Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Alli (previously Orlistat GSK)
orlistat

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


alli 60 mg kapsuli ibsin

orlistat


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Dejjem ħu din il-mediċina eżatt kif deskritt f’dan il-fuljett jew kif qallek it-tabib jew l-ispiżjar tiegħek.


Kif tistabilixxi il-mira t i egħek t a’ kal or i j i


It-tabella li ġejja nħadmet biex tagħtik mira ta’ kaloriji li hija madwar 500 kalorija kuljum inqas minn dak li l-ġisem tiegħek jeħtieġ biex iżomm il-piż li għandek issa. Dan ifisser 3500 inqas kull ġimgħa, madwar in-numru ta’ kaloriji f’0.5 kg ta’ xaħam.


Il-mira tiegħek ta’ kaloriji waħedha għandha tgħinek titlef il-piż b’rata gradwali u kostanti ta’ madwar

    1. kg kull ġimgħa, mingħajr ma tħossok frustrat/a jew nieqes/nieqsa mill-ikel. Teħid ta’ inqas minn 1200 kalorija kuljum mhux irrakkomandat.

      Biex tistabilixxi l-miri tiegħek ta’ kaloriji se jkollok bżonn tkun taf il-livell ta’ attività tiegħek.

      Il-mira tiegħek ta’ kaloriji tiżdied aktar ma tkun attiv/a.

      • Attività baxxa tfisser li ftit jew xejn timxi, titla’ taraġ, taħdem fil-ġnien, jew tagħmel xi attività

        fiżika oħra kuljum.

      • Attività moderata tfisser li taħraq 150 kalorija kuljum permezz ta’ attività fiżika, eżempju, mixja ta’ tliet kilometri (2 mili), xogħol fil-ġnien għal 30 sa 45 minuta, jew ġirja ta’ żewġ kilometri

        (1.25 mili) fi 15-il minuta. Agħżel il-livell li l-aktar jaqbel mar-rutina tiegħek ta’ kuljum. Jekk m’intix ċert/a f’liema livell taqa’, agħżel Attività baxxa.


        Nisa

        Attività baxxa

        Taħt 68.1 kg

        1200 kalorija

        68.1 kg sa 74.7 kg

        1400 kalorija

        74.8 kg sa 83.9 kg

        1600 kalorija

        84.0 kg u aktar

        1800 kalorija

        Attività moderata

        Taħt 61.2 kg

        1400 kalorija

        61.3 kg sa 65.7 kg

        1600 kalorija

        65.8 kg u aktar

        1800 kalorija


        Irġiel

        Attività baxxa

        Taħt 65.7 kg

        1400 kalorija

        65.8 kg sa 70.2 kg

        1600 kalorija

        70.3 kg u aktar

        1800 kalorija

        Attività moderata

        59.0 kg u aktar

        1800 kalorija


        Kif tistabilixxi il-m i r a t i egħek t a’ xaħam


        It-tabella li ġejja turi kif għandek tistabilixxi l-mira tiegħek ta’ xaħam ibbażat fuq l-ammont ta’ kaloriji li tista’ tieħu kuljum. Għandek tippjana li tieħu tliet ikliet kuljum. Bħala eżempju, jekk stabilixxejt mira ta’ 1400 kuljum, l-ammont massimu ta’ xaħam li tista’ tieħu f’kull ikla se jkun 15 g. Biex ma taqbisx il-mira tiegħek ta’ xaħam ta’ kuljum, ikliet ħfief (snacks) m’għandhomx ikollhom aktar

        minn 3 g ta’ xaħam.


        Ammont ta’ kaloriji li tista’ tiekol kuljum

        Ammont massimu ta’ xaħam li tista’ tieħu f’kull ikla

        Ammont massimu ta’ xaħam li tista’ tieħu minn ikliet ħfief (snacks) kuljum

        1200

        12 g

        3 g

        1400

        15 g

        3 g

        1600

        17 g

        3 g

        1800

        19 g

        3 g


        Ftakar


      • Żomm miri ta’ kaloriji u xaħam realistiċi għax dan huwa mod tajjeb biex iżżom il-piż li tkun tlift għal tul ta’ żmien.

      • Ikteb dak li tiekol, inkluż il-kontenut ta’ kaloriji u xaħam, fi djarju tal-ikel.

      • Qabel tibda tieħu l-kapsuli pprova kun aktar attiv/a fiżikament. Attività fiżika hija parti

        mportanti ta’ programm ta’ telf ta’ piż. Ftakar biex l-ewwel tiċċekkja mat-tabib tiegħek jekk qatt m’għamilt eżerċizzju qabel.

      • Ibqa’ attiv waqt li tkun qed tieħu alli u wara li tieqaf tieħdu.


Il-programm ta’ telf ta’ piż alli jgħaqqad il-kapsuli ma’ pjan ta’ dak li tiekol u firxa wiesa’ ta’ riżorsi biex jgħinuk tifhem kif tiekol dieta b’kaloriji mnaqqsa u b’inqas xaħam u linji gwida biex issir aktar attiv/a.

Is-sit elettronika ta’ alli (jekk jogħġbok irreferi għas-sit elettronika speċifika għall-pajjiż tiegħek

fil- lista ta’ rappreżentanti lokali fuq) tipprovdilek firxa ta’ għodod interattivi, riċetta b’inqas xaħam,

punti ta’ għajnuna dwar attività fiżika u tagħrif utli ieħor biex jgħinuk tgħix ħajja b’saħħtek u jtuk sapport biex tilħaq il-miri tiegħek ta’ telf ta’ piż.


Żur www.alli.com.mt