn dawn ta’ hawn fuq tapplika għalik. NovoNorm jista’ ma jkunx adattat għalik. It-tabib tiegħek ser jagħtik parir dwar dan.


    Tfal u adolexxenti

    Tiħux din il-mediċina jekk għandek inqas minn 18-il sena.


    Jekk ikollok ipo (livell baxx ta’ zokkor fid-demm)


    Jista’jkollok ipo (taqsira għal ipogliċemija) jekk il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jitbaxxa żżejjed. Dan jista’ jiġri:

    • Jekk tieħu wisq NovoNorm

    • Jekk tagħmel aktar eżercizzju mis-soltu.

    • Jekk tieħu mediċini oħra jew tbati minn xi problemi fil-fwied jew fil-kliewi (ara sezzjonijiet oħra ta’ 2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu NovoNorm)


      Is-sinjali ta’ twissija ta’ ipo jistgħu jiġu għall-għarrieda u jistgħu jinkludu: għaraq kiesaħ; ġilda friska u pallida; uġigħ ta’ ras; tħabbit mgħaġġel tal-qalb ; tħossok imdardar; tħossok ħafna bil-ġuħ ; tibdil temporanju fil-vista; ngħas; għeja jew dgħjufija mhux tas-soltu; nervożità jew rogħda; tħossok anzjuż/a; tħossok konfuż/a; diffikultà biex tikkonċentra.

      Jekk il-livell taz-zokkor fid-demm huwa baxx jew jekk tħoss li ġejja ipo: kul pilloli tal-glucose

      jew ħu ikla ħafifa jew xarba li fiha ħafna zokkor, imbagħad strieħ.

      Meta s-sintomi ta’ l-ipogliċemija jkunu għebu jew meta l-livelli taz-zokkor fid-demm ikunu stabbli, kompli l-kura b’NovoNorm.

      Għid lin-nies li għandek id-dijabete u jekk iħossok ħażin (tintilef minn sensik) minħabba ipo, huma għandhom idawwruk fuq ġenbek u jitolbu għajnuna medika mill-aktar fis. M’għandhom jagħtuk l- ebda ikel jew xorb. Dan jista’ jifgak.

    • Jekk ipogliċemija serja ma tkunx ittrattata, din tista tikkawża ħsara fil-moħħ (temporanja jew

      permanenti) u anke l-mewt.

    • Jekk għandek ipo li jġiegħlek tintilef minn sensik, jew ħafna ipos, kellem lit-tabib tiegħek.

      Jista’ jkun hemm bżonn li jiġi aġġustat l-ammont ta’ NovoNorm, ikel jew eżerċizzju.


      Jekk iz-zokkor fid-demm tiegħek jitla’ żżejjed


      Iz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jitla’ żżejjed (ipergliċemija). Dan jista’ jiġri:

    • Jekk tieħu ftit wisq ta’ NovoNorm

    • Jekk għandek infezzjoni jew deni

    • Jekk tiekol aktar mis-soltu

    • Jekk tagħmel inqas eżerċizzju mis-soltu


      Is-sinjali ta’ twissija ta’ livell għoli wisq ta’ zokkor fid-demm jidhru gradwalment. Dawn jinkludu: żieda fl-awrinazzjoni; tħossok bil-għatx; ġilda xotta u ħalq xott. Tkellem mat-tabib tiegħek. Jista’ jkun hemm bżonn li jiġi aġġustat l-ammont ta’ NovoNorm, ikel jew eżerċizzju


      Mediċini oħra u NovoNorm

      Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.


      Tista’ tieħu NovoNorm ma’ metformin, mediċina oħra għad-dijabete, jekk jiktiblek riċetta għaliha t- tabib. Jekk tieħu gemfibrozil (użat biex inaqqas livelli għoljin ta’ xaħam fid-demm) m’għandekx tieħu NovoNorm.


      Il-mod kif il-ġisem tiegħek jirrispondi għal NovoNorm jista’ jinbidel jekk tieħu mediċini oħrajn, speċejalment dawn:

    • Inibituri ta’ monoamine oxidase (MAOI) (użati għall-kura tad-dipressjoni)

    • Beta blokkanti (użati għall-kura ta’ pressjoni tad-demm għoli jew kundizzjonijiet tal-qalb)

    • Inibituri ACE (użati għall-kura ta’ kundizzjonijiet tal-qalb)

    • Salicylates (eż. aspirina)

    • Octreotide (użat għall-kura tal-kanċer)

    • Mediċini antiinfjammatorji li m’humiex sterojdi (NSAIDS) (tip ta’ mediċina għal kontra l- uġigħ)

    • Sterojdi (sterojdi anaboliċi u kortikosterojdi- użati għall-anemija jew għall-kura ta’ l-

      infjammazzjoni)

    • Kontraċettivi orali (pilloli użati għall-kontroll tat-tqala)

    • Thiazides (dijuretiċi jew ‘pilloli biex tneħħi l-ilma żejjed’

    • Danazol (użat għall-kura ta’ ċisti fis-sider u l-endometrjożi)

    • Prodotti tat-tirojde (użati għall-kura ta’ livelli baxxi ta’ l-ormoni tat-tirojde)

    • Simpatomimetiċi (jintużaw biex jikkuraw l-ażma)

    • Clarithromycin, trimethoprim, rifampicin ( mediċini antibijotiċi)

    • Itraconazole, ketoconazole (mediċini antifungali)

    • Gemfibrozil (użat għall-kura ta’ xaħam għoli fid-demm)

    • Ciclosporin ( jintuża biex ibaxxi s-sistema immuni)

    • Deferasirox ( użat biex jitnaqqas l-ammont kroniku żejjed ta’ ħadid)

    • Clopidogrel (jippreveni l-formazzjoni ta’ ċapep ta’ demm)

    • Phenytoin, carbamazepine,Phenobarbital (użati għall-kura ta’ l-epilessija)

    • St.John’s wort (mediċina magħmula mill-ħxejjex)


      NovoNorm ma’ alkoħol


      L-alkoħol jista’ jbiddel il-kapaċità ta’ NovoNorm li jnaqqas iz-zoqqor fid-demm. Oqgħod attent għas- sinjali ta’ ipo.


      Tqala u treddigħ


      Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.


      M’għandekx tieħu NovoNorm jekk inti tqila jew jekk qed tippjana li toħroġ tqila. M’għandekx tieħu NovoNorm jekk inti qed tredda’.

      Sewqan u tħaddim ta’ magni


      Il-kapaċità tiegħek li ssuq jew tħaddem xi makkinarju jista’ jiġi affettwat jekk iz-zokkor fid-demm tiegħek huwa baxx jew għoli. Żomm f’moħħok li tista’ tiperikola lilek innifsek jew lil oħrajn. Jekk jogħġbok għid lit-tabib tiegħek jekk tistax issuq jekk

    • Ikollok ipos ta’ spiss

    • Ikollok ftit jew ebda sinjali ta’ twissija ta’ ipos


  3. Kif gћandek tieћu NovoNorm

    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    It-tabib tiegħek se jara kemm għandha tkun id-doża tiegħek.


    • Id-doża normali tal-bidu hi ta’ 0.5 mg li tittieħed qabel kull ikla prinċipali. Ibla’ l-pilloli ma’

    tazza ilma eżatt qabel jew sa 30 minuta qabel kull ikla prinċipali.

    • Id-doża tista’ tkun aġġustata mit-tabib tiegħek sa massimu ta’ 4 mg li għandha tittieħed eżatt qabel jew sa 30 minuta qabel kull ikla prinċipali. Id-doża massima rakkomandata hi ta’ 16 mg

      kuljum.


      Tiħux NovoNorm aktar milli rrakkomandalek it-tabib tiegħek.


      Jekk tieħu aktar NovoNorm milli suppost


      Jekk tieħu żżejjed pilloli, iz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jinżel ħafna, u dan iwassal għal ipo . Jekk

      jogħġbok ara Jekk ikollok ipo jew x’inhi ipo u kif għandek tikkuraha.


      Jekk tinsa tieħu NovoNorm


      Jekk taqbeż doża, ħu d-doża li jmiss bħas-soltu - tiħux doża doppja.


      Jekk tieqaf tieħu NovoNorm


      Kun af li l-effett mixtieq ma jkunx milħuq jekk tieqaf tieħu NovoNorm. Id-dijabete tiegħek tista’ tmur għall-agħar. Jekk ikun hemm bżonn ta’ xi tibdil fil-kura, l-ewwel kellem lit-tabib tiegħek.


      Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’ kulħadd.


    Ipogliċemija

    L-aktar effett sekondarju frekwenti hu l-ipogliċemija li tista’ taffettwa sa 1 minn kull 10 pazjenti (ara

    Jekk ikollok ipo f’sezzjoni 2). Ħafna drabi r-reazzjonijiet ipogliċemiċi huma ħfief għal moderati iżda xi kultant jistgħu jiżviluppaw f’telf mis-sensi jew koma ipogliċemika. Jekk jiġri hekk, ikun hemm bżonn ta’ għajnuna medika.


    Allerġija

    L-allerġija hija rari (tista’ taffettwa sa 1 minn kull 10,000 pazjent). Sintomi bħal nefħa, diffikultà biex tieħu n-nifs, tħabbit mgħaġġel tal-qalb, tħossok sturdut/a u għaraq jistgħu jkunu sinjali ta’ reazzjoni anafilattika. Għamel kuntatt ma’ tabib minnufih.


    Effetti sekondarji oħra

    Komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10 pazjenti)

    • Uġigħ fl-istonku

    • Dijarea


      Rari (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 1000 pazjent)

    • Sindromu koronarju akut (iżda jista’ ma jkunux minħabba l-mediċina).


      Rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10,000 pazjent)

    • Rimettar

    • Stitikezza

    • Disturbi fil-vista

    • Problemi serji fil-fwied, funzjoni tal-fwied mhux normali, żieda fl-enzimi tal-fwied fid-demm

      tiegħek


      Frekwenza mhux magħrufa

    • Sensittività eċċessiva (bħal raxx, ħakk fil-ġilda, il-ġilda tiħmar, nefħa fil-ġilda)

    • Tħossok imdardar (tqalligħ).


    Rappurtar tal-effetti sekondarji

    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett

    image

    sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  5. Kif taħżen NovoNorm


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u l-folja tal-fojl wara JIS. Id-

    data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar. Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità.

    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih NovoNorm

magnesium stearate, meglumine, poloxamer, iron oxide isfar (E172) fil-pilloli ta’ 1 mg biss u

iron oxide aħmar (E172) fil-pilloli ta’ 2 mg biss.


Kif jidher NovoNorm u l-kontenut tal-pakkett


Il-pilloli NovoNorm huma tondi u konvessi u mnaqqxa bil-logo ta’ Novo Nordisk (Apis bull). Issibhom f’qawwiet ta’ 0.5 mg, 1 mg u 2 mg. Il-pilloli ta’ 0.5 mg huma bojod, il-pilloli ta’ 1 mg huma sofor, u l-pilloli ta’ 2 mg fihom il-lewn il-ħawħa. Erba’ daqsijiet ta’ pakketti ta’ folja huma disponibbli. Kull pakkett fih 30, 90, 120 jew 270 pillola.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għal skop kummerċjali.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur


Novo Nordisk A/S

Novo Allé, DK-2880 Bagsværd, Id-Danimarka.


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

.