Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Ebilfumin
oseltamivir

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Ebilfumin 30 mg kapsuli ibsin

oseltamivir


Aqra sew dan il fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni

importanti għalik.

Eżempji jinkludu: ġulepp taċ-ċikkulata jew taċ-ċirasa, u toppings għad-deżerta bħal zalza tal- karamella jew fudge

Jew tista’ tipprepara ilma biz-zokkor: ħallat kuċċarina ilma ma’ tliet kwarti (3/4) ta’ kuċċarina

zokkor.


    1. wwel Pass: Iċċekkja li d-doża hija tajba


      Biex issib l-ammont korrett li għandek tuża, sib il-piż tal-pazjent fuq in-naħa tax-xellug tat- tabella.

      Ħares lejn il-kolonna tal-lemin biex tiċċekkja n-numru ta’ kapsuli li se jkollok bżonn tagħti lill- pazjent għal doża waħda. L-ammont huwa l-istess kemm jekk qed tittratta kif ukoll jekk qed tipprevjeni l-influwenza.


      Għad-dożi ta’ 30 mg u 60 mg għandek tuża kapsuli ta’ 30 mg biss. Tippruvax tagħmel doża ta’ 45 mg jew ta’ 75 mg billi tuża l-kontenut tal-kapsuli ta’ 30 mg. Minflok uża l-kapsula tad-daqs xieraq.


      Piż

      Doża ta’ Ebilfumin

      Numru ta’ kapsuli

      Sa 15-il kg

      30 mg

      kapsula waħda

      15 kg sa 23 kg

      45 mg

      Tużax kapsuli ta’ 30 mg

      23 kg sa 40 kg

      60 mg

      żewġ kapsuli


      It-Tieni Pass: Ferra t-trab kollu ġewwa skutella


      Żomm kapsula ta’ 30 mg wieqfa fuq skutella u b’attenzjoni aqta it-tarf ittundjat b’imqass. Ferra t-trab kollu ġol-iskutella.

      Għal doża ta’ 60 mg iftaħ kapsula oħra. Ferra t-trab kollu ġol-iskutella. Oqgħod attent bit-trab, peress li jista’ jirrita l-ġilda u l-għajnejn tiegħek.


      image


      It-Tielet Pass: Żid xi ħlewwa mat-trab u għati d-doża


      Żid ammont żgħir – mhux aktar minn kuċċarina waħda – ta’ ikel ħelu mat-trab ġewwa l- iskutella.

      Dan biex jgħatti t-togħma morra tat-trab ta’ Ebilfumin.

      Ħawwad it-taħlita sew.


      image


      Għati l-kontenut kollu tal-iskutella lill-pazjent minnufih.


      Jekk jifdal xi taħlita fl-iskutella, laħlaħ l-iskutella b’ammont żgħir ta’ ilma u ġiegħel lill- pazjent jixorbu kollu.


      Irrepeti din il-proċedura kull darba li jkollok bżonn tagħti l-mediċina.


      Trabi inqas minn sena


      Biex tagħmel doża iżgħar waħda, għandek bżonn:

      • Kapsula waħda ta’ Ebilfumin 30 mg

      • Imqass jaqta’

      • Żewġ skutelli żgħar (uża pari separati ta’ skutelli għal kull tifel/tifla)

      • Dispenser kbir wieħed għal doża orali biex tkejjel l-ilma – dispenser ta’ 5 jew 10 ml

      • Dispenser żgħir wieħed għal doża orali li juri kejl ta’ 0.1 ml, biex tagħti d-doża

      • Kuċċarina (ta’ 5 ml)

      • Ilma

      • Ikel ħelu biex tinħeba it-togħma morra ta’ Ebilfumin.

Eżempji jinkludu: ġulepp taċ-ċikkulata jew taċ-ċirasa u toppings għad-deżerta bħal zalza tal- karamella jew fudge.

Jew tista’ tipprepara ilma biz-zokkor: ħallat kuċċarina ilma ma’ tliet kwarti (3/4) ta’

kuċċarina zokkor.


L-Ewwel Pass: Ferra t-trab kollu ġo skutella


Żomm kapsula ta’ 30 mg wieqfa fuq waħda mill-iskutelli u b’attenzjoni aqta it-tarf ittundjat b’imqass. Oqgħod attent bit-trab: jista’ jirrita l-ġilda u l-għajnejn.

Ferra t-trab kollu ġol-iskutella, tkun xi tkun id-doża li qed tipprepara. L-ammont huwa l-istess kemm jekk qed tittratta kif ukoll jekk qed tipprevjeni l-influwenza.


image


It-Tieni Pass: Żid l-ilma biex tiddilwa l-mediċina


image

Uża d-dispenser il-kbir

biex tiġbed 5 ml ilma.


Żid l-ilma mat-trab fl- iskutella.


image

Ħawwad it-taħlita bil- kuċċarina għal madwar żewġ minuti.


Tinkwetax jekk it-trab ma jinħallx kollu. It-trab mhux maħlul huwa biss sustanzi mhux attivi.


It-Tielet Pass: Għażel l-ammont korrett għall-piż tat-tarbija tiegħek


Fittex il-piż tat-tifel/tifla fuq in-naħa tax-xellug tat-tabella.

Il-kolonna fuq il-lemin tat-tabella turi kemm għandek bżonn tiġbed mit-taħlita likwida.

Trabi ta’ inqas minn sena (inkluż dawk it-trabi tat-twelid li ħadu ż-żmien kollu stipulat biex jitwieldu)


Piż tat-tarbija (l-eqreb)

Kemm għandek tiġbed mit-taħlita

3kg

1.5ml

3.5kg

1.8ml

4kg

2.0ml

4.5kg

2.3ml

5kg

2.5ml

5.5kg

2.8ml

6kg

3.0ml

6.5kg

3.3ml

7kg

3.5ml

7.5kg

3.8ml

8kg

4.0ml

8.5kg

4.3ml

9kg

4.5ml

9.5kg

4.8ml

10kg or more

5.0ml


Ir-Raba’ Pass: Iġbed it-taħlita likwida


Kun ċert li għandek dispenser ta’ daqs xieraq.

Iġbed l-ammont korrett tat-taħlita likwida mill-ewwel skutella.

Iġbidha bil-mod biex ma tinkludix bżieżaq tal-arja. Ferra’ d-doża korretta bil-mod ġewwa t-tieni skutella.


image


Il-Ħames Pass: Żid xi ħlewwa u għatiha lit-tifel/tifla


Żid ammont żgħir – mhux aktar minn kuċċarina waħda – ta’ ikel ħelu fit-tieni skutella. Dan biex jgħatti t-togħma morra ta’ Ebilfumin.

Ħawwad l-ikel ħelu u Ebilfumin suspensjoni sew.


image

Għati l-kontenut kollu tat-tieni skutella (taħlita ta’ Ebilfumin likwidu ma’ ikel ħelu miżjud) lit- tifel/tifla minnufih.


Jekk jifdal xi ħaga fit-tieni skutella, laħlaħ l-iskutella b’ammont żgħir ta’ ilma u ġiegħel lit- tifel/tifla tixrobu kollu. Għal tfal li ma jkunux jistgħu jixorbu minn skutella, għati bi mgħarfa jew uża flixkun biex titmgħa lit-tarbija l-likwidu li jkun fadal.


Għati lit-tifel/tifla xi ħaġa x’jixorbu.


Armi kull Ebilfumin likwidu mhux użat li jifdal fl-ewwel skutella.


Irrepeti din il-proċedura kull darba li jkollok bżonn tagħti l-mediċina.

---------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------


Informazzjoni għall-professjonisti fil-qasam mediku biss


Pazjenti li ma jistgħux jibilgħu kapsuli:

It-trab oseltamivir manifatturat kummerċjalment għal suspensjoni orali (6mg/ml ) huwa l-prodott preferut għall-pazjenti pedjatriċi u adulti li għandhom diffikultajiet biex jibilgħu kapsuli jew fejn huma meħtieġa dożi aktar baxxi . Fil -każ li t-trab oseltamivir għal suspensjoni orali mhux disponibbli , l- ispiżjar jista kompost suspensjoni (6mg/ml ) minn kapsuli Ebilfumin. Jekk is-suspensjoni mħallta fl- ispiżerija ma tkunx disponibbli wkoll, il-pazjenti jistgħu jħejju s-suspensjoni mill-kapsuli d-dar.


Dispenser għal doża orali (siringi orali) ta’ volum u gradazzjoni xierqa għandhom jiġu pprovduti għall-għoti tas-suspensjoni magħmula fl-ispiżerija, u għall-proċeduri nvoluti fil-preparazzjoni magħmula d-dar. Fiż-żewġ każijiet, il-volumi korretti preferibbilment għandhom jiġu mmarkati fuq id- dispensers. Għall-preparazzjoni li ssir id-dar, għandhom ikunu pprovduti dispensers separati għat-teħid tal-volum korrett ta’ ilma u għall-kejl tat-taħlita ta’ Ebilfumin u ilma. Għall-kejl ta’ 5.0 ml ta’ ilma, għandhom jintużaw dispensers ta’ 5 ml jew 10 ml.


Id-daqsijiet xierqa tad-dispenser biex jittieħed il-volum korrett ta’ suspensjoni Ebilfumin (6 mg/ml)

huma mniżżla isfel.


Trabi inqas minn sena (inkluż trabi tat-twelid li ħadu ż-żmien kollu stipulate biex jitwieldu)


Doża ta’ Ebilfumin


Ammont ta’ suspensjoni Ebilfumin

Daqs tad-dispenser li għandek tuża (gradazzjoni ta’

0.1 ml)

9mg

1.5ml

2.0 ml (jew 3.0 ml)

10 mg

1.7 ml

2.0 ml (jew 3.0 ml)

11.25 mg

1.9 ml

2.0 ml (jew 3.0 ml)

12.5 mg

2.1 ml

3.0 ml

13.75 mg

2.3 ml

3.0 ml

15 mg

2.5 ml

3.0 ml

16.25 mg

2.7 ml

3.0 ml

18 mg

3.0 ml

3.0 ml (jew 5.0 ml)

19.5 mg

3.3 ml

5.0 ml

21 mg

3.5 ml

5.0 ml

22.5 mg

3.8 ml

5.0 ml

24 mg

4.0 ml

5.0 ml

25.5 mg

4.3 ml

5.0 ml

27 mg

4.5 ml

5.0 ml

28.5 mg

4.8 ml

5.0 ml

30 mg

5.0 ml

5.0 ml