Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Xeplion
paliperidone

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Xeplion 25 mg suspensjoni li terħi l-mediċina bil-mod għall-injezzjoni Xeplion 50 mg suspensjoni li terħi l-mediċina bil-mod għall-injezzjoni Xeplion 75 mg suspensjoni li terħi l-mediċina bil-mod għall-injezzjoni Xeplion 100 mg suspensjoni li terħi l-mediċina bil-mod għall-injezzjoni Xeplion 150 mg suspensjoni li terħi l-mediċina bil-mod għall-injezzjoni


Paliperidone


Aqra l-fuljett ta’ tagħrif kollu bir-reqqa qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

antipsikotiċi ġew assoċjati mal-formazzjoni ta’ tagħqid tad-demm


Jekk għandek kwalunkwe waħda minn dawn il-kundizzjonijiet, jekk jogħġbok kellem lit-tabib tiegħek għaliex jista’ jkun jeħtieġ jaġġustalek id-doża tiegħek jew jissorveljak għal xi żmien.


Minħabba li f’pazjenti li kienu qed jieħdu din il-mediċina dehru b’mod rari ħafna numri baxxi b’mod perikoluż ta’ ċertu tip ta’ ċellula bajda tad-demm li jkun hemm bżonnha biex tiġġieled infezzjonijiet fid-demm tiegħek, it-tabib tiegħek jista’ jiċċekkja l-għadd ta’ ċelluli bojod fid-demm tiegħek.


Anke jekk qabel inti ttollerajt paliperidone jew risperidone mill-ħalq, b’mod rari jseħħu reazzjonijiet allerġiċi wara li wieħed jirċievi injezzjonijiet ta’ Xeplion. Fittex attenzjoni medika minnufih jekk ikollok raxx, nefħa fi griżmejk, ħakk, jew problemi biex tieħu n-nifs minħabba li dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ reazzjoni allerġika serja.


Din il-mediċina tista’ ġġiegħlek iżżid fil-piż. Żieda sinifikanti fil-piż tista’ taffettwalek saħħek b’mod avvers. It-tabib tiegħek għandu jkejjel il-piż tiegħek b’mod regolari.


Minħabba li f’pazjenti li kienu qed jieħdu din il-mediċina dehret id-dijabete mellitus jew taħrix ta’ dijabete mellitus li kienet hemm diġà, it-tabib tiegħek għandu jiċċekkja għal sinjali ta’ zokkor għoli fid-demm. F’pazjenti li diġà għandhom id-dijabete mellitus iz-zokkor fid-demm għandu jitkejjel b’mod regolari.


Minħabba li din il-mediċina tista’ tnaqqaslek l-impuls li tirremetti, hemm possibbiltà li jista’ jostor ir- reazzjoni normali tal-ġisem għall-inġestjoni ta’ sustanzi tossiċi jew kundizzjonijiet mediċi oħrajn.


Waqt operazzjoni tal-għajn għal-lenti li tissaħħab (katarretta), il-pupilla (iċ-ċirku iswed f’nofs għajnejk) tista’ ma tikbirx fid-daqs kif meħtieġ. Ukoll, il-ħabba (il-parti kkulurita tal-għajn) tista’

titħarrek waqt l-intervent kirurġiku u dan jista’ jwassal għal ħsara fl-għajnejn. Jekk qed tippjana li jkollok operazzjoni f’għajnejk, kun żgur li tgħarraf lit-tabib tiegħek li qed tieħu din il-mediċina.


Tfal u adoloxxenti

Din il-mediċina mhijiex qegħda għal persuni li għandhom inqas minn 18-il sena.


Mediċini oħra u Xeplion

Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu, dan l-aħħar ħadt jew stajt ħadt xi mediċini oħra.


Meta tieħu din il-mediċina ma’ carbamazepine (mediċina kontra l-epilessija u li tistabbilizza l-burdata) tista’ tkun meħtieġa bidla fid-doża tiegħek ta’ din il-mediċina.


Minħabba li din il-mediċina taħdem primarjament fil-moħħ, l-interferenza minn mediċini oħrajn li jaħdmu fil-moħħ jistgħu joħolqu esaġerazzjoni tal-effetti sekondarji bħal ngħas jew effetti oħrajn fuq il-moħħ bħal mediċini psikjatriċi, oħra, opjojdi, antiistamini u mediċini tal-irqad.


Minħabba li din il-mediċina tista’ tbaxxi l-pressjoni tad-demm, għandek toqgħod attent/a meta din il- mediċina tintuża ma’ mediċini oħrajn li jbaxxu l-pressjoni tad-demm.


Din il-mediċina tista’ tnaqqas l-effett ta’ mediċini kontra l-marda ta’ Parkinson u s-sindromu ta’ nuqqas ta’ kwiet fir-riġlejn (eż., levodopa).


Din il-mediċina tista’ tikkawża anormalità fl-elettrokardjogramma (ECG) li turi tul ta’ ħin għal impuls elettriku sabiex jivvjaġġa matul ċerta parti tal-qalb (magħrufa bħala “titwil tal-QT”). Mediċini oħrajn li għandhom dan l-effett jinkludu xi mediċini li jintużaw fil-kura tar-ritmu tal-qalb jew fil-kura tal- infezzjoni, u antipsikotiċi oħrajn.


Jekk inti suxxettibbli li tiżviluppa konvulżjonijiet, din il-mediċina tista’ żżidlek il-possibbiltà li jkollok minnhom. Mediċini oħrajn li għandhom dan l-effett jinkludu xi mediċini li jintużaw fil-kura tad- depressjoni jew fil-kura tal-infezzjoni, u antipsikotiċi oħrajn.


Xeplion għandu jintuża b’kawtela ma’ mediċini li jżidu l-attività tas-sistema nervuża ċentrali (psikostimulanti bħal methylphenidate).


Xeplion mal-alkoħol

L-alkoħol għandu jiġi evitat.


Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina. M’għandekx tuża din il-mediċina waqt it-

tqala sakemm ma ddiskutejtx dwar dan mat-tabib tiegħek. Is-sintomi li ġejjin jistgħu jseħħu fi trabi tat- twelid, ta’ ommijiet li użaw paliperidone fl-aħħar trimestru (l-aħħar tliet xhur tat-tqala tagħhom):

rogħda, għebusija u/jew dgħjufija tal-muskoli, ħedla, aġitazzjoni, problemi bit-teħid tan-nifs, u diffikultà biex jerdgħu. Jekk it-tarbija tiegħek tiżviluppa xi wieħed minn dawn is-sintomi, jista’ jkollok bżonn tikkuntattja lit-tabib tiegħek.


Din il-mediċina tista’ tgħaddi mill-omm għat-tarbija minn ġol-ħalib tas-sider u tista’ tagħmel ħsara lit- tarbija. Għaldaqstant, m’għandekx tredda’ meta tuża din il-mediċina.


Sewqan u tħaddim ta’ magni

Jista’ jkollok sturdament, għeja kbira u problemi fil-vista waqt il-kura b’din il-mediċina (ara

sezzjoni 4). Dan għandu jkun ikkunsidrat f’każijiet fejn tkun meħtieġa viġilanza sħiħa, eż., meta ssuq karozza jew tħaddem magni.


Xeplion fih sodium

Din il-mediċina fiha inqas minn 1 mmol ta’ sodium (23 mg) f’kull doża, li tista’ tgħid huwa essenzjalment ‘bla sodium’.

  1. Kif għandek tuża Xeplion


    Din il-mediċina tingħata mit-tabib tiegħek jew minn professjonista ieħor fil-qasam tal-kura tas-saħħa. It-tabib tiegħek jgħidlek meta jkollok bżonn l-injezzjoni li jmiss. Huwa importanti li ma taqbiżx id- doża skedata tiegħek. Jekk ma tistax tmur għall-appuntament tiegħek għand it-tabib, kun żgur li ċċempillu minnufih sabiex jagħmillek appuntament ieħor mill-aktar fis possibbli.


    Inti tirċievi l-ewwel injezzjoni (150 mg) u t-tieni injezzjoni (100 mg) ta’ din il-mediċina fil-parti ta’ fuq tad-driegħ madwar ġimgħa bogħod minn xulxin. Minn dakinhar ‘il quddiem, inti tibda tieħu injezzjoni (fuq medda bejn 25 mg u 150 mg) darba fix-xahar jew fil-parti ta’ fuq tad-driegħ jew fil- warrani.


    Jekk it-tabib tiegħek qed jaqilbek minn injezzjoni ta’ risperidone li jaġixxi fit-tul għal din il-mediċina, għandek tirċievi l-ewwel injezzjoni ta’ din il-mediċina (fuq medda bejn 25 mg u 150 mg) jew fil-parti ta’ fuq tad-driegħ jew fil-warrani fid-data li kien imissek l-injezzjoni li jmiss. Minn dakinhar ’il quddiem, inti tirċievi injezzjoni (fuq medda bejn 25 mg u 150 mg) jew fil-parti ta’ fuq tad-driegħ darba fix-xahar.


    Skont is-sintomi tiegħek, it-tabib jista’ jżidlek jew inaqqaslek l-ammont ta’ mediċina li tirċievi b’livell wieħed ta’ doża meta tmur għall-injezzjoni ta’ kull xahar tiegħek.


    Pazjentibiproblemifil-kliewi

    It-tabib tiegħek jista’ jaġġustalek id-doża ta’ din il-mediċina abbażi tal-funzjoni tal-kliewi tiegħek. Jekk inti għandek problemi ħfief fil-kliewi t-tabib tiegħek jista’ jagħtik doża aktar baxxa. Jekk inti

    għandek problemi moderati jew gravi fil-kliewi din il-mediċina m’għandhiex tintuża.


    Anzjani

    It-tabib tiegħek jista’ jnaqqaslek id-doża ta’ din il-mediċina jekk tonqoslok il-funzjoni tal-kliewi tiegħek.


    Jekk tingħata Xeplion aktar milli suppost

    Din il-mediċina tingħatalek taħt superviżjoni medika; għaldaqstant, huwa improbabbli li tingħata ż- żejjed.


    Pazjenti li jkunu ngħataw paliperidone żejjed jista’ jkollhom dawn is-sintomi li ġejjin:

    ngħas jew sedazzjoni, rata mgħaġġla tal-qalb, pressjoni baxxa tad-demm, elettrokardjogramma anormali (intraċċar elettriku tal-qalb), jew ċaqliq bil-mod jew anormali fil-wiċċ, il-ġisem, id-dirgħajn jew ir-riġlejn.


    Jekk tieqaf tuża Xeplion

    Jekk tieqaf tirċievi l-injezzjonijiet tiegħek, inti titlef l-effetti tal-mediċina. M’għandekx tieqaf tuża din il-mediċina sakemm ma jgħidlekx it-tabib tiegħek minħabba li s-sintomi tiegħek jistgħu jitfaċċaw mill- ġdid.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  2. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina jista’ jkollha effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.


    Għid lit-tabib immedjatament jekk inti:

    • ikollok emboli tad-demm fil-vini, speċjalment fir-riġlejn (sintomi jinkludu nefħa, uġigħ u ħmura fis-sieq), li jistgħu jivvjaġġaw minn ġol-vażi tad-demm għall-pulmuni u jikkawżaw uġigħ fis-

      sider u diffikultà biex tieħu n-nifs. Jekk tinnota kwalunkwe minn dawn is-sintomi, fittex minnufih l-għajnuna medika.

    • għandek dimenzja u jkollok bidla f’daqqa fl-istat mentali tiegħek, jew dgħjufija f’daqqa jew tnemnim f’wiċċek, dirgħajk hew riġlejk, speċjalment fuq naħa waħda, jew diskors li ma

      jinftiehemx, anke għal perijodu taż-żmien qasir,. Dawn jistgħu jkunu senjali ta’ puplesija.

    • ikollok deni, ebusija tal-muskoli, għaraq jew livell aktar baxx ta’ koxjenza (disturb imsejjaħ ‘Sindrome Newrolettiku Malinn’). Jista’ jkun hemm bżonn kura medika immedjata.

    • raġel u qed ikollok erezzjoni fit-tul u bl-uġigħ. Din tissejjaħ prijapiżmu. Jista’ jkun hemm bżonn kura medika immedjata.

    • ikollok movimenti tal-ilsien, ħalq jew wiċċ tiegħek involontari u ritmiċi. Jista’ jkun hemm bżonn irtirar tal-paliperidone.

    • ikollok allerġija severa kkaratterizzata minn deni, nefħa fil-ħalq, fil-wiċċ, fix-xufftejn jew fl- ilsien, qtugħ ta’ nifs, ħakk, raxx fil-ġilda u xi kultant tnaqqis fil-pressjoni tad-demm (li

      tammonta għal ‘reazzjoni anafilattika’). Anke jekk qabel inti ttollerajt risperidone mill-ħalq jew paliperidone mill-ħalq, b’mod rari jseħħu reazzjonijiet allerġiċi wara li wieħed jirċievi

      injezzjonijiet ta’ paliperidone.

    • qed tippjana li tagħmel operazzjoni f’għajnejk, aċċerta ruħek li tgħid lit-tabib tal-għajnejn li inti qed tieħu din il-mediċina. Waqt operazzjoni fuq l-għajn għal lenti mtappna (katarretta), il-ħabba (il-parti kkulurita tal-għajn) tista’ tiċċaqlaq waqt l-operazzjoni (magħruf bħala “sindrom tal- ħabba li titħarrek”) li jista’ jwassal għal ħsara fl-għajn.

    • inti konxju li għandek numru baxx b’mod perikoluż ta’ ċertu tip ta’ ċellula bajda tad-demm meħtieġa biex tiġġieled infezzjoni fid-demm tiegħek.


      L-effetti sekondarji li ġejjin jistgħu jseħħu:


      Effetti sekondarji komuni ħafna: jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna waħda minn kull 10

    • diffikultà biex torqod jew biex tibqa’ rieqed.


      Effetti sekondarji komuni: jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10

    • sintomi ta’ riħ, infezzjoni fl-apparat tal-awrina, tħossok qisek għandek l-influwenza

    • Xeplion jista’ jżid il-livelli ta’ ormon imsejjaħ “prolactin” li jinstab b’test tad-demm (li jista’ jikkawża jew ma jikkawżax sintomi). Meta jseħħu sintomi ta’ prolactin għoli, dawn jistgħu jinkludu fl-irġiel nefħa fis-sider, diffikultà biex tinkiseb jew tinżamm erezzjoni, jew funzjoni sesswali ħażina oħra; (fin-nisa) skumdità fis-sider, ħruġ ta’ ħalib mis-sider, menstrwazzjoni maqbuża, jew problemi oħra biċ-ċiklu tiegħek.

    • zokkor għoli fid-demm, żieda fil-piż, tnaqqis fil-piż, tnaqqis fl-aptit

    • irritabbilità, depressjoni, ansjetà

    • parkinsoniżmu: Din il-kondizzjoni tista’ tinkludi ċaqliq bil-mod jew indebolit, sensazzjoni ta’ ebusija jew ġbid fil-muskoli (li jġegħluk tiċċaqlaq bl-iskossi), u xi kultant anke sensazzjoni li ċ- ċaqliq “jinġazza” imbagħad jerġa’ jibda’ mill-ġdid. Sinjali oħra ta’ Parkinsoniżmu huma mixi bil-mod u bit-tkaxkir, rogħda f’parti tal-ġisem meta ma tkunx qed tiċċaqlaq, żieda fil-bżieq u/jew fit-tlegħib, u telf ta’ espressjoni tal-wiċċ.

    • irrikwitezza, tħossok bi ngħas, jew inqas attent

    • distonja: Din hija kundizzjoni li tinvolvi ġbid involuntarju bil-mod jew sostnut tal-muskoli.

      Filwaqt li tista’ taffettwa kwalunkwe parti tal-ġisem (u tista’ twassal għal qagħda mhux normali), distonja ħafna drabi tinvolvi l-muskoli tal-wiċċ, inkluż ċaqliq mhux normali tal-

      għajnejn, tal-ħalq, tal-ilsien jew tax-xedaq.

    • sturdament

    • diskajneżja: Din hija kundizzjoni li tinvolvi ċaqliq involontarju tal-muskoli, u tista’ tinkludi ċaqliq ripetittiv, bl-iskossi, bi tkagħwiġ, jew għall-għarrieda.

    • rogħda

    • uġigħ ta’ ras

    • rata mgħaġġla ta’ taħbit tal-qalb

    • pressjoni tad-demm għolja

    • sogħla, imnieħer imblukkat

    • uġigħ fl-addome, rimettar, nawsja, stitikezza, dijarea, indiġestjoni, uġigħ tas-snien

    • żieda fil-livelli tat-transaminases tal-fwied fid-demm tiegħek

    • uġigħ fl-għadam jew fil-muskoli, uġigħ fid-dahar, uġigħ fil-ġogi

    • telf ta’ menstrwazzjoni

    • tnixxija ta’ ħalib mis-sider

    • deni, dgħufija, għeja kbira

    • reazzjoni fis-sit tal-injezzjonni, li tinkludi ħakk, uġigħ jew nefħa.


      Effetti sekondarji mhux komuni: jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100

    • pulmonite, infezzjoni fis-sider (bronkite), infezzjoni tal-passaġġi tan-nifs, infezzjoni fis-sinus, infezzjoni fil-bużżieqa tal-awrina, infezzjoni fil-widnejn, infezzjoni bil-fungu fid-dwiefer, tonsillite, infezzjoni fil-ġilda

    • tnaqqis fl-għadd ta’ ċelluli bojod tad-demm, tnaqqis fit-tip ta’ ċelluli bojod tad-demm li jgħinu biex jipproteġuk kontra infezzjoni, tnaqqis fil-plejtlits (ċelluli tad-demm li jgħinu d-demm jieqaf milli jkompli ħiereġ), anemija

    • reazzjoni allerġika

    • diabete jew dijabete li tmur għall-agħar, żieda fl-insulina (ormon li jikkontrolla l-livelli ta’ zokkor fid-demm) fid-demm tiegħek

    • żieda fl-aptit

    • telf ta’ aptit li jwassal għal dgħufija fiżika minħabba nuqqas ta’ ikel sustanzjuż u piż baxx tal- ġisem

    • trigliċeridi (tip ta’ xaħam) għoljin fid-demm, żieda fil-kolesterol fid-demm tiegħek

    • disturb fl-irqad, burdata ta’ ferħ kbir (manija), tnaqqis fl-aptit sesswali, nervi, ħmar il-lejl

    • diskajneżja tardiva (ċaqliq għall-għarrieda jew bl-iskossi li inti ma tistax tikkontrolla f’wiċċek, f’ilsienek, jew f’partijiet oħra ta’ ġismek). Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk tħoss ċaqliq ritmiku u involontarju tal-ilsien, tal-ħalq u tal-wiċċ. Jista’ jkun li din il-mediċina jkollha titwaqqaf.

    • ħass ħażin, tħoss bżonn bla sabar li ċċaqlaq partijiet minn ġismek, sturdament meta tqum bilwieqfa, disturb fl-attenzjoni, problemi bit-taħdit, telf jew sens mhux normali tat-togħma, sensazzjoni mnaqqsa għall-uġigħ u l-ħass fil-ġilda, sensazzjoni ta’ tnemnim, tingiż jew titrix fil- ġilda

    • vista mċajpra, infezzjoni fl-għajn jew “għajn roża”, għajn xotta

    • sensazzjoni li kollox qed idur bik (vertigo), żarżir fil-widnejn, uġigħ fil-widnejn

    • interruzzjoni fit-trasmissjoni ta’ impulsi bejn il-partijiet ta’ fuq u t’isfel tal-qalb, trasmissjoni ta’ impulsi elettriċi mhux normali fil-qalb, titwil tal-intervall QT mill-qalb tiegħek, taħbit tal-qalb li jiżdied mal-waqqaf, rata baxxa ta’ taħbit tal-qalb, intraċċar elettriku mhux normali tal-qalb (elettrokardjogramma jew ECG), tħoss tferfir jew taħbit qawwi f’sidrek (palpitazzjonijiet)

    • pressjoni baxxa, pressjoni baxxa hekk kif tqum bilwieqfa (konsegwenza ta’ dan, xi persuni li jkunu qed jieħdu din il-mediċina jistgħu jħossuhom qisu se jagħtihom ħass ħażin, storduti, jew jistgħu jintilfu minn sensihom meta jqumu bilwieqfa jew iqumu bilqieda f’daqqa waħda)

    • qtugħ ta’ nifs, konġestjoni fil-passaġġi tat-teħid tan-nifs, tisfir, griżmejn juġgħu, tinfaġar mill- imnieħer

    • skumdità fl-addome, infezzjoni fl-istonku jew fil-musrana, diffikultà biex tibla’, ħalq xott

    • titfa’ ammont eċċessiv ta’ gass

    • żieda fil-GGT (enzima tal-fwied msejħa gamma-glutamyltransferase) fid-demm tiegħek, żieda fl-enzimi tal-fwied fid-demm tiegħek

    • ħorriqija, ħakk, raxx, jaqa’ ix-xagħar, ekzema, ġilda xotta, ħmura fil-ġilda, akne

    • żieda fis-CPK (creatine phosphokinase) fid-demm tiegħek, enzima li xi drabi tintreħa meta jkun hemm diżintegrazzjoni tal-muskoli

    • spażmi fil-muskoli, ebusija fil-ġogi, dgħufija fil-muskoli, uġigħ fl-għonq

    • inkontinenza (nuqqas ta’ kontroll) tal-awrina, tgħaddi l-awrina b’mod frekwenti, uġigħ meta tgħaddi l-awrina

    • impotenza, disturb fl-eġakulazzjoni, menstrwazzjoni maqbuża jew problemi oħra biċ-ċiklu tiegħek (nisa), żvilupp ta’ sider fl-irġiel, funzjoni sesswali ħażina, uġigħ fis-sider

    • nefħa fil-wiċċ, fil-ħalq, fl-għajnejn, jew fix-xofftejn, nefħa fil-ġisem, fid-dirgħajn jew fir-riġlejn

    • żieda fit-temperatura tal-ġisem

    • bidla fil-mod kif timxi

    • uġigħ fis-sider, skumdità fis-sider, tħossok ma tiflaħx

    • ġilda tibbies

    • waqgħa.


      Effetti sekondarji rari: jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1 000

    • infezzjoni fl-għajnejn

    • infjammazzjoni fil-ġilda kkawżata minn dud irqiq parassitiku (mite), axxess taħt il-ġilda

    • żieda fl-eosinofili (tip ta’ ċellula tad-demm bajda) fid-demm tiegħek

    • tnixxija mhux f’lokha ta’ ormon li jikkontrolla l-volum tal-awrina

    • zokkor fl-awrina

    • kumplikazzjonijiet ta’ dijabete li mhux kontrollat li huma ta’ theddid għall-ħajja

    • livell baxx ta’ zokkor fid-demm

    • xorb eċċessiv ta’ ilma

    • ma tiċċaqqlaqx jew ma tirrispondix waqt li tkun imqajjem/ma (katatonja)

    • konfużjoni

    • timxi waqt li tkun rieqed/a

    • nuqqas ta’ emozzjoni

    • ma jkunx jista’ jkollok orgażmu

    • sindrome newrolettiku malinn (konfużjoni, koxjenza mnaqqsa jew telf mis-sensi, deni għoli, u ebusija severa fil-muskoli), problemi fil-vażi tad-demm fil-moħħ, inkluż telf f’daqqa ta’ provvista tad-demm lejn il-moħħ (puplesija jew “puplesija żgħira”), ma tirrispondix għall- istimuli, telf ta’ koxjenza, livell baxx ta’ koxjenza, konvulżjoni (aċċessjoni), disturb fil-bilanċ

    • koordinazzjoni anormali

    • glawkoma (żieda fil-pressjoni ġewwa l-boċċa tal-għajn)

    • problemi biċ-ċaqliq ta’ għajnejk, tidwir tal-għajnejn, sensittività żejda tal-għajnejn għad-dawl, żieda fid-dmugħ, ħmura fl-għajnejn

    • fibrillazzjoni tal-atriju (ritmu mhux normali tal-qalb), qalb tħabbat b’mod irregolari

    • ikollok tagħqid tad-demm fil-vini speċjalment fir-riġlejn (sintomi jinkludu nefħa, uġigħ u ħmura fis-sieq). Jekk tinnota kwalunkwe minn dawn is-sintomi, fittex minnufih l-għajnuna medika

    • fwawar

    • problemi biex tieħu nifs waqt l-irqad (apnea tal-irqad)

    • konġestjoni fil-pulmuni

    • ħsejjes ta’ tifqigħ fil-pulmun

    • infjammazzjoni tal-frixa, ilsien minfuħ, inkontinenza tal-ippurgar, ippurgar iebes ħafna

    • xofftejn maqsuma

    • raxx fil-ġilda marbut mal-mediċina, ġilda teħxien, brija

    • diżintegrazzjoni tal-fibri tal-muskoli u uġigħ fil-muskoli (rabdomijolosi)

    • nefħa fil-ġogi

    • ma tkunx tista’ tgħaddi l-awrina

    • skumdità fis-sider, tkabbir fil-glandoli ġewwa sidrek, tkabbir tas-sider

    • tnixxija mill-vaġina

    • temperatura tal-ġisem baxxa ħafna, tkexkix ta’ bard, tħossok bil-għatx

    • sintomi ta’ twaqqif ta’ mediċina li tivvizzja

    • akkumulazzjoni ta’ materja kkawżata minn infezzjoni fis-sit tal-injezzjoni, infezzjoni fil-fond fil-ġilda, ċesta fis-sit tal-injezzjoni, tbenġil fis-sit tal-injezzjoni.


      Mhux magħruf: ma tistax tittieħed stima tal-frekwenza mid-data disponibbli

    • numbru baxx b’mod perikoluż ta’ ċertu tip ta’ ċellula bajda tad-demm meħtieġa biex tiġġieled infezzjoni fid-demm tiegħek

    • reazzjoni allerġika severa kkaratterizzata minn deni, nefħa fil-ħalq, fil-wiċċ, fix-xoffa jew fl- ilsien, qtugħ ta’ nifs, ħakk, raxx fil-ġilda u xi drabi tnaqqis fil-pressjoni tad-demm

    • konsum eċċessiv b’mod perikoluż ta’ ilma

    • disturb fil-kwantità ta’ ikel li wieħed jiekol, marbut mal-irqad

    • koma minħabba dijabete mhux ikkontrollata

    • ċaqliq tar-ras

    • tagħqid tad-demm fil-pulmuni li jikkawża uġigħ fis-sider u diffikultà biex tieħu n-nifs. Jekk inti tinnota xi wieħed minn dawn is-sintomi fittex parir mediku immedjatament.

    • tnaqqis fl-ossiġnu f’partijiet tal-ġisem tiegħek (minħabba tnaqqis fil-provvista tad-demm)

    • teħid tan-nifs mgħaġġel u qasir, pulmonite kkawżata mill-ġbid tal-ikel man-nifs, disturb fil- leħen

    • sadda fil-musrana, nuqqas ta’ moviment tal-muskolu tal-musrana li jikkawża sadda

    • sfura fil-ġilda u fl-għajnejn (suffejra)

    • raxx sever jew ta’ periklu għall-ħajja bi nfafet u taqxir tal-ġilda li jista’ jibda fil-ħalq, fl- imnieħer, fl-għajnejn u fil-ġenitali jew madwarhom u jinfirex f’partijiet oħra tal-ġisem (sindrome ta’ Stevens-Johnson/nekroliżi tossika tal-epidermide)

    • reazzjoni allerġika serja b’nefħa li tista’ tinvolvi l-gerżuma u twassal għal diffikultà bit-teħid tan-nifs

    • telf ta’ kulur fil-ġilda, tfarfir u ħakk fil-qorriegħa jew fil-ġilda

    • qagħda mhux normali tal-ġisem

    • trabi tat-twelid imwielda minn ommijiet li jkunu ħadu Xeplion matul it-tqala jista’ jkollhom effetti sekondarji tal-mediċina u/jew sintomi ta’ twaqqif tal-mediċina, bħal irritabbiltà, kontrazzjonijiet bil-mod jew miżmuma tal-muskoli, rogħda, stat ta’ ngħas u problemi bin-nifs jew biex jinsqew

    • priapiżmu (erezzjoni tal-pene li tieħu fit-tul li tista’ tkun teħtieġ trattament b’operazzjoni)

    • tnaqqis fit-temperatura tal-ġisem

    • ċelluli tal-ġilda mejtin fis-sit tal-injezzjoni u ulċera fis-sit tal-injezzjoni.


    Rappurtar tal-effetti sekondarji

    image

    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti

    sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi

    tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  3. Kif taħżen Xeplion


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  4. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Xeplion

Is-sustanza attiva hija paliperidone.

Kull siringa mimlija għal-lest ta’ Xeplion 25 mg fiha 39 mg ta’ paliperidone palmitate. Kull siringa mimlija għal-lest ta’ Xeplion 50 mg fiha 78 mg ta’ paliperidone palmitate.

Kull siringa mimlija għal-lest ta’ Xeplion 75 mg fiha 117 mg ta’ paliperidone palmitate.

Kull siringa mimlija għal-lest ta’ Xeplion 100 mg fiha 156 mg ta’ paliperidone palmitate. Kull siringa mimlija għal-lest ta’ Xeplion 150 mg fiha 234 mg ta’ paliperidone palmitate.

Is-sustanzi l-oħra huma: Polysorbate 20

Polyethylene glycol 4000

Citric acid monohydrate

Disodium hydrogen phosphate anhydrous Sodium dihydrogen phosphate monohydrate

Sodium hydroxide (għall-aġġustament tal-pH)

Ilma għall-injezzjonijiet


Id-dehra ta’ Xeplion u l-kontenuti tal-pakkett

Xeplion huwa suspensjoni bajda jew bajda tagħti fl-isfar li terħi l-mediċina bil-mod għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest.

Kull pakkett fih siringa waħda mimlija għal-lest u 2 labriet. Pakkett għall-bidu tal-kura:

Kull pakkett fih pakkett 1 ta’ Xeplion 150 mg u pakkett 1 ta’ Xeplion 100 mg.


Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq

Janssen-Cilag International NV Turnhoutseweg 30

B-2340 Beerse Il-Belġju


Il-Manifattur

Janssen Pharmaceutica NV Turnhoutseweg 30

B-2340 Beerse

Il-Belġju


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq.

Authorisation Holder.


België/Belgique/Belgien Janssen-Cilag NV Tel/Tél: +32 14 64 94 11

Lietuva

UAB “JOHNSON & JOHNSON” Tel: +370 5 278 68 88


България

”Джонсън & Джонсън България” ЕООД Тел.:+359 2 489 94 00

Luxembourg/Luxemburg

Janssen-Cilag NV Tél/Tel: +32 14 64 94 11


Česká republika Janssen-Cilag s.r.o. Tel:+420 227 012 227

Magyarország Janssen-Cilag Kft. Tel.:+36 1 884 2858


Danmark

Janssen-Cilag A/S Tlf: +45 4594 8282

Malta

AM MANGION LTD. Tel: +356 2397 6000


Deutschland

Janssen-Cilag GmbH Tel: +49 2137 955 955

Nederland

Janssen-Cilag B.V. Tel: +31 76 711 1111

Eesti

UAB “JOHNSON & JOHNSON” Eesti filiaal Tel.: +372 617 7410

Norge

Janssen-Cilag AS Tlf: +47 24 12 65 00


Ελλάδα

Janssen-Cilag Φαρμακευτική Α.Ε.Β.Ε Tηλ: +30 210 80 90 000

Österreich

Janssen-Cilag Pharma GmbH Tel: +43 1 610 300


España

Janssen-Cilag, S.A. Tel: +34 91 722 81 00

Polska

Janssen-Cilag Polska Sp. z o.o. Tel.: +48 22 237 60 00


France

Janssen-Cilag

Tel: 0 800 25 50 75 / +33 1 55 00 40 03

Portugal

Janssen-Cilag Farmacêutica, Lda. Tel: +351 214 368 600


Hrvatska

Johnson & Johnson S.E. d.o.o. Tel: +385 1 6610 700

România

Johnson & Johnson România SRL Tel: +40 21 207 1800


Ireland

Janssen Sciences Ireland UC Tel: +353 1 800 709 122

Slovenija

Johnson & Johnson d.o.o. Tel: +386 1 401 18 00


Ísland

Janssen-Cilag AB C/o Vistor hf

Sími: +354 535 7000

Slovenská republika Johnson & Johnson s.r.o. Tel: +421 232 408 400


Italia

Janssen-Cilag SpA

Tel: 800.688.777 / +39 02 2510 1

Suomi/Finland

Janssen-Cilag Oy

Puh/Tel: +358 207 531 300


Κύπρος

Βαρνάβας Χατζηπαναγής Λτδ Tηλ: +357 22 207 700

Sverige

Janssen-Cilag AB Tfn: +46 8 626 50 00


Latvija

UAB “JOHNSON & JOHNSON” filiāle Latvijā Tel: +371 678 93561

United Kingdom (Northern Ireland)

Janssen Sciences Ireland UC Tel: +44 1 494 567 444


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’


L-informazzjoni li ġejja hija maħsuba għall-professjonisti fil-qasam mediku jew fil-qasam tal- kura tas-saħħa biss u għandu jinqara mill-professjonist fil-qasam mediku jew fil-qasam tal-kura tas-saħħa flimkien mal-informazzjoni tal-prodott (Sommarju tal-Karatteristiċi tal-Prodott):


Is-suspensjoni għall-injezzjoni hija għal użu ta’ darba biss. Din għandha tiġi eżaminata viżwalment għal xi materjal barrani qabel ma tingħata. M’għandhiex tintuża jekk is-siringa ma tkunx viżibbilment ħielsa minn materjal barrani.


Il-pakkett fih siringa mimlija għal-lest u 2 labriet (labra ta’ pulzier u nofs (1 ½ pulzier) ta’ ħxuna 22 [38.1 mm x 0.72 mm] u labra ta’ pulzier (1 pulzier) ta’ ħxuna 23 [25.4 mm x 0.64 mm]) għall-

image

injezzjoni ġol-muskolu. Xeplion huwa disponibbli wkoll bħala Pakkett għall-bidu tal-kura li fih żewġ siringi mimlija għal-lest (150 mg + 100 mg) u żewġ labriet addizzjonali ta’ sigurtà.


Siringa mimlija għal- lest


22G x 1½″ Buttun griż

23G x 1″ Buttun blu


Buttun Tapp

tat-tarf


  1. Ħawwad is-siringa sew għal mill-inqas 10 sekondi sabiex ikollok suspensjoni omoġenja.


    image


  2. Agħżel il-labra adatta.


    L-ewwel doża ta’ Xeplion tal-bidu (150 mg) għandu jingħata f’ġurnata 1 fil-muskolu tad-deltojd billi tintuża l-labbra għall-injezzjoni fid-deltojd. It-tieni doża ta’ Xeplion tal-bidu (100 mg) għandu wkoll jingħata fil-muskolu tad-deltojd ġimgħa wara (ġurnata 8) billi tintuża l-labbra għall-injezzjoni fid-deltojd.

    Jekk il-pazjent qed jinqaleb mill-injezzjoni li jaġixxi fit-tul ta’ risperidone għal Xeplion, l- ewwel injezzjoni ta’ Xeplion (fuq medda bejn 25 mg għal 150 mg) jista jingħata jew fil- muskolu tad-deltojd jew tal-warrani billi tintuża l-labbra adattata għas-sit tal-injezzjoni fil-ħin tal-injezzjoni li jmiss.


    Minn dakinhar ‘il quddiem, l- injezzjonijiet ta’ kull xagħar jistgħu jingħataw jew fil-muskolu tad-deltojd kif ukoll fil-muskolu tal-warrani billi tintuża l-labbra adattata għas-sit tal-injezzjoni.


    Għal injezzjoni fid-DELTOJD, jekk il-pazjent jiżen < 90 kg, uża s-siringa ta’ pulzier, ta’ ħxuna 23 (25.4 mm x 0.64 mm) (il-labra bil-buttun blu); jekk il-pazjent jiżen 90 kg, uża s-siringa ta’ pulzier u nofs, ta’ ħxuna 22 (38.1 mm x 0.72 mm) (il-labra bil-buttun griż).


    Għal injezzjoni fil-WARRANI, uża s-siringa ta’ pulzier u nofs, ta’ ħxuna 22 (38.1 mm x

    0.72 mm) (il-labra bil-buttun griż).


  3. Waqt li żżomm is-siringa ’l fuq, neħħi t-tapp tal-lastku billi ddawru.


    image


  4. Iftaħ il-pakkett tal-labra sa nofsu. Aqbad l-għatu tal-labra bil-pakkett tal-plastik. Waħħal il-labra mal-ponta luer tas-siringa b’tidwira ħafifa mix-xellug għal-lemin.


    image

  5. Iġbed l-għatu tas-siringa dritt ’il fuq. Iddawrux għaliex tista’ tħoll il-labra minn mas-siringa.


    image


  6. Żomm is-siringa bil-labra mwaħħla dritta ’l fuq sabiex tneħħi l-arja. Neħħi l-arja mis-siringa billi timbotta l-planġer ’il fuq.


    image


  7. Injetta l-kontenut kollu bil-mod, fil-fond fil-muskolu li tixtieq: kemm fil-muskolu tad-deltojd kif ukoll fil-muskolu tal-warrani tal-pazjent. Tagħtix l-injezzjoni fl-arterji jew fil-vini jew taħt il- ġilda.


  8. Wara li tlesti l-injezzjoni, uża jew il-behem jew saba’ ta’ id waħda (8a, 8b) jew wiċċ ċatt (8ċ) biex tħaddem is-sistema ta’ protezzjoni tal-labra. Is-sistema tiġi attivata għal kollox meta tisma ‘klikk’. Armi s-siringa bil-labra kif inhu xieraq.


8a

image


8b


image


image


Kull fdal tal-prodott li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.