Paġna ewlenija Paġna ewlenija

BTVPUR AlSap 2-4
inactivated adjuvanted vaccine against bluetongue virus serotype 2 and 4 infections

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat


B. FULJETT TA' TAGĦRIF FIL-PAKKETT

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

FULJETT TA’ TAGĦRIF FIL-PAKKETT:

BTVPUR AlSap 2-4 suspensjoni għal injezzjoni għan-nagħaġ


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAS-SID TAL-AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊ, U

    L-ISEM U L-INDIRIZZ TAS-SID TAL-AWTORIZZAZZJONI TAL-MANIFATTURA RESPONSABBLI LI JĦALLI L-KONSENJA TMUR FIS-SUQ, JEKK DIFFERENTI


    Sid l-Awtorizzazzjoni tal-Kummerċ: MERIAL

    29 avenue Tony Garnier 69007 Lyon

    France


    Manifattur li jħalli l-konsenja tmur fis-suq: MERIAL

    Laboratorju ta’ Lyon Porte des Alpes Rue de l’Aviation

    69800 Saint-Priest France


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    BTVPUR AlSap 2-4 suspensjoni għal injezzjoni għan-nagħaġ


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA


    Kull doża ta’ ml ta’ vaċċin fih:

    Antiġen serotip 2 tal-virus tal-Bluetongue ................................................................... 6.8 - 9.5 CCID50*.

    Antiġen serotip 4 tal-virus tal-Bluetongue ................................................................... 7.1 - 8.5 CCID50*.

    Aluminju hydroxide 2.7 mg

    Saponin 30 UE **

    *Cell culture doża infettiva 50% ekwivalenti għal titlu qabel l-inattivazzjoni (log10).

    **Unità emolitiċi


  4. INDIKAZZJONI (JIET)


    Immunizzazzjoni attiva ta’ nagħaġ għall-prevenzjoni tal-viraemia* u għat-tnaqqis ta’ sinjali kliniċi ikkawżati mis-serotipi 2 u 4 tal-virus tal-bluetongue.

    *(taħt il-livell ta’ detekxin bil-metodu validat RT-PCR ta’ 3.68 log10 RNA kopji/ml, li jindika li ma kienx hemm trasmissjoni ta’ virus infettiv).


    Il-bidu ta’ l-immunità ġie muri 3 u 5 ġimgħat wara l-ewwel kors ta’ tilqim għas-serotip 4 u serotip 2, rispettivament.

    It-tul tal-immunità hija sena wara l-ewwel kors ta’ tilqim.


  5. KONTRAINDIKAZZJONIJIET


    Xejn.

    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    Wara t-tilqim jista’ jkun hemm xi nefħa żgħira fil-post tal-injezzjoni (massimu ta’ 24cm2) għal perijodu qasir (massimu ta’ 14-il ġurnata).

    Jista’ jkun hemm żieda temporaneja fit-temperatura tal-ġisem, normalment ta’ mhux iżjed minn medja ta’ 1.1˚C, fi żmien 24 siegħa wara t-tilqim.

    Jekk tinnota xi effetti serji jew effetti oħra mhux imsemmija f’dan il-fuljett tal-pakkett, jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek.


  7. SPEĊI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Nagħaġ


  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD(I) U METODU TA' AMMINISTRAZZJONI


    Amministra doża waħda ta’ ml taħt il-ġilda skond l-iskema ta’ tilqim li ġejja:


    L-ewwel kors ta’ vaċċinazzjoni

    Injezzjoni waħda: minn xahar il-fuq f’ annimali li qatt ma kienu ġew amministrati il-vaċċin qabel (jew minn sentejn u ħames xhur il-fuq f’annimali ta’ eta’ żgħira imwielda minn nagħaġ immuni).


    Ripetizzjoni tal-vaċċinazzjoni

    Annwali.


  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B'MOD KORRETT


    Applika il-proċeduri sterili tas-soltu.

    Ħawwad bil-mod immedjatament qabel l-użu. Evita li jiffurmaw bżieżaq, ghax dan jista’ jkun irritanti fil-post tal-injezzjoni. Il-kontenut kollu tal-flixkun għandu jintuża immedjatament wara li jinfetaħ u waqt l-istess proċedura. Evita li tiftaħ iżjed minn fjal wieħed.


  10. PERJODU TA' TIŻMIM


    Xejn ġranet


  11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA

    Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal. Aħżen u ttrasporta fil-friġġ (2°C – 8°C)

    Tagħmlux fil-friża

    Ipproteġi mid-dawl.


    Żmien li l-prodott jibqa’ tajjeb wara li jkun infetaħ: uża immedjatament .

    Tużax dan il-prodott veterinarju mediċinali wara d-data tal-iskadenza fuq il-pakkett u t-tikkettawara EXP.

    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

  12. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Twissijiet speċjali għal kull speċi li għaliha hu indikat il-prodott:

    Jekk jintuża f’annimali ruminanti ta’ speċji oħra kemm slavaġ u domestiċi li huma kkunsidrati f’riskju li jiġu infettati, l-użu tiegħu f’dawn l-ispeċji għandu jsir bil-galbu u huwa rrikmandat li l-vaċċin jiġi ttestjat fuq numru żgħir ta’ annimali qabel jitlaqqmu kollha. Il-livell ta’ effikaċja għal speċji oħra jista’ jkun differenti minn dak osservat fin-nagħaġ.


    Prekawzjonijiet speċjali għall-użu fl-annimali: Laqqam annimali f’saħħithom biss.


    Tqala u żmien il-ħalib:

    Jista’ jintuża waqt it-tqala u fi żmien il-ħalib.


    Fertilità:

    Is-sigurtà u l-effikaċja tal-vaċċin ma ġewx stabbiliti f’irġiel tar-razza. F’din il-kategorija ta’ annimali il-vaċċin għandu jintuża biss skond kif il-veterinarju responsabbli iqis il-benefiċċju / riskju tal- prodott u/jew skond il-kompetenti awtoritajiet nazzjonali fuq il-politika kurrenti dwar il-tilqim kontra il-virus tal-Bluetongue (BTV).


    Effetti fuq prodotti mediċinali oħra jew effetti oħra:

    M'hemmx informazzjoni dwar is-sigurtà u l-effikaċja ta’ din it-tilqima meta tintuża flimkien ma kwalunkwe prodott mediċinali veterinarju ieħor. Id-deċiżjoni sabiex tintuża din it-tilqima qabel jew wara xi prodott mediċinali veterinarju ieħor, għaldaqstant għandha tittieħed każ b’każ


    Effetti fuq prodotti mediċinali oħra jew effetti oħra:

    M'hemmx informazzjoni dwar is-sigurtà u l-effikaċja ta’ din it-tilqima meta tintuża flimkien ma kwalunkwe prodott mediċinali veterinarju ieħor. Id-deċiżjoni sabiex tintuża din it-tilqima qabel jew wara xi prodott mediċinali veterinarju ieħor, għaldaqstant għandha tittieħed każ b’każ


    Doża eċċessiva (sintomi, proċeduri ta’ emerġenza, antidoti):

    L-ebda effett mhux mixtieq ħlief dawk imsemmija f’sezzjoni ‘Effetti mhux mixtieqa’ ma ġew osservati wara l-amministrazzjoni ta’ doża doppja tal-vaċċin.


    Inkompatibilitajiet:

    Tħallatx ma ebda prodott mediċinali veterinarju ieħor.


  13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA' PRODOTT MHUX UŻAT JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Il-mediċini m’għandhomx jiġu mormija ma’ l-ilma maħmuġ jew ma’ l-iskart domestiku.

    Staqsi lill-kirurgu veterinarj tiegħek dwar kif l-aħjar li tarmi l-mediċini li ma jkunux aktar meħtieġa. Dawn il-miżuri għandhom jgħinu sabiex jipproteġu l-ambjent.


  14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT INFORMATTIV FIL- PAKKETT


    /).

    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

  15. TAGĦRIF IEĦOR


Il-vaċċin fih is-serotipi 2 u 4 tal-virus inattivat tal-bluetongue bl-adjuvantijiet aluminju hydroxide u saponin. Jinduċi immunità attiva u speċifika kontra i-serotipi 2 u 4 tal-virus tal-bluetongue

fl-annimali imlaqqma.

Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu qegħdin fis-suq. Daqsijiet tal-pakkett:

Kaxxa ta’ flixkun ta’ 10 dożi (1 x 10 ml) Kaxxa ta’ flixkun ta’ 50 doża (1 x 50 ml) Kaxxa ta’ 10 fliexken ta’ 50 doża (10 x 50 ml) Kaxxa ta’ flixkun ta’ 100 doża (1 x 100 ml)

Kaxxa ta’ 10 fliexken ta’ 100 doża (10 x 100 ml)


Il-manifattura, l-importazzjoni, il-pussess, bejgħ, provista u / jew l-użu ta' BTVPUR AlSap 2-4 jista’ jkun ipprojbit fi Stat Membru jew ġo parti mit-Territorju tiegħu skont il-leġislazzjoni. Kull persuna li turi l-intenzjoni li timmanifattura, timporta, tipposjedi, tbigħ, tipprovdi u tuża BTVPUR AlSap 2-4 għandha tikkonsulta ma’ l-Awtorità Kompetenti ta’ l-Istat Membru dwar il-programmi ta' tilqim kurrenti qabel timmanifattura, timporta, tippossjedi, tbigħ, tipprovdi u/jew tuża.