Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Somavert
pegvisomant

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


SOMAVERT 10 mg trab u solvent għal soluzzjoni għal injezzjoni SOMAVERT 15 mg trab u solvent għal soluzzjoni għal injezzjoni SOMAVERT 20 mg trab u solvent għal soluzzjoni għal injezzjoni SOMAVERT 25 mg trab u solvent għal soluzzjoni għal injezzjoni SOMAVERT 30 mg trab u solvent għal soluzzjoni għal injezzjoni


pegvisomant


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Kif jidher SOMAVERT u l-kontenut tal-pakkett


SOMAVERT huwa ppreżentat bħala trab u solvent għal injezzjoni (10 mg, 15 mg, 20 mg, 25 mg jew 30 mg pegvisomant ġo kunjett u 1 ml ta’ solvent f’siringa mimlija għal-lest). Il-pakketti fihom 1 u/jew

30. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.It-trab huwa abjad u s-solvent hu ċar u mingħajr kulur.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur:

Detenturtal-Awtorizzazzjonigħat-Tqegħidfis-Suq:


Pfizer Europe MA EEIG Boulevard de la Plaine 17 1050 Bruxelles

Il-Belġju


Manifattur:


Pfizer Manufacturing Belgium NV Rijksweg 12

2870 Puurs Il-Belġju


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq;


België/Belgique/Belgien Luxembourg/Luxemburg

Pfizer S.A./N.V. Pfizer S.A.

Tél/Tel: +32 (0)2 554 62 11 Tél/Tel: +32 (0)2 554 62 11


България Magyarország

Пфайзер Люксембург САРЛ, Клон България Pfizer Kft.

Тел.: +359 2 970 4333 Tel.: + 36 1 488 37 00


Česká republika Malta

Pfizer, spol. s r.o. Vivian Corporation Ltd.

Tel: +420 283 004 111 Tel: +356 21344610


Danmark Nederland

Pfizer ApS Pfizer bv

Tlf: +45 44 20 11 00 Tel: +31 (0)10 406 43 01


Deutschland Norge

Pfizer Pharma GmbH Pfizer AS

Tel: +49 (0)30 550055 51000 Tlf: +47 67 52 61 00


Eesti Österreich

Pfizer Luxembourg SARL Eesti filiaal Pfizer Corporation Austria Ges.m.b.H. Tel: +372 666 7500 Tel: +43 (0)1 521 15-0


Ελλάδα Polska

PFIZER ΕΛΛΑΣ Α.Ε. Pfizer Polska Sp. z o.o.

Τηλ.: +30 210 6785800 Tel.: +48 22 335 61 00


España Portugal

Pfizer S.L. Laboratórios Pfizer, Lda.

Tel: +34 91 490 99 00 Tel: +351 21 423 5500


France România

Pfizer Pfizer România S.R.L.

Tél: +33 (0)1 58 07 34 40 Tel: +40 (0)21 207 28 00


Hrvatska Slovenija

Pfizer Croatia d.o.o. Tel: + 385 1 3908 777

Pfizer Luxembourg SARL, Pfizer, podružnica za svetovanje s področja farmacevtske dejavnosti,

Ljubljana

Tel: + 386 (0)1 52 11 400


Ireland Slovenská republika

Pfizer Healthcare Ireland Pfizer Luxembourg SARL, organizačná zložka

Tel: 1 800 633 363 (toll free)

+44 (0)1304 616161

Tel: + 421 2 3355 5500


Ísland Suomi/Finland

Icepharma hf Pfizer Oy

Simi: + 354 540 8000 Puh/Tel: +358 (0)9 43 00 40


Italia Sverige

Pfizer S.r.l. Pfizer AB

Tel: +39 06 33 18 21 Tel: +46 (0)8 55052000


Κύπρος United Kingdom (Northern Ireland)

PFIZER ΕΛΛΑΣ Α.Ε. (CYPRUS BRANCH) Pfizer Limited

Τηλ: +357 22 817690 Tel: +44 (0)1304 616161


Latvija

Pfizer Luxembourg SARL filiāle Latvijā Tel: +371 6 70 35 775


Lietuva

Pfizer Luxembourg SARL filialas Lietuvoje Tel. +3705 2514000


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}.

. Hemm ukoll links għal siti elettroniċi oħra dwar mard rari u kura.

STRUZZJONIJIET GĦALL-UŻU

Trab ta’ SOMAVERT f’kunjett bis-solvent f’siringa mimlija għal-lest pegvisomant għal injezzjoni

Għal Injezzjoni Minn Taħt il-Ġilda Biss kunjett ta’ doża waħda


SOMAVERT jiġi f’kunjett bħala blokka bajda ta’ trab. Għandek tħallat SOMAVERT ma’ likwidu (dilwent) qabel ma tkun tista’ tużah.

Il-likwidu jiġi f’siringa mimlija għal-lest ittikkettjata ‘Solvent għal SOMAVERT’. Tużax kwalunkwe likwidu ieħor sabiex tħallat ma’ SOMAVERT.

Huwa importanti li ma tipprovax tagħti injezzjoni lilek innifsek jew lil xi ħadd ieħor sakemm ma tkunx irċevejt taħriġ mill-fornitur tal-kura tas-saħħa tiegħek.


Aħżen il-kartuna(iet) tal-kunjetti bit-trab fil-friġġ minn 2°C sa 8°C u ’l bogħod mid-dawl tax-xemx dirett. Il-kartuna(iet) li fihom SOMAVERT kunjett(i) bit-trab jistgħu jinħażnu f’temperatura tal-kamra li ma taqbiżx il-25°C għal perjodu wieħed ta’ mhux aktar minn 30 ġurnata. Ikteb id-Data sa meta jrid jintuża fuq il-kartuna, inkluż il-jum/xahar/sena (sa 30 ġurnata mid-data li tneħħa/tneħħew mill-friġġ). Il-kunjett(i) irid(u) jiġu protetti mid-dawl. Terġax tpoġġi din il-mediċina fil-friġġ.


Armi l-mediċina jekk tkun għadha ma ntużatx sad-Data l-ġdida sa meta trid tintuża jew sad-data ta’ meta tiskadi li hemm stampata fuq il-kartuna, skont liema tiġi l-ewwel.


Is-siringa(i) tas-solvent mimlija minn qabel tista' tinħażen f'temperatura tal-kamra. Żomm fejn ma jintlaħaqx mit-tfal.


  1. Affarijiet li għandek bżonn


    Pakkett wieħed SOMAVERT li fih:

    • Kunjett ta’ trab SOMAVERT.

    • Siringa mimlija għal-lest bis-solvent.

    • Labra tas-sigurtà Ser ikollok bżonn ukoll:

    • Boċċa tat-tajjar.

    • Swab tal-alkoħol.

    • Kontenitur għal oġġetti li jaqtgħu.


      għatu tal-kunjett


      Kunjett

      tapp tal-kunjett

      (bit-tapp tal-kunjett imneħħi)


      data tal-iskadenza


      fetħa fit-tapp



      kappa tas-siringa għatu ta’ protezzjoni tal-labra

      bettija


      għatu tal-labra


      labra tas-sigurtà


      Siringa

      kullar tas-siringa


      qabda

      virga tal-planġer


      image

  2. Il-bidu


    Qabel tibda:

    • Ħallat SOMAVERT u s-solvent biss meta tkun lest biex tinjetta d-doża.

    • Ħu pakkett SOMAVERT wieħed mill-friġġ u ħallih joqgħod għat-temperatura tal-kamra b’mod naturali f’post sikur.

    • Aħsel idejk bis-sapun u l-ilma, u nixxifhom sew.

    • Iftaħ il-pakkett tas-siringa u l-labra tas-sigurtà sabiex tagħmilha aktar faċli li tiġbor kull oġġett hekk kif tippreparahom għall-injezzjoni tiegħek.

    • Tużax is-siringa jew il-kunjett jekk:

      • għandhom il-ħsara jew huma difettużi;

      • id-data tal-iskadenza għaddiet;

      • ġiet iffriżata, anke jekk issa inħallet (siringa biss).


  3. Agħżel is-sit tal-injezzjoni


    3 Agħżelis-sittal-injezzjoni


    Dirgħajn jew naħa ta’ isfel tad-daħar Dahar naħa ta’ fuq tad- dirgħajn.

    (Fornitur tal-kura tas- saħħa jew min qiegħed jikkura biss)


    Addome:

    Żomm mill-anqas 2 pulzieri

    (5 ċm) ‘il bogħod miż-

    żokra.


    Koxox


    image

    • Agħżel post differenti ġo sit għal kull injezzjoni.

    • Evita siti bl-għadam jew siti li huma mbenġlin, ħomor, muġugħin jew ibsin, jew żoni li għandhom iċ-ċikatriċi hew kundizzjonijiet tal-ġilda.

    • Naddaf is-sit tal-injezzjoni bi swab bl-alkoħol kif qallek tagħmel il-fornitur tas-saħħa

      tiegħek

    • Ħalli s-sit tal-injezzjoni jinxef.


      image

  4. Neħħi l-għatu tal-kunjett


    4 Neħħi l-għatu tal-kunjett


    • Neħħi l-għatu mill-kunjett

    • Armi l-għatu; ma hemmx bżonnu aktar.

      Attenzjoni: Tħalli xejn imiss it-tapp tal-kunjett.


      image

  5. Neħħi l-għatu tas-siringa


    1. Neħħi l-għatu tas-siringa


      snap


      • Aqsam l-għatu tas-siringa. Jista’ jkun li tagħmel sforz aktar milli tistenna sabiex taqsmu.

      • Armi l-għatu tas-siringa; mhemmx bżonnu aktar.

      • Żomm is-siringa ’l fuq sabiex tevita t-tnixxija.

        Attenzjoni: Tħallix it-tarf tas-siringa jmiss ma x’imkien meta l-għatu tas-siringa jkun maqlugħ.

        image

  6. Waħħal il-labra tas-sigurtà


    1. Waħħal il-labra tas-sigurtà


      • Dawwar il-labra tas-sigurtà sew fuq is-siringa kemm jista’ jkun.


        image

  7. Neħħi l-għatu tal-labra


    1. Neħħil-għatutal-labra


      • Itwi l-għatu ta’ protezzjoni tal-labra biex ma jkunx fin-nofs tal-għatu tal-labra.

      • Iġbed l-għatu tal-labra b’attenzjoni minnufih.

      • Armi l-għatu tal-labra; ma hemmx bżonnu aktar.

        Attenzjoni: Tħalli l-labra tmiss ma’ mkien.

  8. Daħħal il-labra


    1. Daħħal il-labra


      image

      • Imbotta l-labra minn ġoċ-ċentru tat-tapp tal-kunjett, kif muri.

      • Żomm is-siringa waqt li l-labra qiegħda fit-tapp tal-kunjett sabiex ma titgħawwiġx il-labra


        image

  9. Żid il-likwidu


    1. Żid il-likwidu


      • Mejjel kemm il-kunjett kif ukoll is-siringa f’angolu, kif muri.

      • Imbotta l-virga tal-planġer ’l isfel bil-mod sakemm il-likwidu kollu jitbattal fil-kunjett.

      • Attenzjoni: Tferrax il-likwidu direttament fuq it-trab, minħabba li dan joħloq ir-ragħwa.

        Il-mediċina ma tkunx tista’ tintuża bir-ragħwa.

      • Toħroġx il-labra issa.

        image

  10. Dawwar il-kunjett


    1. Dawwar il-kunjett


      • Żomm kemm is-siringa kif ukoll il-kunjett b’id waħda, kif muri.

      • Dawwar il-likwidu bil-mod, żerżaq il-kunjett inti u ddawwar fuq wiċċ ċatt.

      • Kompli dawwar il-likwidu sakemm it-trab ikun inħall kollu.

        Nota: Din tista’ tieħu sa 5 minuti.


        image

  11. Iċċekkja l-mediċina


    1. Iċċekkja l-mediċina


      • Żomm il-labra fil-kunjett, ħares sew lejn il-mediċina. Għandha tkun ċara u ħielsa mill-frak.

      • Tużax jekk:

        • il-mediċina hija mċajpra jew imdardra;

        • il-mediċina għandha xi kulur;

        • hemm xi frak jew hemm saff ta’ ragħwa fil-kunjett.

          image

  12. Erġa’ ppożizzjona l-labra


    1. Erġa’ ppożizzjona l-labra


      • Dawwar il-kunjett ħalli tkun tista’ tara l-fetħa fit-tapp, kif muri.

      • Iġbed il-labra ’l isfel ħalli l-ponta tal-labra tkun fl-aktar punt baxx fil-likwidu. Dan ser jgħinek tiġbed kemm jista’ jkun likwidu.

      • Iċċekkja li l-virga tal-planġer ma ċċaqalqitx – jekk iva, imbuttaha kollha kemm hi ġos- siringa. Dan jiżgura li l-arja kollha titneħħa mis-siringa qabel tiġbed id-doża.


        image

  13. Iġbed id-doża


    1. Iġbed id-doża


      • Iġbed il-planġer lura bil-mod sabiex tiġbed kemm tista’ mediċina mill-kunjett.

        Nota: Jekk tara l-arja fis-siringa, tektek il-bettija ħalli l-bżieżaq jitilgħu fil-wiċċ u mbagħad imbotta l-bżieżaq bil-mod ’l barra mill-kunjett.

      • Iġbed il-labra ’l barra mill-kunjett.

        image

  14. Daħħal il-labra


    1. Daħħal il-labra


      • Oqros bil-mod il-ġilda fis-sit tal-injezzjoni.

      • Daħħal il-labra kollha fil-ġilda maqrusa.


        image

  15. Injetta l-mediċina


    1. Injetta l-mediċina


      • Imbotta l-virga tal-planġer ’l isfel bil-mod sakemm il-bettija tkun vojta.

        Nota: Kun żgur li l-labra hija mdaħħla kollha ġewwa.

      • Erħi l-ġilda maqrusa u iġbed il-labra dritt ’il barra.

        image

  16. Żomm il-labra sikura


    1. Żomm il-labra sikura


      • Itwi l-għatu ta’ protezzjoni tal-labra fuq il-labra.

      • Agħmel pressjoni bil-mod bl-użu ta’ wiċċ iebes sabiex twaħħal l-għatu ta’ protezzjoni tal- labra f’postu.

        Nota: Se tisma’ ħoss ta’ klikk meta l-għatu ta’ protezzjoni tal-labra jitwaħħal.


        image

  17. Armi


    1. Armi


      • Is-siringa u l-labra ma għandhom QATT jerġgħu jintużaw. Armi l-labra u s-siringa kif jgħidlek it-tabib, l-infermier jew l-ispiżjar tiegħek u skont il-liġijiet lokali u tas-saħħa u s- sigurtà.

        image

  18. Wara l-injezzjoni


    1. Wara l-injezzjoni


    • Jekk hu meħtieġ, uża boċċa tat-tajjar nadifa u agħfas bil-mod fuq is-sit tal-injezzjoni.

    • Togħrokx is-sit.


      MISTOQSIJIET U TWEĠIBIET


      X’għandi nagħmel jekk xi ħaġa misset it-tapp bi żball?

    • Naddaf it-tapp tal-kunjett b’mesħa friska tal-alkoħol, u ħalliha tinxef kompletament. Jekk ma tistax tnaddaf it-tapp, tużax il-kunjett.


      X’għandi nagħmel bis-siringa jekk waqgħet?

    • Tużahiex – anke jekk tidher tajba. Armi s-siringa bl-istess mod bħal siringa użata. Ser ikollok bżonn siringa ta’ sostituzzjoni.


      Kemm-il darba nista’ ndaħħal il-labra b’mod sikur fit-tapp tal-kunjett?

    • Darba biss. Il-ġbid u d-dħul drastikament iżid ir-riskju ta’ ħsara lil-labra, u jxellef il-labra. Dan jista’ jikkawża skumdità u jżid ir-riskju ta’ ħsara lill-ġilda u infezzjoni. Hemm ukoll ir-riskju li tista’ titlef xi ftit mill-mediċina.


      Huwa tajjeb li tħawwad il-kunjett jekk it-trab mhuwiex jinħall?

    • Le – qatt tħawwad il-kunjett. Meta tħawwad tista’ teqred il-mediċina u toħloq ir-ragħwa. It- trab jista’ jieħu ftit minuti sakemm jinħall kollu, allura kompli dawwar il-kunjett bil-ħlewwa sakemm il-likwidu huwa kompletament ċar.

      Kif nista’ nkun naf jekk hemmx ragħwa fil-kunjett?

    • Ir-ragħwa tidher bħal massa ta’ bżieżaq żgħar li jkunu fil-wiċċ bħala saff fil-wiċċ tal-likwidu.

      Tinjettax SOMAVERT jekk ikun hemm ir-ragħwa.


      Bżieżaq żgħar tal-arja huma aċċettabbli

      Saff ta’ ragħwa mhuwiex aċċettabbli


      image

      Kif nista’ nwaqqaf milli jkun hemm ir-ragħwa fil-mediċina?

    • Agħfas il-planġer bil-mod ħafna sabiex il-likwidu jinżel fuq ġewwa tal-kunjett bil-mod.

      Tisprejjax il-likwidu direttament fuq it-trab, minħabba li dan joħloq ir-ragħwa. Din it-teknika tnaqqas ukoll il-ħin tat-tidwir u tippermetti li tinġibed aktar mediċina.


      Nista’ nara xi arja fis-siringa? Dan tajjeb?

    • Bżieżaq żgħar tal-arja fil-likwidu huma normali u huma sikuri li jiġu injettati. Madankollu, huwa possibbli li bi żball tiġbed l-arja fis-siringa, li għandha titneħħa qabel l-injezzjoni. Bżieżaq jew arja maqbuda li jitilgħu fil-wiċċ tal-likwidu għandhom jiġu mbuttati ’l barra fil- kunjett.


      Għaliex ma nistax niġbed il-mediċina kollha mill-kunjett?

    • Il-forma tal-kunjett tfisser li ammont żgħir ħafna tal-mediċina ser jibqa’ ġol-kunjett. Dan huma normali. Sabiex tiżgura li tibqa’ biss traċċa tal-mediċina, kun żgur li l-ponta tal-labra tkun kemm jista’ jkun ’l isfel fil-kunjett meta tiġbed id-doża tiegħek.


      X’għandi nagħmel jekk għandi xi dubji dwar il-mediċina tiegħi?

    • Il-mistoqsijiet kollha għandhom jiġu indirizzati minn tabib, infermer jew spiżjar li jkun familjari ma’ SOMAVERT.