Paġna ewlenija Paġna ewlenija
AstraZeneca

Kineret
anakinra

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Kineret 100 mg/0.67 mL soluzzjoni għall-injezzjoni ġo siringa mimlija għal-lest

Anakinra


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

dihydrate, polysorbate 80, sodium hydroxide u ilma għall-injezzjonijiet.


Kif jidher Kineret u l-kontenut tal-pakkett

Kineret hu soluzzjoni għall-injezzjoni ċara, mingħajr kulur sa bajda, u pprovduta ġo siringa mimlija għal-lest lesta għall-użu. Jista’ jkun fiha xi frak ta’ proteini trasluċidi sa bojod. Il-preżenza ta’ dan

il-frak ma jaffettwax il-kwalità tal-prodott.


Pakketti ta’ siringa waħda, 7 jew 28 siringa (pakkett multiplu li fih 4 pakketti ta’ 7 siringi mimlijin

għal-lest) mimlijin għal-lest.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Swedish Orphan Biovitrum AB (publ) SE-112 76 Stockholm

L-Isvezja


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’


.


--------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

image

STRUZZJONIJIET GĦALL-PREPARAZZJONI U L-GĦOTI TA’ INJEZZJONI TA’

KINERET


Din il-parti tal-fuljett tinkludi tagħrif dwar kif tagħti injezzjoni b’Kineret lilek innifsek jew lit- tifel/tifla tiegħek. Importanti li ma tippruvax tagħti l-injezzjoni lilek innifsek jew lit-tifel/tifla tiegħek jekk ma tkunx irċevejt taħriġ speċjali minn tabib, infermiera jew ispiżjar. Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar kif tinjetta, jekk jogħġbok staqsi lit-tabib, lill-infermiera jew lill-ispiżjar

għall-għajnuna.


Kif inti jew il-persuna li ser tinjettak, għandkom tużaw is-siringa mimlija għal-lest b’Kineret?


Ser ikollok bżonn tagħti injezzjoni lilek innifsek jew lit-tifel/tifla tiegħek fl-istess ħin kuljum. Kineret jingħata bħala injezzjoni eżatt taħt il-ġilda. Din tissejjaħ injezzjoni subkutaneja.


image

Protezzjoni mil-labra (għatu) Labra

Bettija tas-siringa


Planġer tal-Virga


Apparat li teħtieġ:


Biex tagħti injezzjoni taħt il-ġilda lilek innifsek jew lit-tifel/tifla tiegħek teħtieġ: