Riprazo
aliskiren
Aliskiren
Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.
Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.
Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.
Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett.
X’inhu Riprazo u għalxiex jintuża
X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Riprazo
Kif għandek tieħu Riprazo
Effetti sekondarji possibbli
Kif taħżen Riprazo
Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra
Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat
l-pilloli Riprazo fihom sustanza attiva msejħa aliskiren. Aliskiren jagħmel parti minn klassi ta’ mediċini li jissejjħu inibituri ta’ renin. Riprazo jgħin biex ibaxxi l-pressjoni tad-demm għolja f’pazjenti adulti. Inibituri ta’ renin inaqqsu l-ammont ta’ angiotensin II li l-ġisem jista’ jipproduċi. B’angiotensin II il-vini tad-demm jidjiequ u l-pressjoni tad-demm togħla. Bit-tnaqqis ta’ angiotensin II, il-vini tad-demm jistrieħu, u l-pressjoni tad-demm titbaxxa.
Pressjoni tad-demm għolja iżżid l-ammont ta’ xogħol fuq il-qalb u l-arterji. Jekk dan idum għal żmien twil, jista’ jagħmel il-ħsara fil-vini tad-demm fil-moħħ, qalb u kliewi, u jista’ jikkawża puplesija, insuffiċjenza tal-qalb, attakk tal-qalb jew insuffiċjenza tal-kliewi. Billi tbaxxi l-pressjoni tad-demm għall-livelli normali jitnaqqas ir-riskju li tiżviluppa dawn id-disturbi.
jekk inti allerġiku għal aliskiren jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6). Jekk taħseb li tista’ tkun allerġiku, staqsi lit-tabib tiegħek għal parir.
jekk ġarrabt dawn il-forom li ġejjin ta’ anġjoedima (tbatija biex tieħu n-nifs jew biex tibla’, jew nefħa tal-wiċċ, idejn u saqajn, għajnejn, xofftejn u/jew l-ilsien):
anġjoedima meta ħadt aliskiren.
anġjoedima ereditarja.
anġjoedima mingħajr l-ebda kawża magħrufa.
fl-aħħar 6 xhur tat-tqala jew jekk qed tredda’, ara sezzjoni Tqala u treddigħ.
jekk qed tieħu ciclosporin (mediċina li tintuża f’każ ta’ trapjant sabiex jiġi evitat li l-organu jiġi riġettat jew għal kundizzjonijiet oħra, eż artrite rewmatojde jew dermatite atopika), itraconazole (mediċina wżata biex tikkura infezzjonijiet tal-fungu) jew quinidine (mediċina li tintuża biex tirranġa r-ritmu tal-qalb).
jekk inti għandek dijabete mellitus jew indeboliment tal-funzjoni tal-kliewi u qed tingħata kura b’waħda minn dawn il-klassijiet ta’ mediċini użati għall-kura tal-pressjoni għolja:
b’ “impeditur tal-enzima li tikkonverti angiotensin” bħal enalapril, lisinopril, ramipril eċċ.
jew
b’ “imblukkatur tar-riċetturi ta’ angiotensin II” bħal valsartan, telmisartan, irbesartan, eċċ.
Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu Riprazo:
jekk qed tieħu dijuretiku (tip ta’ mediċina magħrufa bħala pilloli “tal-pipi” li jżidu l-ammont ta’ awrina li tagħmel).
jekk qed tieħu waħda minn dawn il-klassijiet ta’ mediċini użati għall-kura tal-pressjoni għolja:
“impeditur tal-enzima li tikkonverti angiotensin” bħal enalapril, lisinopril, ramipril eċċ. jew
“imblukkatur tar-riċetturi ta’ angiotensin II” bħal valsartan, telmisartan, irbesartan, eċċ.
jekk għandek indeboliment tal-funzjoni tal-kliewi, it-tabib tiegħek jikkunsidra sew jekk Riprazo huwiex xieraq għalik, u jista’ jiddeċiedi li jissorveljak mill-qrib.
jekk diġà kellek anġjoedima (tbatija biex tieħu n-nifs jew biex tibla’, jew nefħa tal-wiċċ, idejn u
saqajn, għajnejn u/jew l-ilsien). Jekk dan jiġri, waqqaf Riprazo u kkuntattja lit-tabib tiegħek.
jekk għandek stenożi arterjali renali (tidjiq tal-vini tad-demm għal waħda mill-kliewi jew għat- tnejn li huma).
jekk għandek insuffiċjenza konġestiva tal-qalb serja (tip ta’ mard tal-qalb fejn il-qalb ma tistax tippompja biżżejjed demm madwar il-ġisem).
Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat
L-użu ta’ Riprazo fi tfal u adolexxenti sa 18-il sena mhux rakkomandat.
Jekk il-biċċa l-kbira tal-pazjenti ta’ etajiet minn 65 sena ’l fuq, id-doża ta’ 300 mg ta’ Riprazo ma turi l-ebda benifiċċju ieħor b’risq it-tnaqqis tal-pressjoni tad-demm imqabbel mad-doża ta’ 150 mg.
Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.
Teħux Riprazo jekk qed tieħu ciclosporin (mediċna użata fit-trapjanti sabiex jevita li l-organu jkun riġettat jew għal kundizzjonijiet oħrajn, eż. artrite rewmatojde jew dermatite atopika), itraconazole (mediċina użata biex ikunu ttrattati infezzjonijiet tal-fungu) jew quinidine (mediċna użata biex tirranġa r-ritmu tal-qalb).
It-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jibdillek id-doża u/jew jieħu xi prekawzjonijiet oħra jekk qed tieħu xi waħda mill-mediċini li ġejjin:
mediċini li jżidu l-ammont ta’ potassium fid-demm tiegħek. Dawn jinkludu dijuretiċi li jfaddlu l-potassium, sustanzi tal-potassium.
furosemide, mediċina li tagħmel parti minn dawk magħrufin bħala dijuretiċi, jew pilloli “tal- pipi”, li jintużaw biex jiżdied l-ammont ta’ awrina li tagħmel.
waħda minn dawn il-klassijiet ta’ mediċini użati għall-kura tal-pressjoni għolja:
“impeditur tal-enzima li tikkonverti angiotensin” bħal enalapril, lisinopril, ramipril eċċ. jew
“imblukkatur tar-riċetturi ta’ angiotensin II” bħal valsartan, telmisartan, irbesartan, eċċ.
ketoconazole, mediċina li tintuża biex tikkura infezzjonijiet tal-fungu.
verapamil, mediċina li tintuża biex tbaxxi l-pressjoni għolja, biex tirranġa r-ritmu tal-qalb jew għall-kura ta’ anġina pectoris.
ċerti tipi ta’ mediċini li jtaffu l-uġigħ msejħa mediċini antiinfjammatorji mhux sterojdi (NSAIDs).
Għandek tieħu din il-mediċina ma’ ikla ħafifa darba kuljum, l-aħjar fl-istess ħin kuljum. M’għandekx tieħu din il-mediċina mal-meraq tal-grejpfrut.
Tiħux din il-mediċina jekk ħriġt tqila jew qed tredda’ (ara sezzjoni Tiħux Riprazo). Jekk taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina. Jekk toħroġ tqila inti u tieħu din il-mediċina, ieqaf ħudha minnufih u kellem lit- tabib tiegħek.
Din il-mediċina tista’ ġġiegħlek tħossok sturdut u dan jista’ jeffettwa l-ħila tiegħek biex tikkonċentra. Qabel issuq karozza, tħaddem makkinarju, jew tagħmel attivitajiet oħra li jeħtieġu konċentrazzjoni, għandhekk taċċerta ruħek li tkun taf x’tip ta’ reazjoni jkollok għall-effetti ta’ din il-mediċina.
Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.
Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat
Nies li jkolhom il-pressjoni tad-demm għolja ħafna drabi ma jinnutaw l-ebda sinjal tal-problema. Ħafna nies iħossuhom normali. Huwa importanti ħafna li tieħu din il-mediċina eżattament kif jgħidlek it-tabib tiegħek sabiex tikseb l-aqwa riżultati u tnaqqas ir-riskju li jkollok effetti sekondarji. Żomm l- appuntamenti mat-tabib tiegħek anki jekk tkun qed tħossok tajjeb.
Id-doża tal-bidu s-soltu tkun pillola waħda tal-150 mg darba kuljum. L-effett tad-doża li jbaxxi l- pressjoni tad-demm jibda jidher sa ġimagħtejn wara t-tnedija tat-trattament.
Skond kif ikun ir-rispons tiegħek għall-kura t-tabib tiegħek jista’ jordnalek doża ogħla ta’ pillola ta’ 300 mg darba kuljum. It-tabib tiegħek jista’ jordnalek Riprazo ma’ mediċini oħra li jintużaw biex jikkuraw il-pressjoni tad-demm għolja.
Huwa rakkomandat li tieħu l-pilloli ma’ xi ftit ilma. Għandek tieħu din il-mediċina ma’ ikla ħafifa darba kuljum, l-aħjar fl-istess ħin kuljum. M’ghandekx tieħu din il-mediċina mal-meraq tal-grejpfrut.
Jekk bi żball ħadt wisq pilloli Riprazo, ikkonsulta mat-tabib tiegħek minnufih. Jista’ jkollok bżonn attenzjoni medika.
Jekk tinsa tieħu doża ta’ Riprazo, ħudha hekk kif tiftakar u imbagħad ħu d-doża li jmissek fil-ħin tas- soltu. Iżda, jekk ikun kważi wasal il-ħin tad-doża li jmissek għandek sempliċement tieħu l-pillola li jkun imissek fil-ħin tas-soltu. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.
Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.
Xi pazjenti esperjenzaw dawnl-effetti sekondarji sekondarji (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 1,000). Jekk ikollok xi wieħed minn dawn li ġejjin, kellem lit-tabib tiegħek minnufih: Reazzjoni allerġika serja b’sintomi bħalma huma raxx, ħakk, nefħa fil-wiċċ jew fix-xofftejn jew fl- ilsien, diffikultà biex tieħu n-nifs, sturdament.
Komuni (j i st għu jeffettwaw sa pe rs una waħda f ’ kul l 10 min-nies): Dijarrea, uġigħ fil-ġogi (artralġja), livell għoli ta’ potassium fid-demm, sturdament.
Mhux komuni (j i st għu jeffettwaw sa pe rs una waħda f ’ kul l 100 ruħ ): Raxx tal-ġilda (dan jista’ jkun sinjali ta’ reazzjonijiet allerġiċi jew anġjoedima – ara l-effetti sekondarji “Rari” hawn taħt), problemi bil-kliewi li jinkludu indeboliment akut tal-kliewi (tnaqqis serju fl-awrina), nefħa tal-idejn, għekiesi jew saqajn (edema periferali), reazzjonijiet serji fuq il-ġilda (nekroliżi epidermali tossika u/jew reazzjonijiet mukużi fil-ħalq – ħmura fil-ġilda, infafet fix-xofftejn, fl-għajnejn jew il-ħalq, tqaxxir tal- ġilda, deni), pressjoni tad-demm baxxa, palpitazzjonijiet, sogħla, ħakk, raxx bil-ħakk (urtikarja), żieda fl-enzimi tal-fwied.
Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat
Rari (j i st għu jeffettwaw sa pe rs una waħda f ’ kul l 1,000 ruħ ): Reazzjoni allerġika gravi (reazzjoni anafilattika), reazzjonijiet allerġiċi (sensittività eċċessiva) u anġjoedima (is-sintomi tagħha jistgħu jinkludu diffikultà biex tieħu n-nifs jew biex tibla’, raxx, ħakk, ħorriqija jew nefħa fil-wiċċ, fl-idejn u fis-saqajn, fl-għajnejn, fix-xofftejn u/jew fl-ilsien, sturdament), żieda fil-livell ta’ kreatinina fid- demm, ħmura fil-ġilda (eritema).
Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett.
Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.
Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u l-folja. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.
Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C.
Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità.
Is-sustanza attiva hi aliskiren (bħala hemifumarate) 150 mg.
Is-sustanzi l-oħra huma crospovidone, hypromellose, magnesium stearate, macrogol, microcrystalline cellulose, povidone, colloidal anhydrous silica, talc, titanium dioxide (E 171), black iron oxide (E 172), red iron oxide (E 172).
Riprazo 150 mg pilloli miksijin b’rita huma pilloli roża ċar, konvessi miż-żewġ naħat, tondi, ittimbrati ‘IL’ fuq naħa u ‘NVR’ fuq in-naħa l-oħra.
Riprazo jiġi f’pakketti li jkun fihom 7, 14, 28, 30, 50, 56, 84, 90, 98 jew 280 pillola. Pakketti li fihom 84 (3x28), 98 (2x49) jew 280 (20x14) pillola huma pakketti b’ħafna. Jista’ jkun li mhux il-pakketti kollha jkunu għal skop kummerċjali f’pajjiżek.
Novartis Europharm Limited Wimblehurst Road
Horsham
West Sussex, RH12 5AB Ir-Renju Unit
Novartis Farma S.p.A.
Via Provinciale Schito 131
I-80058 Torre Annunziata/NA L-Italja
Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:
Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat
Novartis Pharma Services Inc. Тел.: +359 2 489 98 28
Novartis Hungária Kft. Pharma Tel.: +36 1 457 65 00
Novartis s.r.o.
Tel: +420 225 775 111
Novartis Pharma Services Inc. Tel: +356 2122 2872
Novartis Healthcare A/S Tlf: +45 39 16 84 00
Novartis Pharma B.V. Tel: +31 26 37 82 111
Novartis Pharma GmbH Tel: +49 911 273 0
Novartis Norge AS Tlf: +47 23 05 20 00
Novartis Pharma Services Inc. Tel: +372 66 30 810
Novartis Pharma GmbH Tel: +43 1 86 6570
Novartis (Hellas) A.E.B.E. Τηλ: +30 210 281 17 12
Novartis Poland Sp. z o.o. Tel.: +48 22 375 4888
Laboratorios Dr. Esteve, S.A. Tel: +34 93 446 60 00
Novartis Farma - Produtos Farmacêuticos, S.A. Tel: +351 21 000 8600
Novartis Pharma S.A.S. Tél: +33 1 55 47 66 00
Novartis Pharma Services Romania SRL Tel: +40 21 31299 01
Novartis Ireland Limited Tel: +353 1 260 12 55
Novartis Pharma Services Inc. Tel: +386 1 300 75 50
Vistor hf.
Sími: +354 535 7000
Novartis Farma S.p.A. Tel: +39 02 96 54 1
Novartis Finland Oy
Puh/Tel: +358 (0)10 6133 200
Novartis Pharma Services Inc. Τηλ: +357 22 690 690
Novartis Sverige AB Tel: +46 8 732 32 00
Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat
Novartis Pharma Services Inc. Tel: +371 67 887 070
Novartis Pharmaceuticals UK Ltd. Tel: +44 1276 698370
Novartis Pharma Services Inc. Tel: +370 5 269 16 50
Informazzjoni ddettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini https://www.ema.europa.eu