Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Yentreve
duloxetine

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


YENTREVE 40 mg kapsuli gastro-reżistenti ibsin YENTREVE 20 mg kapsuli gastro-reżistenti ibsin Duloxetine (bħala hydrochloride)


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Tkellem mat-tabib tiegħek jekk tbati minn pressjoni għolja fid-demm jew minn mard tal-qalb. It-tabib

se jgħidlek jekk għandekx tieħu YENTREVE.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Li ġejjin huma raġunijiet għaliex YENTREVE jista’ ma jkunx tajjeb għalik. Kellem lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu Yentreve jekk:


- qiegħed/qiegħda tirċievi fl-istess waqt kura b’mediċina oħra li tista’ tikkawżalek ħsara fil- fwied.

L-użu ta’ iżjed minn wieħed minn dawn il-mediċini fl-istess żmien għandu jkun evitat. Ara mat-tabib tiegħek jekk qiegħed/qiegħda diġà tieħu xi medicini oħra li fihom duloxetine.


It-tabib tiegħek irid jiddeċiedi jekk għandekx tieħu YENTREVE ma’ mediċini oħra. Tibdiex tieħu jew twaqqaf xi mediċini, inklużi dawk mixtrija mingħajr riċetta tat-tabib u mediċini magħmula mill-ħxejjex, qabel ma taċċerta ruħek mat-tabib tiegħek.


Għandek ukoll tgħid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed/qiegħda tieħu xi wieħed minn dawn li ġejjin:


Inibituri ta’ monoamine oxidase(MAOI): M’għandekx tieħu YENTREVE jekk qiegħed/qiegħda tieħu jew ħadt reċentement, (f’dawn l-aħħar 14-il ġurnata), xi mediċina oħra kontra d-dipressjoni li tissejjaħ inibitur ta’ monamine oxidase (MAOI). Eżempji ta’ MAOIs jinkludu moclobemide (antidipressiv) u linezolid (antibijotiku). It-teħid ta' xi MAOI flimkien ma' ħafna mill-mediċini

mgħotija bir-riċetta, inkluż YENTREVE, jista’ jikkawża effetti sekondarji serji jew li jkunu ta’ periklu għall-ħajja. Għandek tistenna ta' l-anqas 14-il ġurnata wara li tkun waqaft tieħu xi MAOI biex tkun tista' tieħu YENTREVE. Għandek bżonn ukoll tistenna ta' l-anqas 5 ijiem wara li tieqaf tieħu YENTREVE biex tkun tista' tieħu xi MAOI.


Mediċini li jikkawża l-irqad: Dawn jinkludu mediċini miktuba mit-tabib tiegħek li jinkludu benzodiazepines, antidolorifiċi qawwijin, anti-psikotiċi, phenobarbital u anti-istaminiċi sedattivi.


Mediċini li jżidu l-livell ta’ serotonin: Triptans, tramadol, tryptophan, SSRIs (bħal paroxetine u fluoxetine), SNRIs (bħal venlafaxine), antidipressivi triċikliċi (bħal clomipramine,amitriptyline), pethidine, St.John’s Wort u MAOIs (bħal moclobemide u linezolid). Dawn il-mediċini jżidu r-riskju ta’ effetti sekondarji; jekk ikollok xi sintomu li mhux mistenni meta qiegħed/qiegħda tieħu xi mediċini minn dawn flimkien ma’ YENTREVE, għandek tmur għand it-tabib tiegħek.


Antikoagulanti orali jew sustanzi li jaħdmu kontra l-plejtlits: Mediċini li jraqqu d-demm jew li ma jħallux li d-demm jifforma f’ċapep. Dawn il-mediċini jistgħu jżidu r-riskju ta’ fsada.


YENTREVE mal-ikel, max-xorb u mal-alkoħol

YENTREVE jista' jittieħed ma' l-ikel jew fuq stonku vojt. Għandek toqgħod iżjed attent jekk tixrob l- alkoħol waqt li tkun qiegħed/qiegħda tieħu YENTREVE.


Tqala u Treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew ta’ l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Normalment dawn is-sintomi mhumiex serji u jisparixxu fi ftit ġranet, imma jekk għandek sintomi li qegħdin idejquk għandek issaqsi lit-tabib tiegħek għal parir.


Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  1. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd. Normalment dawn l-effetti jkunu ħfief għal moderati u ħafna drabi jisparixxu wara ftit żmien.


    Efetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw iżjed minn persuna 1 minn kull 10)

    • tħossok ma tiflaħx (tqalligħ), nixfa fil-ħalq, stitikezza

    • għeja


    Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10)

    • nuqqas t’aptit

    • ma torqodx tajjeb, tħossok aġitat, tnaqqis fil-ħajra għas-sess, ansjetà, diffikultà biex torqod

    • uġigħ ta’ ras, sturdament, tħossok letarġiku,tħossok bi ngħas, rogħda jew tirżiħ, inkluż it-tirżiħ jew tnemnin tal-ġilda

    • vista mċajpra

    • sensazzjoni ta’ sturdament jew ‘spinning’ (vertiġini)

    • żieda fil-pressjoni tad-demm, ħmura fil-wiċċ

    • dijarea, uġigħ ta’ żaqq, tħossok ma tiflaħx (rimettar), ħruq ta’ l-istonku jew indiġestjoni

    • iżżid fl-għaraq

    • debbulizza, rogħda


      Effetti sekondarji mhux komuni(jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100)

    • infjammazzjoni tal-gerżuma li minħabba fiha tinħanaq

    • reazzjonijiet allerġiċi

    • tnaqqis fl-attività tal-glandola tat-tirojde li tista’ tikkawża għeja jew żieda fil-piż

    • diżidratazzjoni

    • tgħażiż tas-snien, tħossok diżorjentat, nuqqas ta’ motivazzjoni, id-diffikultà jew in-nuqqas li jkollok orgażmu, ikollok ħolm mhux tas-soltu

    • tħossok nervuż, diffikultà biex tikkonċentra, ttiegħem l-affarijiet differenti mis-soltu, kwalità ħażina ta’ rqad

    • il-ħabba ta’ l-għajn tkun kbira (iċ-centru skur ta’ l-għajnejn), problemi bil-vista, l-għajnejn jinħassu xotti

    • tinnitus (is-sensazzjoni ta’ ħsejjes fil-widnejn meta m’hemm ebda ħoss madwarek), uġigħ fil- widnejn

    • tħoss il-qalb tħabbat f’sidrek, tħabbit mgħaġġel jew irregolari tal-qalb

    • ħass ħażin

    • tittewweb iżjed mis-soltu

    • tirremetti d-demm, jew l-ippurgar(il-feċi) ikun iswed bħall-qatran, gastroenterite,

      infjammazzjoni tal-ħalq, tfewwiq, diffikultà biex tibla’, tgħaddi l- arja, togħma ħażina fil-ħalq

    • infjammazzjoni tal-fwied li tista’ tkun il-kawża ta’ uġigħ addominali u l-ġilda u l-abjad tal- għajnejn jisfaru

    • raxx (bil-ħaqq), tegħreq matul il-lejl, urtikarja, tħoss l-għaraq ixoqq għalik, tendenza ogħla li titbenġel

    • uġigħ fil-muskoli, riġidità fil-muskoli,spażmu fil-muskolu, ġbid fil-muskolu tax-xedaq

    • diffikultà biex tibdi tgħaddi l-awrina, tħoss l-uġigħ meta tgħaddi l-awrina, il-bżonn li tgħaddi l-

      awrina matul il-lejl, tgħaddi l-awrina ta’ spiss, l-awrina jkollha riħa mhux tas-soltu

    • demm mhux tas-soltu mill-vaġina, sintomi ta’ menopawża

    • uġigħ fis-sider, tħossok kiesaħ, għatxan, tħossok sħun

    • tnaqqiż fil-piż, żieda fil-piż

    • Yentreve jista’ jkollu effetti li ma tkunx taf dwarhom bħal żidiet fl-enzimi tal-fwied jew fil- livelli tal-potassju, tal-creatine phosphokinase, taz-zokkor jew tal-kolesterol fid-demm


      Effetti sekondarji rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1000)

    • reazzjoni allerġika serja li tikkawża diffikultà biex tieħu n-nifs jew sturdament b’nefħa tal- ilsien jew tax-xufftejn

    • livelli baxxi ta’ sodium fid-demm (l-iżjed f’pazjenti anzjani: is-sintomi jistgħu jinkludu li tħossok sturdut, debboli, konfuż, bi ngħas jew għajjien ħafna jew tħossok jew tkun imdardar, sintomi aktar serji huma li jkollok ħass ħażin, aċċessjonijiet jew waqgħat), is-sindromu ta’ sekrezzjoni mhux f’loka tal-ormon anti-dijuretiku (SIADH).

    • imġiba li tista’ twassal għas-suwiċidju, ħsibijiet li jistgħu jwasslu għas-suwiċidju, manija (tkun attiv iżżejjed, ikollok ħsibijiet li jiġru bik u jonqos il-bżonn ta’ l-irqad), alluċinazzjonijiet, tħossok aggressiv u rrabjat.,

    • “Sindromu ta’ Serotonin” (reazzjoni rari li tista’ tikkawza sensazzjonijiet ta’ kuntentezza kbira, ħedla, guffaġni, irrekwitezza, sensazzjoni bħallikieku fis-sakra, deni, muskoli riġidi jew għarqana), aċċessjonijiet, kontrazzjoni jew ġbid f’daqqa involontarju tal-muskoli, sensazzjoni ta’ rrekwitezza jew l-inkapaċità li wieħed joqgħod mingħajr ma jiċċaqlaq, diffikultà biex tikkontrolla l-movimenti eż. nuqqas ta’ koordinazzjoni jew movimenti involontarji tal- muskoli, is-sindromu ta’ rrekwitezza fis-saqajn

    • żieda fil-pressjoni fl-għajnejn (glawkoma)

    • sturdament, tħossok se tistordi jew jkollok ħass ħażin meta tqum bil-wieqfa, ikollok is-swaba’ ta’ idejk u ta’ saqajk kesħin

    • rassa fil-gerżuma, tinfaraġ

    • Sogħla, tħarħir u qtugħ ta’ nifs li jistgħu jkunu akkumpanjati minn temperatura għolja

    • tgħaddi demm ta’ kulur aħmar qawwi mal-ippurgar, infjammazzjoni tal-musrana l-kbira (li twassal għad-dijarea)

    • insuffiċjenza epatika, il-ġilda u l-abjad tal-għajnejn jisfaru (suffejra)

    • is-sindromu ta’ Stevens-Johnson (marda serja fejn ikollok ħafna nfafet fuq il-ġilda, fil-ħalq, fl- għajnejn u fuq il-ġenitali), reazzjoni allerġika serja li tista’ tikkawża nefħa tal-wiċċ jew tal- gerżuma (anġjoedima), sensittività għad-dawl tax-xemx

    • ġbid involontarju tal-muskoli

    • diffikultà jew inabbiltà biex tgħaddi l-awrina, il-bżonn li tgħaddi aktar awrina mis-soltu, ikun

      hemm tnaqqis fil-fluss ta’ l-awrina

    • pirjids mhux tas-soltu, li jinkludu pirjids b’ħafna demm, bl-uġigħ, irregolari jew li jdumu, pirjids li jinqabżu jew li jkunu aktar ħfief mis-soltu, produzzjoni li mhijiex normali ta’ ħalib mis-sider

    • fsada vaġinali eċċessiva ftit wara t-twelid (emorraġija wara l-ħlas)

    • waqgħat (l-aktar f’nies anzjani), il-mod kif timxi ma jkunx normali


      Effetti sekondarji rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10,000)

    • Infjammazzjoni tal-arterji u tal-vini fil-ġilda (vaskulite kutanea)


    Rappurtar tal-effetti sekondarji


    image

    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  2. Kif taħżen YENTREVE


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-kartuna.

    Żomm fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità. Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C. Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif

    għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  3. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih YENTREVE:

Is-sustanza attiva hija duloxetine.

Kull kapsula fiha 20 mg jew 40 mg ta’ duloxetine (bħala hydrochloride).


Is-sustanzi l-oħra huma :

Kontenut tal-kapsula: hypromellose, hypromellose acetate succinate, sucrose, sferi taz-zokkor, talkum,titanium dioxide (E171), triethyl citrate (Ara fl-aħħar ta’ sezzjoni 2 għal aktar informazzjoni dwar sucrose)

Il-Qoxra tal-kapsula: ġelatina, sodium lauryl sulphate, titanium dioxide (E171), indigo carmine (E132), iron oxide aħmar u iron oxide isfar, inkjostru iswed li jittiekel.

Inkjostru iswed li jittiekel: iron oxide iswed sintetiku (E172), propylene glycol, shellac.


Kif jidher JENTREVE u l-kontenut tal-pakkett:

YENTREVE issibu bħala kapsula gastro-reżistenti iebsa. Kull kapsula ta’ YENTREVE fiha pellits ta’

duloxetine hydrochloride b’kisja sabiex tipproteġihom mill-aċidu ta’ l-istonku.


YENTREVE issibu f’żewġ dożi : 20 mg u 40 mg.

Il-kapsuli ta’ 40 mg huma oranġjo u ċelesti u huma stampati b’‘40 mg’ u l-kodiċi '9545' .

Il-kapsuli ta’ 20 mg huma ċelesti u huma stampati b’‘20 mg’ u l-kodiċi '9544' .


YENTREVE 40 mg issibu f’pakketti ta’ 28, 56, 98, 140 u 196 (2 x 98) kapsula.

YENTREVE 20 mg issibu f’pakketti ta’ 28, 56 u 98 kapsula.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur:

Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq: Eli Lilly Nederland B.V., Papendorpseweg 83, 3528 BJ Utrecht, L-Olanda.

Manifattur: Lilly S.A., Avda. De la Industria, 30, 28108 Alcobendas, Madrid, Spanja.


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien

Eli Lilly Benelux S.A./N.V. Tél/Tel: + 32-(0)2 548 84 84

Lietuva

Eli Lilly Lietuva

Tel. +370 (5) 2649600


България

ТП "Ели Лили Недерланд" Б.В. - България тел. + 359 2 491 41 40

Luxembourg/Luxemburg Eli Lilly Benelux S.A./N.V. Tél/Tel: + 32-(0)2 548 84 84


Česká republika

Eli Lilly ČR, s.r.o.

Tel: + 420 234 664 111

Magyarország

Lilly Hungária Kft. Tel: + 36 1 328 5100


Danmark

Eli Lilly Danmark A/S Tlf: +45 45 26 60 00

Malta

Charles de Giorgio Ltd. Tel: + 356 25600 500


Deutschland

Lilly Deutschland GmbH Tel. + 49-(0) 6172 273 2222

Nederland

Eli Lilly Nederland B.V. Tel: + 31-(0) 30 60 25 800


Eesti

Eli Lilly Nederland B.V.

Tel: +372 6 817 280

Norge

Eli Lilly Norge A.S Tlf: +47 22 88 18 00


Ελλάδα

ΦΑΡΜΑΣΕΡΒ-ΛΙΛΛΥ Α.Ε.Β.Ε. Τηλ: +30 210 629 4600

Österreich

Eli Lilly Ges.m.b.H. Tel: + 43-(0) 1 711 780


España

Spaly Bioquímica, S.A. Tel: + 34-91 623 17 32

Polska

Eli Lilly Polska Sp. z o.o. Tel: +48 22 440 33 00


France

Lilly France

Tél: +33-(0) 1 55 49 34 34

Portugal

Lilly Portugal - Produtos Farmacêuticos, Lda Tel: + 351 21-4126600


Hrvatska

Eli Lilly Hrvatska d.o.o. Tel: +385 1 2350 999

România

Eli Lilly România S.R.L. Tel: + 40 21 4023000


Ireland

Eli Lilly and Company (Ireland) Limited Tel: +353-(0) 1 661 4377

Slovenija

Eli Lilly farmacevtska družba, d.o.o. Tel: +386 (0)1 580 00 10

Ísland

Icepharma hf.

Sími + 354 540 8000


Italia

Eli Lilly Italia S.p.A. Tel: + 39- 055 42571


Κύπρος

Phadisco Ltd

Τηλ: +357 22 715000


Latvija

Eli Lilly (Suisse) S.A Pārstāvniecība Latvijā Tel: + 371 67364000

Slovenská republika Eli Lilly Slovakia s.r.o. Tel: + 421 220 663 111


Suomi/Finland

Oy Eli Lilly Finland Ab Puh/Tel: +358-(0) 9 85 45 250


Sverige

Eli Lilly Sweden AB Tel: + 46-(0)8 7378800


United Kingdom (Northern Ireland) Eli Lilly and Company (Ireland) Limited Tel: + 353-(0) 1 661 4377


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’


/.