Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Invokana
canagliflozin

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent


Invokana 100 mg pilloli miksijin b’rita Invokana 300 mg pilloli miksijin b’rita canagliflozin


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.


F’dan il-fuljett:

  1. X’inhu Invokana u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Invokana

  3. Kif għandek tieħu Invokana

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen Invokana

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Invokana u gћalxiex jintuża


    Invokana fih is-sustanza attiva canagliflozin li tagħmel parti minn grupp ta’ mediċini msejħa “mediċini li jbaxxu l-glukows fid-demm.”


    Invokana jintuża:

    • biex jitratta adulti b’dijabete tat-tip 2.


      Din il-mediċina taħdem billi żżid l-ammont ta’ zokkor li jitneħħa minn ġol-ġisem tiegħek mal-awrina. Dan inaqqas l-ammont ta’ zokkor fid-demm tiegħek u jista’ jgħin biex jevita mard tal-qalb f’pazjenti b’dijabete mellitus tat-tip 2 (T2DM). Huwa jgħin ukoll biex idewwem il-funzjoni tal-kliewi milli tiddeterjora f’pazjenti b’T2DM permezz ta’ mekkaniżmu li jmur lil hinn mit-tnaqqis tal-glukożju fid- demm.


      Invokana jista’ jintuża waħdu jew flimkien ma’ mediċini oħra li inti tista’ tkun qed tuża biex tikkura d- dijabete tat-tip 2 tiegħek (bħal metformin, insulina, inibitur ta’ DPP-4 [bħal sitagliptin, saxagliptin,

      jew linagliptin], xi sulphonylurea [bħal glimepiride jew glipizide], jew pioglitazone) li jbaxxu l-livelli

      taz-zokkor fid-demm. Jista’ jkun li inti diġà qed tieħu waħda jew aktar minn dawn biex tikkura d- dijabete tat-tip 2 tiegħek.


      Huwa wkoll importanti li tkompli ssegwi l-pariri dwar id-dieta u l-eżerċizzju mogħtija mit-tabib jew mill-infermier tiegħek.


      X’inhi dijabete tat-tip 2?

      Dijabete tat-tip 2 hija kundizzjoni li fiha l-ġisem tiegħek ma’ jagħmilx insulina biżżejjed, u l-insulina li l-ġisem tiegħek jipproduċi ma taħdimx kif suppost. Il-ġisem tiegħek jista’ wkoll jipproduċu wisq zokkor. Meta jiġri dan, iz-zokkor (glukows) jakkumula fid-demm. Dan jista’ jwassal għal kundizzjonijiet mediċi serji bħal ma huma mard tal-qalb, mard tal-kliewi, telf tad-dawl, u amputazzjoni.

  2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Invokana


    Tiħux Invokana

    • jekk inti allerġiku għal canagliflozin jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).


      Twissijiet u prekawzjonijiet

      Kellem lit-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek qabel tieħu Invokana, u matul it-trattament:

    • dwar dak li tista’ tagħmel biex tevita d-deidrazzjoni (ara sezzjoni 4 għal sinjali ta’ deitratazzjoni).

    • jekk inti għandek dijabete tat-tip 1 minħabba li Invokana m’għandux jintuża biex jikkura din il- kundizzjoni.

    • jekk ikollok telf ta’ piż f’daqqa, tħossok imdardar/ra jew tirremetti, ikollok uġigħ fl-istonku, għatx eċċessiv, teħid tan-nifs mgħaġġel u fil-fond, konfużjoni, xejra ta’ ngħas jew għeja mhux

      normali, nifs b’riħa ħelwa, togħma ħelwa jew togħma ta’ metall f’ħalqek jew riħa differenti fl- awrina jew fl-għaraq tiegħek, kellem tabib jew mur l-eqreb sptar immedjatament. Dawn is- sintomi jistgħu jkunu sinjal ta’ “ketoaċidożi tad-dijabete” – problema rari iżda serja, li xi drabi

      tkun ta’ theddida għall-ħajja li jista’ jkollok mid-dijabete minħabba żieda fil-livelli ta’ “sustanzi marbuta mal-keton” fl-awrina jew fid-demm, li jidhru fit-testijiet. Ir-riskju li tiżviluppa

      ketoaċidożi tad-dijabete jista’ jiżdied minn sawm fit-tul, konsum eċċessiv ta’ alkoħol, deidratazzjoni, tnaqqis f’daqqa fid-doża tal-insulina, jew żieda fil-ħtieġa tal-insulina minħabba operazzjoni serja jew mard serju.

    • jekk inti għandek ketoaċidożi tad-dijabete (kumplikazzjoni tad-dijabete b’zokkor għoli fid- demm, telf ta’ piż f’daqqa, dardir, jew rimettar). Invokana m’għandux jintuża biex jikkura din il-kundizzjoni.

    • jekk inti għandek problemi serji fil-kliewi jew qiegħed/qegħda fuq id-dijaliżi.

    • jekk inti għandek problemi serji fil-fwied.

    • jekk inti qatt kellek mard serju tal-qalb jew jekk inti għaddietek puplesija.

    • jekk inti qiegħed fuq mediċini biex ibaxxulek il-pressjoni jew qatt kellek pressjoni baxxa. Aktar informazzjoni hija mogħtija taħt f’“Mediċini oħra u Invokana”.

    • jekk qatt kellek amputazzjoni fir-riġel.

    • Huwa importanti li tiċċekkja saqajk b’mod regolari u ssegwi xi pariri oħra li ngħatajt mill- professjonist tal-kura tas-saħħa tiegħek dwar il-kura tas-saqajn u idratazzjoni adegwata. Inti għandek tavża lit-tabib tiegħek immedjatament jekk tinnota xi feriti jew telf ta’ kulur, jew jekk ikollok xi sensittività jew uġigħ f’saqajk. Xi studji jindikaw li t-teħid ta’ canagliflozin jista’ jkun li kkontribwixxa għar-riskju ta’ amputazzjoni fir-riġel (l-aktar amputazzjonijiet ta’ saba tas-sieq u nofs is-sieq).

    • Kellem lit-tabib tiegħek immedjatament jekk tiżviluppa taħlita ta' sintomi ta' wġigħ, sensittività, ħmura, jew nefħa tal-ġenitali jew taż-żona bejn il-ġenitali u l-anus flimkien ma' deni jew sensazzjoni li ma tiflaħx. Dawn is-sintomi jistgħu jkunu sinjal ta' infezzjoni rari iżda serja jew saħansitra ta' periklu għall-ħajja, msejħa fasciitis nekrotika tal-perineum jew kankrena ta' Fournier li teqred it-tessut ta' taħt il-ġilda. Il-kankrena ta' Fournier trid tiġi ttrattata immedjatament.

    • jekk għandek sinjali ta’ infezzjoni bil-ħmira fil-ġenitali bħal irritazzjoni, ħakk, tisfija jew riħa mhux tas-soltu.

    • jekk għandek infezzjoni bid-deni serja fil-kliewi jew fl-apparat tal-awrina. It-tabib jista’ jitolbok tieqaf tieħu Invokana sakemm jgħaddilek.


      Jekk xi waħda minn dawn t’hawn fuq tapplika għalik (jew jekk għandek xi dubju), kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.


      Funzjoni tal-kliewi

      Il-kliewi tiegħek se jiġu ttestjati b’test tad-demm qabel ma inti tibda u waqt li inti tkun qed tieħu din il- mediċina.

      Zokkor fl-awrina

      Minħabba l-mod kif taħdem din il-mediċina, l-awrina tiegħek se tagħti riżultat pożittiv għaz-zokkor (glukows) waqt li inti tkun fuq din il-mediċina.


      Tfal u adolexxenti

      Invokana mhuwiex rrakkomanadat għal tfal u adoloxxenti ta’ taħt it-18-il sena.


      Mediċini oħra u Invokana

      Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tkun ser tieħu xi mediċina oħra. Dan minħabba li din il-mediċina tista’ taffettwa l-mod li bih jaħdmu xi mediċini oħra. Barra minn hekk, xi mediċini oħra jistgħu jaffettwaw il-mod li bih taħdem din il-mediċina.


      B’mod partikolari, għid lit-tabib tiegħek jekk inti qed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini li ġejjin:

    • mediċini oħra kontra d-dijabete - insulina jew xi sulphonylurea (bħal glimepiride jew glipizide)

      – it-tabib tiegħek jista’ jkun irid inaqqaslek id-doża biex jevita li l-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jitbaxxa wisq (ipogliċemija)

    • mediċini li jintużaw biex ibaxxulek il-pressjoni, inkluż dijuretiċi (mediċini użati biex jitneħħew livelli ta’ ilma żejjed fil-ġisem, magħrufin ukoll bħala pilloli tal-“pipi”) minħabba li anke din il- mediċina tista’ tbaxxilek il-pressjoni billi tneħħi livelli ta’ ilma żejjed mill-ġisem. Sinjali possibbli li inti qed titlef wisq fluwidu minn ġismek huma elenkati f’sezzjoni 4.

    • St. John’s wort (mediċina magħmula mill-ħxejjex biex tikkura depressjoni)

    • carbamazepine, phenytoin, jew phenobarbital (mediċini li jintużaw biex jikkontrollaw l- aċċessjonijiet)

    • efavirenz jew ritonavir (mediċina li tintuża biex tikkura infezzjoni bl-HIV)

    • rifampicin (antibijotiku li jintuża biex jikkura t-tuberkulożi)

    • cholestyramine (mediċina li tintuża biex tnaqqas il-livelli tal-kolesterol fid-demm).

      Ara sezzjoni 3, “Kif għandek tieħu din il-mediċina”.

    • digoxin jew digitoxin (mediċini li jintużaw għal ċerti problemi tal-qalb). Il-livell ta’ digoxin jew digitoxin fid-demm tiegħek jista’ jkollu bżonn jiġi ċċekkjat jekk dawn jittieħdu ma’ Invokana.

    • dabigatran (mediċina li traqqaq id-demm biex tnaqqas ir-riskju li jifforma tagħqid tad-demm).


      Tqala u treddigħ

      Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu jew tkompli tieħu din il-mediċina. Invokana m’għandux jintuża waqt it-tqala. Kellem lit-tabib tiegħek dwar l-aħjar mod biex twaqqaf Invokana u tikkontrolla

      z-zokkor fid-demm tiegħek malli tkun taf li inti tqila.


      M’għandekx tieħu din il-mediċna jekk inti qed tredda’. Kellem lit-tabib tiegħek dwar jekk tieqafx tieħu din il-mediċina jew tieqafx tredda’.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni

      Invokana m’għandu l-ebda effett jew ftit li xejn għandu effett fuq il-ħila biex issuq vettura, rota, u tuża għoddod jew tħaddem magni. Madankollu, kienu rrappurtati effetti ta’ sturdament, li jistgħu

      jaffettwaw il-ħila biex issuq vettura, rota, jew tuża għoddod jew tħaddem magni.


      Meta tieħu Invokana ma’ mediċini oħra għad-dijabete msejħa sulphonylureas (bħal glimepiride jew glipizide) jew mal-insulina jista’ jiżdied ir-riskju li jkollok livell baxx ta’ zokkor (ipogliċemija). Is- sinjali jinkludu vista mċajpra, tnemnim fix-xufftejn, rogħda, għaraq, tidher musfar/a, bidla fil-burdata, jew tħossok ansjuż/a jew konfuż/a. Dan jista’ jaffettwa l-ħila tiegħek li ssuq vettura, rota jew tuża kwalunkwe għodod jew magni. Għid lit-tabib tiegħek kemm jista’ jkun malajr jekk ikollok xi sinjali ta’ zokkor baxx fid-demm.


      Invokana fih lactose

      Jekk it-tabib tiegħek qallek li inti għandek intolleranza għal xi tipi ta’ zokkor, kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

      Invokana fih sodium

      Din il-mediċina fiha inqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull pillola, li tista’ tgħid hija bażikament ‘bla sodium’.


  3. Kif gћandek tieћu Invokana


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Kemm għandek tieħu

    • Id-doża tal-bidu ta’ Invokana hija pillola waħda ta’ 100 mg kuljum. It-tabib tiegħek se jiddeċiedi jekk iżidlekx id-doża għal 300 mg.

    • It-tabib tiegħek jista’ jillimita d-doża tiegħek għal 100 mg jekk inti għandek problema bil- kliewi.

    • It-tabib tiegħek se jordnalek il-qawwa tal-mediċina li tgħodd għalik.


      Kif għandek tieħu din il-mediċina

    • Ibla’ l-pillola sħiħa mal-ilma.

    • Inti tista’ tieħu l-pillola tiegħek mal-ikel jew mingħajru. L-aħjar li tieħu l-pillola tiegħek qabel l- ewwel ikla tal-jum.

    • Ipprova ħu l-pillola fl-istess ħin kuljum. Dan jgħinek biex tiftakar toħdha.

    • Jekk it-tabib tiegħek ordnalek canagliflozin flimkien ma’ kwalunkwe sustanza li tissekwestra l- aċidu tal-‘bile’ bħal cholestyramine (mediċini biex ibaxxu l-kolesterol) inti għandek tieħu canagliflozin mill-inqas siegħa qabel jew minn 4 sigħat sa 6 sigħat wara s-sustanza li tissekwestra l-aċidu tal-bile.


      It-tabib tiegħek jista’ jordnalek Invokana flimkien ma’ mediċina oħra li tbaxxi l-glukows. Ftakar ħu l- mediċini kollha kif qallek it-tabib tiegħek biex tikseb l-aħjar riżultati għal saħħtek.


      Dieta u eżerċizzju

      Biex tikkontrolla d-dijabete tiegħek, inti xorta għandek bżonn issegwi l-pariri tat-tabib, tal-ispiżjar jew tal-infermier tiegħek dwar id-dieta u l-eżerċizzju. B’mod partikolari, jekk inti qed issegwi dieta tad-

      dijabete għall-kontroll tal-piż, kompli segwiha waqt li inti tkun qed tieħu din il-mediċina.


      Jekk tieħu Invokana aktar milli suppost

      Jekk tieħu aktar minn din il-mediċina milli suppost, kellem tabib jew mur l-eqreb sptar immedjatament.


      Jekk tinsa tieħu Invokana

    • Jekk tinsa tieħu doża, ħudha malli tiftakar. Madankollu, jekk ikun kważi wasal il-ħin għad-doża li jkun imiss, aqbeż id-doża li tkun insejt tieħu.

    • M’għandekx tieħu doża doppja (żewġ dożi fl-istess ġurnata) biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.


      Jekk tieqaf tieħu Invokana

      Il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jogħla jekk inti tieqaf tieħu din il-mediċina. Tiqafx tieħu din il-mediċina mingħajr mal-ewwel tkellem lit-tabib tiegħek.


      Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, jew lill-ispiżjar jew l- infermier tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

    Tkomplix tieħu Invokana u kellem tabib jew mur fl-eqreb sptar immedjatament jekk inti jkollok xi wieħed mill-effetti sekondarji serji li ġejjin:


    Reazzjoni allerġika severa (rari, tista’ taffettwa sa persuna waħda minn kull 1,000)

    Sinjali possibbli ta’ reazzjoni allerġika jistgħu jinkludu:

    • nefħa tal-wiċċ, xofftejn, ħalq, ilsien, jew griżmejn li tista’ twassal għal diffikultà biex tieħu n- nifs jew biex tibla’.


      Ketoaċidożi tad-dijabete (rari, tista’ taffettwa sa persuna 1 minn kull 1,000)

      Dawn huma s-sinjali ta’ ketoaċidożi tad-dijabete (ara wkoll sezzjoni 2):

    • żieda fil-livelli ta’ “sustanzi marbuta mal-keton” fl-awrina jew fid-demm tiegħek

    • telf ta’ piż f’daqqa

    • tħossok imdardar jew tirremetti

    • uġigħ fl-istonku

    • għatx eċċessiv

    • teħid tan-nifs mgħaġġel u fil-fond

    • konfużjoni

    • xejra ta’ ngħas jew għeja mhux tas-soltu

    • nifs b’riħa ħelwa, togħma ħelwa jew togħma ta’ metall f’ħalqek jew riħa differenti fl-awrina jew fl-għaraq tiegħek.


      Dan jista’ jseħħ irrispettivament mill-livell tal-glukows fid-demm tiegħek. Ketoaċidożi tad-dijabete tista’ sseħħ aktar frekwenti meta l-funzjoni tal-kliewi tmur għall-agħar. It-tabib jista’ jiddeċiedi li jwaqqaf it-trattament b’Invokana b’mod temporanju jew permanenti.


      Deidratazzjoni (mhux komuni, tista’ taffettwa sa persuna waħda minn kull 100)

    • telf ta’ wisq fluwidu minn ġismek (deidratazzjoni). Din tiġri iktar ta’ spiss f’persuni anzjani (li għandhom minn 75 sena ’l fuq), persuni bi problemi fil-kliewi, u persuni li qed jieħdu pilloli tal- “pipi” (dijuretiċi).

      Sinjali possibbli ta’ deidratazzjoni huma:

      • itik mejt jew tħossok stordut/a

      • tintilef minn sensik (ħass ħażin) jew tħossok stordut/a jew iħossok ħażin meta tqum bilwieqfa

      • ħalq xott ħafna jew iwaħħal, tħossok bil-għatx ħafna

      • tħossok dgħajjef ħafna jew għajjien

      • tgħamel ftit jew ma tagħmilx awrina

      • qalb tħabbat tgħaġġel.


        Għid lit-tabib tiegħek kemm jista’ jkun malajr jekk inti għandek xi wieħed minn dawn l-effetti sekondarji:

        Ipogliċemija (komuni ħafna, tista’ taffettwa aktar minn persuna waħda minn kull 10)

    • livelli baxxi ta’ zokkor fid-demm (ipogliċemija) – meta tieħu din il-mediċina mal-insulina jew xi sulphonylurea (bħal glimepiride jew glipizide).

      Sinjali possibbli ta’ livell baxx ta’ zokkor fid-demm huma:

      • vista mċajpra

      • xufftejn iniggżu

      • rogħda, għaraq, tidher musfar

      • bidla fil-burdata jew tħossok ansjuż/a jew konfuż/a.


        It-tabib tiegħek se jgħidlek kif tikkura livelli baxxi ta’ zokkor fid-demm u x’għandek tagħmel jekk ikollok xi wieħed mis-sinjali t’hawn fuq.


        Infezzjonijiet fl-apparat tal-awrina (komuni, jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10)

    • Dawn huma sinjali ta’ infezzjoni severa fl-apparat tal-awrina, eż.:

      • deni u/jew tkexkix ta’ bard

      • tħoss ħruq meta tagħmel l-awrina

      • uġigħ f’dahrek jew fil-ġenb ta’ qaddek.


        Għalkemm mhux komuni, jekk tara demm fl-awrina tiegħek, għid lit-tabib tiegħek immendjatament.


        Effetti sekondarji oħra:

        Komuni ħafna (tista’ taffettwa aktar minn persuna waħda minn kull 10)

    • infezzjoni bil-ħmira fil-vaġina.


      Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10)

    • raxx jew ħmura fil-pene jew fil-ġilda li tixxammar (infezzjoni bil-ħmira)

    • tibdil fl-għamil tal-awrina (inkluż tagħmel l-awrina b’mod aktar frekwenti jew f’ammonti akbar, bżonn urġenti li tagħmel l-awrina, bżonn li tagħmel l-awrina bil-lejl)

    • stitikezza

    • tħossok bil-għatx

    • dardir

    • testijiet tad-demm jistgħu juru tibdil fil-livelli tax-xaħam fid-demm (kolesterol) u żidiet fl- ammont ta’ ċelloli ħomor tad-demm fid-demm tiegħek (ematocrit).


      Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100)

    • raxx jew ġilda ħamra – dawn jistgħu jkunu bil-ħakk u jinkludu ħotob imqabbża, tnixxija ta’ fluwidu jew infafet

    • ħorriqija

    • testijiet tad-demm jistgħu juru tibdil marbut mal-funzjoni tal-kliewi (żieda fil-kreatinina jew fil- urea) jew ma’ żieda fil-potassium

    • testijiet tad-demm jistgħu juru żieda fil-livell ta’ fosfat fid-demm tiegħek

    • ksur fl-għadam.

    • insuffiċjenza tal-kliewi (l-aktar bħala konsegwenza ta’ wisq telf ta’ fluwidu mill-ġisem tiegħek).

    • amputazzjonijiet fir-riġel (l-aktar ta’ saba’ tas-sieq) speċjalment jekk inti qiegħed f’riskju kbir ta’ mard tal-qalb.

    • fimosi – diffikultà biex tiġbed il-ġilda l-isfel minn madwar ir-ras tal-pene.

    • reazzjonijiet fil-ġilda wara esponiment għad-dawl tax-xemx.


      Mhux magħrufa (ma tistax tittieħed stima tal-frekwenza mid-data disponibbli)

    • fasciitis nekrotika tal-perineum jew kankrena ta' Fournier, infezzjoni serja tat-tessut artab tal- ġenitali jew taż-żona bejn il-ġenitali u l-anus.


      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      image

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.


  5. Kif taħżen Invokana


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-folja u l-kartuna wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.


    Tużax Invokana jekk il-pakkett fih xi ħsara jew għandu sinjali ta’ tbagħbis.

    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Invokana


Invokana huwa disponibbli f’folji tal-PVC/aluminju b’toqob biex id-dożi jinqatgħu waħda waħda. Id- daqsijiet tal-pakkett huma kartun ta’ 10 x 1, 30 x 1, 90 x 1, or 100 x 1 pillola/i.


Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Janssen-Cilag International NV Turnhoutseweg 30

B-2340 Beerse

Il-Belġju


Manifattur Janssen-Cilag SpA Via C. Janssen Borgo San Michele 04100 Latina

L-Italja


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien Mundipharma BV Tél/Tel: +32 15 45 11 80

info@mundipharma.be

Lietuva

UAB "JOHNSON & JOHNSON" Tel: +370 5 278 68 88

lt@its.jnj.com


България

ТП Мундифарма Гезелшафт М.Б.Х. Тел.: +359 2 962 13 56

mundipharma@mundipharma.bg

Luxembourg/Luxemburg

Mundipharma BV Tél/Tel: +32 15 45 11 80

info@mundipharma.be

Česká republika

Mundipharma Gesellschaft m.b.H. organizační složka

Tel: +420 222 318 221

office@mundipharma.cz

Magyarország Janssen-Cilag Kft. Tel.: +36 1 884 2858

janssenhu@its.jnj.com


Danmark Mundipharma A/S Tlf: +45 45 17 48 00

nordics@mundipharma.dk

Malta

AM MANGION LTD. Tel: +356 2397 6000


Deutschland

Janssen-Cilag GmbH Tel: +49 2137 955-955

jancil@its.jnj.com

Nederland

Mundipharma Pharmaceuticals B.V. Tel: +31 33 450 82 70

info@mundipharma.nl


Eesti

UAB "JOHNSON & JOHNSON" Eesti filiaal Tel: +372 617 7410

ee@its.jnj.com

Norge

Mundipharma AS Tlf: +47 67 51 89 00

nordics@mundipharma.dk


Ελλάδα

Janssen-Cilag Φαρμακευτική Α.Ε.Β.Ε. Tηλ: +30 210 80 90 000

Österreich

Mundipharma Gesellschaft m.b.H. Tel: +43 1 523 25 05 -0

office@mundipharma.at


España

Mundipharma Pharmaceuticals, S.L. Tel: +34 91 3821870

infomed@mundipharma.es

Polska

Mundipharma Polska Sp. z o.o. Tel.: +48 22 866 87 12

biuro@mundipharma.pl


France

Janssen-Cilag

Tél: 0 800 25 50 75 / +33 1 55 00 40 03

medisource@its.jnj.com

Portugal

Mundipharma Farmacêutica Lda Tel: +351 21 90 13 162

Portugal.regulatory@mundipharma.pt


Hrvatska

Johnson & Johnson S.E. d.o.o. Tel: +385 1 6610 700

jjsafety@JNJCR.JNJ.com

România

Johnson & Johnson România SRL Tel: +40 21 207 1800


Ireland

Janssen Sciences Ireland UC Tel: +353 1 800 709 122

Slovenija

Johnson & Johnson d.o.o. Tel: +386 1 401 18 00

Janssen_safety_slo@its.jnj.com


Ísland

Janssen-Cilag AB Sími: +354 535 7000

janssen@vistor.is

Slovenská republika Mundipharma Ges.m.b.H.-o.z. Tel: +421 2 6381 1611

mundipharma@mundipharma.sk


Italia

Mundipharma Pharmaceuticals Srl Tel: +39 02 3182881

infomedica@mundipharma.it

Suomi/Finland

Mundipharma Oy

Puh/Tel: +358 9 8520 2065

nordics@mundipharma.dk

Κύπρος

Mundipharma Pharmaceuticals Ltd Τηλ: +357 22 815656

Drug.Safety@mundipharma.com.cy

Sverige

Mundipharma AB

Tel: +46 31 773 75 30

nordics@mundipharma.dk


Latvija

UAB "JOHNSON & JOHNSON" filiāle Latvijā Tel: +371 678 93561

lv@its.jnj.com

United Kingdom (Northern Ireland) Mundipharma Pharmaceuticals Limited Tel: +44 353 1 2063800


Dan il-fuljett kien approvat l-aħħar f’{xahar SSSS}.