Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Lysodren
mitotane

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Lysodren ta’ 500 mg pilloli

mitotane


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Lysodren.

Għandek tgħid lit-tabib tiegħek jekk xi punt minn dawn japplika għalik:

Din il-mediċina ma għandhiex tintmiss minn persuni għajr il-pazjent u minn dawk li jkunu qegħdin jagħtuh il-kura, b’mod speċjali ma għandhiex tintmiss minn nisa tqal. Dawk li jipprovdu l-kura għandhom jilbsu ingwanti li jintremew wara l-użu meta jkunu qegħdin imissu l-pilloli.


It-tabib tiegħek jista’ jagħtik b’riċetta xi trattament ormonali (sterojdi) waqt li tkun qed tieħu Lysodren.


Dejjem żomm il-Karta għall-Pazjent ta’ Lysodren li hija inkluża fit-tmiem ta’ dan il-fuljett.


Mediċini oħra u Lysodren

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi mediċina oħra, anki dawk mingħajr riċetta.


Ma għandekx tuża Lysodren ma’ mediċini li fihom spironolactone, spiss użat bħala dijuretiku għal

mard tal-qalb, fwied jew kliewi.


Lysodren jista’ jinterferixxi ma’ diversi mediċini oħra. Għalhekk għandek tgħid lit-tabib tiegħek jekk tkun qed tuża mediċini li fihom xi sustanza attiva minn dawn li ġejjin:


Lysodren ma’ ikel u xorb

Preferibbilment, Lysodren għandu jittieħed ma’ ikliet li jkun fihom ħafna xaħam bħall-ħalib, ċikkulata, żejt.


Tqala, treddigħ u fertilità

Lysodren jista’ jagħmel ħsara lill-fetu. Jekk inti tqila jew qiegħda tippjana li tinqabad tqila, għid lit- tabib tiegħek. Jekk inti tista’ tinqabad tqila, għandek tuża kontraċezzjoni effettiva matul il-kura b’Lysodren u anki wara li tieqaf tieħu din il-kura. Ħu parir mingħand it-tabib tiegħek.


Ma għandekx tredda’ meta tkun qed tieħu Lysodren u anki wara li twaqqfu. Ħu parir mingħand it- tabib tiegħek.


Sewqan u tħaddim ta’ magni

Lysodren għandu effett qawwi ħafna fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni. Ħu parir mingħand it- tabib tiegħek.


  1. Kif għandek tieħu Lysodren


    Dejjem għandek tieħu Lysodren skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek

    mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Doża u skeda

    Id-doża normali tal-bidu għall-adulti hija ta’ 2 sa 3 g (4 sa 6 pilloli) kuljum.

    It-tabib tiegħek jista’ jibda kura b’dożi iktar qawwijin bħal 4 sa 6 g (8 sa 12-il pillola)


    Sabiex isir jaf liema hija l-aħjar doża għalik. it-tabib tiegħek sejjer jimmonitorja l-livelli ta’ Lysodren f’demmek. It-tabib jista’ jiddeċiedi li jwaqqaflek il-kura b’Lysodren temporanjament jew li jnaqqaslek id-doża jekk tħoss xi effetti mhux mixtieqa.

    Użu fit-tfal u fl-adolexxenti Id-doża tal-bidu ta’ kuljum ta’ Lysodren hija 1.5 sa 3.5 g/m2 tal-wiċċ tal- ġisem (dan jiġi kkalkulat mit-tabib tiegħek skond il-piż u d-daqs tat-tifel/tifla). L-esperjenza fil- pazjenti f’dan il-grupp ta’ età hija limitata ferm.


    Metodu ta’ kif jingħata

    Għandek tibla’ l-pilloli ma’ tazza ilma matul ikliet li jkun fihom ħafna xaħam. Tista’ taqsam it-teħid

    tad-doża totali ta’ kuljum f’żewġ jew tliet drabi.


    Jekk tieħu Lysodren aktar milli suppost

    Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk aċċidentalment tieħu aktar Lysodren milli suppost jew jekk xi ħadd mit-tfal bela’ xi ftit aċċidentalment.


    Jekk tinsa tieħu Lysodren

    Jekk aċċidentalment insejt tieħu doża, ħu d-doża skedata li jmiss. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  2. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux

    f’kulħadd.

    Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk tesperjenza xi wieħed mill-effetti sekondarji li ġejjin:

    • Insuffiċienza adrenali: għeja kbira, uġigħ addominali, nawsja, remettar, dijarea, konfużjoni

    • Anemija: sfurija kutanja, għeja muskolari, disturbi fi-nifs, vertigo speċjalment meta tqum bil- wieqfa

    • Indeboliment fil-fwied: sfurija tal-ġilda u l-għajnejn, ħakk, nawsja, dijarea, għeja kbira, awrina skura

    • Disturbi newroloġiċi: disturbi fil-moviment u fil-koordinazzjoni, sensazzjonijiet anormali bħal meta jorqdulek partijiet minn ġismek, telf ta’ memorja, diffikultà fil-konċentrazzjoni, diffikultà biex titkellem, vertigo


      Dawn is-sintomi jistgħu jikxfu kumplikazzjonijiet li għalihom tista tkun xierqa medikazzjoni speċifika.


      Effetti sekondarji li jistgħu jseħħu b’ċerti frekwenzi, li huma definiti kif ġejjin:

    • komuni ħafna: jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 minn kull 10

    • komuni: jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10

    • mhux magħruf: ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli


      Effetti sekondarji komuni ħafna

    • rimettar, nawsja (tħossok ma tiflaħx), dijarrea, uġigħ ta’ żaqq

    • nuqqas ta’ aptit

    • sensazzjonijiet anormali bħal meta jorqdulek partijiet minn ġismek

    • disturbi fil-moviment u fil-koordinazzjoni, vertigo, konfużjoni

    • ħedla, għeja, dgħjufija fil-muskoli (għeja tal-muskoli matul sforz)

    • infjammazzjoni (nefħa, sħana, uġigħ) tal-mukoża, raxx tal-ġilda

    • disturbi fid-demm (titwil tal-ħin ta’ fsada)

    • żieda fil-kolesterol, trigliċeridi (xaħmijiet) u enzimi tal-fwied (f’testijiet tad-demm)

    • tnaqqis fl-għadd taċ-ċelloli tad-demm bojod

    • żvilupp żejjed tas-sider fl-irġiel

    • insuffiċjenza adrenali


      Effetti sekondarji komuni

    • sturdament, uġigħ ta’ ras

    • disturbi periferali fis-sistema nervuża: assoċjazzjoni ta’ disturbi sensorji, dgħjufija muskolari u atrofija, tnaqqis fir-riflessi tat-tendini u sintomi vażomotorili bħal fwawar sħan, għaraq u disturbi waqt l-irqad)

    • indeboliment mentali (bħal telfien fil-memorja, diffikultà fil-konċentrazzjoni)

    • disturbi fil-movimenti

    • tnaqqis fiċ-ċelloli l-ħomor tad-demm (anemija, b’sintomi bħalma huma sfurija tal-ġilda u

      għeja), tnaqqis fil-plejtlits tad-demm (jistgħu jagħmluk aktar suxxettibbli għal tbenġil u fsada)

    • epatite (awto-immuni) (tista’ tikkawża sfurija tal-ġilda u tal-għajnejn, awrina kulur skur)

    • diffikultà biex tikkoordina l-muskoli


      Frekwenza Mhux Magħrufa

    • deni

    • uġigħ ġenerali

    • fwawar, pressjoni tad-demm għolja jew baxxa, tħossok stordut/vertigo meta tqum bil-wieqfa f’daqqa

    • żieda fil-produzzjoni tal-bżieq

    • disturbi fl-għajnejn: indeboliment fil-viżta, viżta mċajpra, viżta doppja, distorsjoni tal-immaġni,

      lment minn dawl qawwi

    • infezzjoni fungali

    • ħsara fil-fwied (tista’ tikkawża sfurija tal-ġilda u tal-għajnejn, awrina kulur skur)

    • livelli iktar baxxi ta’ aċidu uriku f’testijiet tad-demm

    • infjammazzjoni tal-bużżieqa tal-awrina b’demm

    • preżenza ta’ demm fl-awrina, preżenza ta’ proteini fl-awrina

    • disturb fil-bilanċ

    • distorsjoni tas-sens tat-togħma

    • indiġestjoni indebolita

    • Makroċesti ovarji (b'sintomi bħal uġigħ pelviku, tnixxija ta'demm)

    • Androstenedjon imnaqqas (prekursur tal-ormoni sesswali) f'testijiet tad-demm fin-nisa

    • Testosteron imnaqqas (ormon sesswali) f'testijiet tad-demm fin-nisa

    • Globulina li tgħaqqad l-ormon sesswali (proteina li tgħaqqad l-ormoni tas-sess) żdiedet fit-testijiet

      tad-demm

    • Testosteron ħieles imnaqqas (ormon sesswali) f'testijiet tad-demm fl-irġiel

    • Ipogonadiżmu fl-irġiel (b’sintomi bħal żvilupp żejjed tas-sider, tnaqqis fil-libido, disfunzjoni erettili, disturbi fil-fertilità)


      Fi tfal u adoloxxenti, ġew osservati problemi fit-tirojde, nuqqas ta’ avvanz newro-psikoloġiku, nuqqas ta’ żvilupp fid-daqs u każ wieħed ta’ enċefalopatija.


      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      image

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.


  3. Kif taħżen Lysodren


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Aħżen fil-pakkett oriġinali. Wara li jinfetaħ: sena


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u i-flixkun wara JIS.


    Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali għall-mediċini ċitotossiċi.

    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  4. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Lysodren


Kif jidher Lysodren u l-kontenut tal-pakkett

Il-pilloli Lysodren huma bojod, ibbuzzati fuq iż-żewġ naħat, tondi u b’linja mnaqqxa fuqhom. Lysodren jiġi fi fliexken tal-plastik ta’ 100 pillola.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

HRA Pharma Rare Diseases 200 avenue de Paris 92320 CHATILLON

Franza


Manifattur

Corden Pharma Latina S.p.A. Via Murillo, 7

04013 Sermoneta (LT)

L-Italja jew

CENTRE SPECIALITES PHARMACEUTIQUES

76-78, avenue du Midi

63800 COURNON D’AUVERGNE

FRANZA


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

/. Hemm ukoll links għal siti elettroniċi oħra dwar mard rari u kura.


Dan il-fuljett huwa disponibbli fil-lingwi kollha tal-UE/ZEE fis-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini.

─ ─ ─ ─ ─ ─ ─ ─ ─ ─ ─ ─ ─ ─ ─ ─ ─ ─ ─ ─ ─ ─ ─ ─ ─ ─ ─ ─ ─ ─ ─ ─ ─ ─ ─ ─ ─ ─ ─ ─


IL-KARTUNA TAL-PAZJENT LI QED JIEĦU LYSODREN


image

Jiena qed nirċievi kura b’Lysodren (mitotane)


Jista’ jaqbadni insuffiċjenza adrenali akuta


F’każ ta’ emerġenza, għandhom jittieħdu miżuri adegwati ta’ prekawzjoni

Isem it-tabib tiegħi huwa:


………………………………………..

Tel: …….....………………………….


Għal informazzjoni dwar il-prodott, jekk jogħġbok ikkuntattja lil: HRA Pharma Rare Diseases

Tel: + 33 1 40 33 93 14

Medinfo-rd@hra-pharma.com