Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Startvac
adjuvanted inactivated vaccine for cattle against Staphylococcus aureus, coliforms and coagulase-negative staphylococci


B. FULJETT TA' TAGĦRIF

FULJETT TA’ TAGĦRIF GĦAL:


STARTVAC


emulsjoni għal injezzjoni għal baqar


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT- TQEGĦID FIS-SUQ U TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦALL - MANIFATTURA RESPONSABBLI GĦALL-ĦRUĠ TAL-LOTT, JEKK DIFFERENTI


    Detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-manifattur responsabbli għall-ħrug tal-lott:


    LABORATORIOS HIPRA, S.A.

    Avda. la Selva, 135 17170- AMER (Girona) SPANJA


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    STARTVAC emulsjoni għal injezzjoni għall baqar


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA


    Doża waħda (2 ml) fiha:


    Escherichia coli (J5) inattivat.............................................................................. > 50 RED60 *

    Staphylococcus aureus (CP8) strejn SP140 inattivata, li tipproduċi kumpless antiġeniku assoċjat mal-

    islajm (SAAC).................................................................................................... > 50 RED80 **

    * RED60: Doża effettiva fil-fniek f’60 % tal-annimali (seroloġija).

    ** RED80: Doża effettiva fil-fniek fi 80 % tal-annimali (seroloġija).

    Paraffina likwida: 18.2 mg

    Benzyl alcohol: 21 mg


    STARTVAC huwa emulsjoni għal injezzjoni omoġena kulur l-ivorju.


  4. INDIKAZZJONI (JIET)


    Għat-tilqim ta’ merħla baqar u erieħ b’saħħithom, f’merħliet ta’ baqar tal-ħalib bi problemi ta’ mastite rikorrenti, sabiex titnaqqas l-inċidenza ta’ mastite sub-klinika u l-inċidenza u s-severità tas-sinjali kliniċi ta’ mastite klinika kkawżata minn Staphylococcus aureus, koliformi u Stafilokoċċi li huma coagulase-negative.

    L-iskema sħiħa tat-tilqim twassal għal immunità minn bejn wieħed u ieħor jum 13 wara l-ewwel injezzjoni sa bejn wieħed u ieħor jum 78 wara t-tielet injezzjoni.


  5. KONTRAINDIKAZZJONIJIET


    Xejn.


  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    Reazzjonijiet avversi rari ħafna:

    • Reazzjonijiet lokali temporanji ħfief għal moderati jistgħu jseħħu wara l-għoti ta’ doża waħda tal- vaċċin ibbażat fuq ir-rapportar tal-farmakoviġilanza ta’ wara l-awtorizzazzjoni. Dawn normalment ikunu: nefħa (sa medja ta’ 5 ċm2), li tgħib fi żmien ta’ mhux iktar minn ġimgħa jew ġimagħtejn. F’xi każijiet, jista’ jkun hemm xi wġigħ fis-sit tat-titqiba li jisparixxi spontanjament fi żmien massimu ta’ 4 ijiem.


    • Żieda medja temporanja fit-temperatura tal-ġisem ta’ madwar 1°C, f’xi baqar sa 2°C, tista’ sseħħ fl- ewwel 24 siegħa wara l-injezzjoni bbażat fuq ir-rapportar tal-farmakoviġilanza ta’ wara l- awtorizzazzjoni


    • Reazzjonijiet tat-tip anafilattiku li jistgħu jkunu ta’ periklu għall-ħajja jistgħu jseħħu f’xi annimali sensittivi bbażat fuq ir-rapportar tal-farmakoviġilanza ta’ wara l-awtorizzazzjoni. Taħt dawn iċ- ċirkustanzi, għandha tingħata kura sintomatika adattata u mgħaġġla.


      Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni:

    • komuni ħafna (aktar minn wieħed f’10 annimali li juru effetti mhux mixtieqa)

    • komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’100 annimal)

    • mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’1,000 annimal)

    • rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’10,000 annimal)

    • rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f’10,000 annimal, inklużi rapporti iżolati).

    Jekk tinnota xi effetti serji jew effetti oħra mhux imsemmija f’dan il-fuljett, jekk jogħġbok informa lit- tabib veterinarju tiegħek.


  7. SPEĊI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Baqar (baqar u erieħ).


  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD(I) U METODU TA’ AMMINISTRAZZJONI


    Użu għal ġol-muskolu. L-injezzjonijiet għandhom preferibbilment jingħataw darba fuq naħa u darb’oħra fuq in-naħa l-oħra tal-għonq.


    Agħti doża waħda (2 ml) permezz ta’ injezzjoni profonda ġol-muskoli fil-muskoli tal-għonq għal 45 jum qabel id-data mistennija tal-ħlas, u xahar wara dan agħti t-tieni doża mill-inqas 10 ijiem qabel il- ħlas. It-tielet doża għandha tingħata xahrejn wara dan.

    Il-programm sħiħ tat-tilqima għandu jkun ripetut ma kull tqala.


  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B’MOD KORRETT


    Ħalli l-vaċċin jilħaq temperatura +15 sa + 25 °C qabel l-għoti. Ħawwad qabel l-użu.


  10. PERJODU TA’ TIŻMIM


    Xejn.


  11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA


    Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.

    Aħżen u ttrasporta fi friġġ (2 sa 8 °C) u ipproteġi mid-dawl. Tagħmlux fil-friża.

    Tużax wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq it-tikketta wara JIS.

    Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar jum tax-xahar.

    Żmien li l-prodott jibqa’ tajjeb wara li jkun tneħħa mill-ewwel ippakkjar: 10 sigħat maħżun fi +15 sa

    +25 ºC.


  12. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Twissijiet speċjali <għal kull speċi li għaliha hu indikat il-prodott>


    Il-merħla kollha għandha titlaqqam.


    It-tilqim għandu jiġi kkunsidrat bħala komponent wieħed fi programm kumpless ta’ kontroll ta’ mastite li jindirizza l-fatturi importanti kollha tas-saħħa tas-sider (eż. it-teknika tal-ħlib, maniġġjar tat- tnixxif u tgħammir, l-iġjene, l-ikel, l-akkomodazzjoni, il-friex, il-kumdità tal-baqra, il-kwalità tal-arja u tal-ilma, il-monitoraġġ tas-saħħa) u prattiċi oħra ta’ maniġġjar.


    Prekawzjonijiet speċjali għall-użu fl-annimali


    Laqqam annimali b’saħħithom biss.


    Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu mill-persuna li tamministra l-prodott mediċinali veterinarju lill-annimali


    Għal min se juża:

    Dan il-prodott mediċinali veterinarju fih żejt minerali. Injezzjoni bi żball jew jekk tinjetta lilek innifsek bi żball jista' jirriżulta f’uġigħ kbir u nefħa specjalment jekk tinjetta f’ġog jew saba’ u

    f’każijiet rari jista’ jkun li titlef subgħak jekk ma tingħatax għajnuna medika mill-ewwel.

    Jekk tiġi njettat bi żball b'dan il-prodott mediċinali veterinarju, fittex għajnuna medika mill-ewwel, anke jekk ġie injettat ammont żgħir ħafna, u ħu l-fuljett ta’ tagħrif miegħek.

    Jekk l-uġigħ idum għal aktar minn tnax-il siegħa, wara l-eżami mediku, erġa’ ħu parir mediku.


    Għat-tabib:

    Dan il-prodott mediċinali veterinarju fih żejt minerali. Anke jekk ġew injettati ammonti żgħar, injezzjoni bi żball ta’ dan il-prodott tista’ tikkawza nefħa intensa, li tista’ pereżempju tikkawża nekrożi iskimika u anke l-bżonn li jinqata' xi saba’. Attenzjoni minn kirurgu espert għandha tingħata MILL-EWWEL u jista’ jkun hemm bżonn li jinfetaħ is-saba’ u tiġi irrigata l-parti fejn seħħet l- injezzjoni, speċjalment fejn hemm il-laħam tas-saba’ jew l-għerq tal-muskolu.


    Użu fit-tqala u treddigħ:


    Jista’ jintuża waqt it-tqala u fi żmien il-ħalib.


    Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra jew forom oħra ta’ interazzjoni:


    M'hemmx informazzjoni dwar is-sigurtà u l-effikaċja ta’ din it-tilqima jekk tintuża flimkien ma’ kwalunkwe prodott ieħor mediċinali veterinarju. Deċiżjoni biex jintuża dan il-vaċċin qabel jew wara kwalunkwe prodott mediċinali veterinarju ieħor għandha tittieħed fuq bażi ta’ każ b’każ.


    Doża eċċessiva (sintomi, proċeduri ta’ emerġenza, antidoti):


    Ebda reazzjoni avversa għajr dawk imsemmija fis-sezzjoni “Effetti mhux mixtieqa” ma ġiet osservata wara l-għoti ta’ doża doppja tal-vaċċin.


    Inkompatibilitajiet:


    Tħallatx ma’ ebda prodott mediċinali veterinarju ieħor.

  13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA’ PRODOTT MHUX UŻAT JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Staqsi lill-kirurgu veterinarju tiegħek dwar kif l-aħjar li tarmi l-mediċini li ma jkunux aktar meħtieġa. Dawn il-miżuri għandhom jgħinu sabiex jipproteġu l-ambjent.


  14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT TA’ TAGĦRIF


    /.


  15. TAGĦRIF IEĦOR


Daqsijiet tal-pakkett:


Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu qegħdin fis-suq.


Għal kull tagħrif dwar dan il-prodott mediċinali veterinarju, jekk jogħġbok ikkuntattja lir- rappreżentant lokali tas-sid tal-awtorizzazzjoni tal-kummerċ.


België/Belgique/Belgien

HIPRA BENELUX NV

Tel: (+32) 09 2964464

Lietuva

LABORATORIOS HIPRA, S.A.

Tel. (34) 972 43 06 60

Република България

LABORATORIOS HIPRA, S.A.

Tel. (34) 972 43 06 60

Luxembourg/Luxemburg

HIPRA BENELUX NV

Tel: (+32) 09 2964464

Česká republika

LABORATORIOS HIPRA, S.A. Tel. (34) 972 43 06 60

Magyarország LABORATORIOS HIPRA, S.A. Tel. (34) 972 43 06 60

Danmark

LABORATORIOS HIPRA, S.A. Tel. (34) 972 43 06 60

Malta

LABORATORIOS HIPRA, S.A. Tel. (34) 972 43 06 60

Deutschland

HIPRA DEUTSCHLAND GmbH

Tel: (+49) 211 698236 – 0

Nederland

HIPRA BENELUX NV

Tel: (+32) 09 2964464

Eesti

LABORATORIOS HIPRA, S.A.

Tel. (34) 972 43 06 60

Norge

LABORATORIOS HIPRA, S.A.

Tel. (34) 972 43 06 60


Ελλάδα

HIPRA EΛΛAΣ A.E.

Tηλ: (+30) 210 4978660

Österreich

HIPRA DEUTSCHLAND GmbH

Tel: (+49) 211 698236 – 0

España

LABORATORIOS HIPRA, S.A. Tel. (34) 972 43 06 60

Polska

HIPRA POLSKA Sp.z.o.o.

Tel: (+48) 22 642 33 06

France

HIPRA FRANCE

Tél. – (+33) 02 51 80 77 91

Portugal

ARBUSET, Produtos Farmacêuticos e Sanitários De Uso Animal, Lda

Tel: (+351) 219 663 450

Hrvatska

LABORATORIOS HIPRA, S.A. Tel. (34) 972 43 06 60

România

LABORATORIOS HIPRA, S.A. Tel. (34) 972 43 06 60

Ireland

HIPRA UK AND IRELAND, Ltd.

Tel: (+44) 0115 912 4320

Slovenija

LABORATORIOS HIPRA, S.A. Tel. (34) 972 43 06 60

Ísland

LABORATORIOS HIPRA, S.A.

Tel. (34) 972 43 06 60

Slovenská republika

LABORATORIOS HIPRA, S.A.

Tel. (34) 972 43 06 60

Italia

Hipra Italia S.r.l.

Tel: ( +39) 030 7241821

Suomi/Finland

LABORATORIOS HIPRA, S.A.

Tel. (34) 972 43 06 60

Κύπρος

LABORATORIOS HIPRA, S.A.

Tel. (34) 972 43 06 60

Sverige

LABORATORIOS HIPRA, S.A.

Tel. (34) 972 43 06 60

Latvija

LABORATORIOS HIPRA, S.A. Tel. (34) 972 43 06 60

United Kingdom

HIPRA UK AND IRELAND, Ltd.

Tel: (+44) 0115 912 4320