Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Yervoy
ipilimumab

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


YERVOY 5 mg/ml konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

ipilimumab


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Għid lit-tabib tiegħek immedjatament jekk ikollok xi wieħed minn dawn l-effetti sekondarji.

Tippruvax tittratta s-sintomi tiegħek b’mediċini oħra.


Effetti sekondarji oħra li ġew irrappurtati (frekwenza mhux magħruf) b’ipilimumab f’kombinazzjoni jinkludu:


Laħlaħ il-linja bis-sodium chloride 9 mg/ml (0.9%) soluzzjoni għall-injezzjoni jew 50 mg/ml (5%) glucose soluzzjoni għall-injezzjoni fit-tmiem tal-infużjoni.


Kundizzjonijiet ta’ ħażna u żmien kemm idum tajjeb il-prodott:

Kunjett mhux miftuħ

YERVOY irid jinħażen fi friġġ (2°C – 8°C). Il-kunjetti jridu jinżammu fil-pakkett oriġinali sabiex jiġu protetti mid-dawl. YERVOY m’għandux jitqiegħed fil-friża.


Tużax YERVOY wara d-dejta ta’ skadenza li tidher fuq it-tikketta u l-kartuna wara JIS. Id-dejta ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


L-infużjoni YERVOY

Minn perspettiva mikrobijoloġika, ladarba tinfetaħ, il-mediċina għandha tiġi infuża jew dilwita u infuża mill-ewwel. L-istabbiltà kimika u fiżika waqt l-użu tal-konċentrat mhux dilwit jew dilwit (bejn 1 u 4 mg/ml) intweriet għal 24 siegħa fit-temperatura tal-kamra (20°C sa 25°C) jew meta titpoġġa fil-friġġ (2°C sa 8°C). Jekk ma tintużax mill-ewwel, is-soluzzjoni għall-infużjoni (mhux dilwita jew dilwita) trid tintuża fi żmien 24 siegħa meta tinħażen fil-friġġ (2°C sa 8°C) jew fit- temperatura tal-kamra (20°C sa 25°C). Ħin u kundizzjonijiet oħra waqt l-użu huma r-responsabbiltà tal-utent.


Rimi:

Taħżen l-ebda porzjon mhux użat tas-soluzzjoni għall-infużjoni biex terġa’ tużah. Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l- liġijiet lokali.