Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Econor
valnemulin


FULJETT TA' TAGĦRIF GĦAL:

Econor 50% taħlita għal għalf medikat għal majjali


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT- TQEGĦID FIS-SUQ U TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦALL- MANIFATTURA RESPONSABBLI GĦALL-ĦRUĠ TAL-LOTT, JEKK DIFFERENTI


    Detentur tal-awtorizzazzjonigħat-tqegħidfis-suq: Elanco GmbH

    Heinz-Lohmann-Str. 4

    27472 Cuxhaven Il-Ġermanja


    Manifatturresponsabbligħall-ħrugtal-lott: Sandoz GmbH

    Biochemiestrasse 10

    6250 Kundl L-Awstrija


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    Econor 50% taħlita għal għalf medikat għal majjali Valnemulin hydrochloride


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA


    Econor 50% taħlita lesta fih valnemulin f'għamla ta' valnemulin hydrochloride.

    Valnemulin hydrochloride 532.5 mg/g

    ekwivalenti għal bażi ta' valnemulin 500 mg/g


    Sustanzi oħrajn: Hypromellose Talc


    Trab bajdani jagħti kemmxejn fl-isfar.


  4. INDIKAZZJONI(JIET)


    Il-kura u l-prevenzjoni ta’ diżenterija tal-majjali.

    Il-kura ta’ sinjali kliniċi ta’ enteropatija proliferattiva (ileitis) tal-majjali.

    Il-prevenzjoni ta’ sinjali kliniċi ta’ spirochaetosis kolonika (kolite) tal-majjali meta l-marda tkun ġiet dijanjostikata fil-merħla.

    Il-kura u l-prevenzjoni ta’ pnewmonja enżootika tal-majjali. Fid-dożi rakkomandati ta’ 10 – 12 mg/kg piż korporali, leżjonijet fil-pulmun u telf fil-piż huma mnaqqsa, imma l-infezzjoni b’Mycoplasma hyopneumoniae mhijiex eliminata.


  5. KONTRAINDIKAZZJONIJIET


    Tamministrax il-prodott lill-majjali li qed jirċievu jonofori.

  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    Reazzjonijiet avversi wara l-użu ta’ Econor huma assoċjati prinċipalment ma’ razez u taħlitiet ta’ razez ta’ Danish u/jew Swedish Landrace.


    L-aktar reazzjonijiet avversi komuni osservati f’dawn il-majjali huma deni, anoreksija u f’każijiet severi atassja u telqa li ġġigħelhom jibqgħu mimdudin. Fl-irziezet effettwati, terz tal-majjali trattati kienu effettwati, b’mortalità ta’ 1%. Perċentwal ta’ dawn il-majjali jista’ jkollhom ukoll edema u eritemija (f’distribuzzjoni posterjuri), u edema palpebrali. Fi provi kkontrollati f’annimali suxxettibbli, il-mortalità kienet inqas minn 1%.


    Fil-każ ta’ reazzjoni avversa, huwa rakkomandat li l-mediċina titwaqqaf minnufih. Majjali li jkunu effettwati serjament għandhom jitneħħew u għandhom jitpoġġew f’imqajjel nodfa u xotti u mogħtija trattament xieraq inkluż trattament għall-marda konkurrenti.


    Valnemulin huwa aċċettat tajjeb fl-għalf, iżda jekk jingħata f’konċentrazzjonijet akbar minn 200 mg valnemulin/kg ta’ għalf, jista’ jirriżulta fi tnaqqis għaddieni fl-ikkunsmar tal-ikel assoċjat ma’ togħma ħażina waqt l-ewwel ftit ġranet tat-tagħlif fil-majjali.


    Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni:

    • komuni ħafna (aktar minn wieħed f’10 annimali li juru effett(i) mhux mixtieq(a) matul il-perjodu ta’ kura waħda)

    • komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’100 annimal)

    • mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’1,000 annimal)

    • rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’10,000 annimal)

    • rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f’10,000 annimal, inklużi rapporti iżolati).


      Jekk tinnota xi effetti serji anke dawk mhux imsemmija f’dan il-fuljett, jew taħseb li l-mediċina ma ħadmitx, jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek.


  7. SPEĊI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Majjali


  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD(I) U METODU TAAMMINISTRAZZJONI


    Użu fl-għalf.


    It-teħid tal-għalf immedikat jiddependi fuq il-kundizzjoni klinika tal-annimal. Sabiex jinkiseb id- dożaġġ korrett, il-konċentrazzjoni ta’ Econor għandha tiġi aġġustata. Livelli t’inklużjoni jistgħu wkoll jiżdiedu f’majjali aktar xjuħ jew majjali fuq għalf ristrett biex jintlaħaq id-dożaġġ mixtieq.


    Indikazzjoni

    Dożaġġ (sustanza attiva)

    Il-perijodu t'applikazzjoni ta' għalf immedikat bħala r-

    razzjon waħdieni ta' kuljum

    Applikazzjoni fl-għalf (taħlita minn qabel)

    Trattament ta'


    Diżenterija tal- majjali


    3-4 mg/kg piż korporali/kulju m


    Minimu ta' 7 ijiem u sa

    4 ġimgħat jew sakemm is- sinjali tal-marda jisparixxu


    Inkorporazzjoni ta' 75 mg ta' sustanza attiva għal kull kilogramm ta’ għalf ma':

    Econor 50% 150 mg/kg ta’ għalf

    Dan il-livell ta’ dożaġġ huwa effettiv fit-trattament ta’ mard kliniku, imma dożaġġi aktar għoljin jew fuq tul ta’ żmien itwal tat-trattament jistgħu jkunu meħtieġ għall-eliminazzjoni sħiħa tal-infezzjoni. Huwa importanti li tagħti l-mediċina kemm jista’ jkun kmieni possibbli f’imxija ta’ diżenterija tal- majjali. Jekk ma jkunx hemm reazzjoni għat-trattament fi żmien 5 jiem, id-dijanjożi għandha tiġi stabbilita mill-ġdid.


    Indikazzjoni Dożaġġ (sustanza attiva)


    Trattament tas-sinjali kliniċi

    Il-perijodu t'applikazzjoni ta' għalf immedikat bħala r- razzjon waħdieni ta' kuljum

    Applikazzjoni fl-għalf (taħlita minn qabel)


    Enteropatija Proliferattiva tal-


    3-4 mg/kg piż

    Inkorporazzjoni ta' 75 mg ta' Ġimagħtejn jew sakemm is- sustanza attiva għal kull kilogramm

    Majjali (ileitis)

    korporali/kuljum

    sinjali tal-marda jisparixxu

    ta’ għalf ma':


    Econor 50% 150 mg/kg ta’ għalf


    image

    Dan il-livell ta’ dożaġġ huwa effettiv taħt sitwazzjoni normali fit-trattament ta’ sinjali kliniċi ta' mard, imma dożaġġi aktar għoljin jew fuq tul ta’ żmien itwal tat-trattament jistgħu jkunu meħtieġa għall-eliminazzjoni sħiħa tal-infezzjoni. Huwa importanti li tagħti l-mediċina kemm jista’ jkun kmieni possibbli f’tifqigħa ta’ enteropatija proliferattiva tal-majjali. Jekk ma jkunx hemm reazzjoni għat-trattament fi żmien 5 ijiem, id-dijanjożi għandha tiġi stabbilita mill-ġdid. Għall-annimali effettwati serjament li ma jirrispondux għat-trattament fi żmien 3 – 5 ijiem, għandu jiġi kkunsidrat trattament parenterali.


    Indikazzjoni Dożaġġ

    (sustanza attiva)


    Prevenzjoni ta'

    Il-perijodu t'applikazzjoni ta' għalf immedikat bħala r-razzjon waħdieni ta' kuljum

    Applikazzjoni fl-għalf (taħlita minn qabel)


    Diżenterij a tal-majjali


    Sinjali kliniċi ta’ Spirochaetosis kolonika (kolite) tal- majjali


    1.0 – 1.5 mg/kg piż korporali/kuljum


    minimu ta' 7 ijiem u sa 4 ġimgħat


    4 ġimgħat

    Inkorporazzjoni ta' 25 mg ta' sustanza attiva għal kull kilogramm ta’ għalf ma':


    Econor 50% 50 mg/kg ta’ għalf


    image

    Użu ripetut ta’ valnemulin fuq tul ta’ żmien għandu jiġi evitat billi jittejbu l-prattiċi ta' ġestjoni u permezz ta’ tindif u diżinfezzjoni bl-akbar reqqa. Għandha tingħata konsiderazzjoni għall-qerda tal- infezzjoni mir-razzett.

    Indikazzjoni Dożaġġ (sustanza Il-perijodu

    Applikazzjoni fl-għalf


    Trattament u Prevenzjoni ta'


    Pnewmonja enżootika tal- majjali

    attiva)


    10 – 12 mg/kg piż korporali/kuljum

    t'applikazzjoni ta' għalf immedikat bħala r-

    razzjon waħdieni ta' kuljum


    Sa tliet ġimgħat

    (taħlita minn qabel)


    Inkorporazzjoni ta' 200 mg ta' sustanza attiva għal kull kilogramm ta’ għalf ma': Econor 50% 400 mg /kg ta’ għalf


    image

    Infezzjonijiet sekondarji b’organiżmi bħal Pasteurella multocida u Actinobacillus pleuropneumoniae jistgħu jikkumplikaw il-pnewmonja enżootika u jeħtieġu mediċini speċifiċi.


  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B'MOD KORRETT


    Struzzjonijiet dwar it-taħlit:

    mg Econor 50% taħlita lesta minn qabel/kg ta’ għalf = Dożaġġ meħtieġ (mg/kg) x 2 x piż korporali (kg)/teħid ta’għalf kuljum (kg).


    Il-prodott ġie muri li huwa stabbli għall-proċess ta’ pritkunazzjoni f’temperaturi ta’ 75 °C. Kundizzjonijiet aggressivi ta’ pritkunazzjoni bħal temperaturi li jaqbżu t-80°C, u l-użu ta’ sustanzi barraxa għat-taħlita lesta minn qabel għandhom jiġu evitati.


    Biex tinkiseb taħlita tajba u omoġenità fl-inkorporazzjoni, l-użu tat-taħlita lesta minn qabel huwa meħtieġ. Il-kwantità tal-prodott meħtieġa hija mħallta tajba ma’ ingredjent tal-għalf ta’ natura fiżika simili (e.ż. qmuħ ta’ kwalità inferjuri) fil-proporzjon: parti 1 Econor 50% taħlita lesta minn qabel ma’ 20 parti ingredjent tal-għalf.


    Għandha tingħata kunsiderazzjoni għall-gwida uffiċjali dwar l-inkorporazzjoni ta’ taħlita medikata ppreparata minn qabel, fl-għalf finali.


  10. PERJODU TA’ TIŻMIM


    Laħam u ġewwieni: 1 jum


  11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA

    Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal. Taħżinx f'temperatura ogħla minn 25 °C.

    Aħżen fil-kontenitur oriġinali.


    Kontenituri li ġew parzjalment użati għandhom jingħalqu sew wara t-teħid minnhom.


    Tużax dan il-prodott mediċinali veterinarju wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq it-tikketta wara “JIS”.

    Żmien kemm idum tajjeb wara li jkun inkorporat fl-għalf mash u protett mid-dawl u l-umdità: 3 xhur Żmien kemm idum tajjeb wara li jkun inkorporat fl-għalf pelleted u protett mid-dawl u l-umdità:

    1. ġimgħat


  12. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Flimkien mal-kura, immaniġġjar tajjeb u prattiċi tajbin tal-iġjene għandhom jiġu introdotti biex jitnaqqas ir-riskju ta’ infezzjoni u biex jiġi kkontrollat il-potenzjal tal-iżvilupp ta’ reżistenza.


    Speċjalment fil-każ ta’ diżenterija tal-qżieqeż, programm immirat għall-eradikazzjoni bikrija tal- marda għandu jiġi kkunsidrat.


    Prekawzjonijietspeċjaligħall-użufl-annimali:

    Seħħew reazzjonijiet avversi fil-majjali wara l-użu ta' Econor. Il-każijiet tagħhom jidhru li huma assoċjati prinċipalment ma' taħlit ta’ razez li jinkludu d-Danish u/jew Swedish Landrace. Għalhekk

    għandha tingħata attenzjoni kbira fl-użu ta' Econor fil-majjali ta' razez ta’ Danish u Swedish

    Landrace, u t-taħlitiet tagħhom, b’mod speċjali f’majjali iżgħar fl-età. Meta tikkura infezzjonijiet ikkawżati minn Brachyspira spp., it-terapija għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni

    epidemjoloġika lokali (livell reġjonali, tal-irziezet) dwar is-suxxettibilità tal-batterji fil-mira.


    Tqalautreddigħ:

    Filwaqt li studji fil-firien u l-ġrieden ma pproduċew l-ebda xhieda ta’ effett teratoġeniku, is-sigurtà fil-majjali waqt it-tqala u t-treddigħ ma ġietx stabbilita.


    Prekawzjonijietspeċjaliligħandhomjittieħdumill-persuna li tamministra l-prodottmediċinali veterinarju lill-annimali:

    Waqt li jkun qed jitħallat il-prodott mediċinali veterinarju u manuvrat l-aħħar għalf li jkun fih il- prodott għandu jiġi evitat il-kuntatt dirett mal-ġilda u r-riti mukużi. Qabel ma jintmess il-prodott mediċinali veterinarju, għandhom jintlibsu ingwanti.


    Fkaż ta' li tibilgħu b’mod aċċidentali, fittex parir mediku mal-ewwel u qis li turi l-fuljett ta’ tagħrif jew it-tikketta lit-tabib.


    Nies li huma sensittivi għal valnemulin għandhom jamministraw il-prodott mediċinali veterinarju b’kawtela.


    Interazzjonima’prodottimediċinalioħrajewforomoħrata’interazzjoni:

    Valnemulin ġie muri li jaħdem ma’ jonofori bħal monensin, salinomycin u narasin u jista’ jirriżulta f’sinjali indistingwibbli minn tossikożi tal-jonofori. Majjali u fniek ma għandhomx jingħataw prodotti

    li fihom monensin, salinomycin jew waqt jew tal-inqas 5 jiem qabel u wara t-trattament b’valnemulin. Jista’ jirriżulta tnaqqis serju fl-iżvilupp, atassja, paraliżi jew mewt.


    Dożaeċċessiva(sintomi,proċedurita’emerġenza,antidoti):

    Ma ġewx innotati sinjali tossiċi fuq il-majjali, li ngħataw 5 darbiet id-doża rakkomandata.


  13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA' PRODOTT MHUX UŻAT JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Il-mediċini m’għandhomx jiġu mormija mal-ilma maħmuġ jew mal-iskart domestiku.

    Staqsi lill-kirurgu veterinarju tiegħek dwar kif l-aħjar li tarmi l-mediċini li ma jkunux aktar meħtieġa. Dawn il-miżuri għandhom jgħinu sabiex jipproteġu l-ambjent.

  14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT TA’ TAGĦRIF


    .


  15. TAGĦRIF IEĦOR


Valnemulin huwa antibijotiku li jappartjeni għall-grupp plewromutlin, li jaġixxi billi jimpedixxi l- bidu tas-sintesi ta' proteini fil-livell tar-ribosome batteriku.


Econor 50% taħlita lesta minn qabel għal għalf medikat għal-majjali hija disponibbli f’boroż ta’ 1 kg u 25 kg.

Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu qegħdin fis-suq.


Għal kull tagħrif dwar dan il-prodott mediċinali veterinarju, jekk jogħġbok ikkuntattja lis-sid tal- awtorizzazzjoni tal-kummerċ.

FULJETT TA' TAGĦRIF GĦAL:

Econor 10% trab orali għal majjali


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT- TQEGĦID FIS-SUQ U TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦALL- MANIFATTURA RESPONSABBLI GĦALL-ĦRUĠ TAL-LOTT, JEKK DIFFERENTI


    Detentur tal-awtorizzazzjonigħat-tqegħidfis-suq: Elanco GmbH

    Heinz-Lohmann-Str. 4

    27472 Cuxhaven Il-Ġermanja


    Manifatturresponsabbligħall-ħrugtal-lott: Elanco France S.A.S.

    26, Rue de la Chapelle

    68330 Huningue Franza


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    Econor 10% trab orali għal majjali Valnemulin hydrochloride


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA ATTIVA U SUSTANZI OĦRA


    Valnemulin hydrochloride 106.5 mg/g equivalent to valnemulin base 100 mg/g


    Ingredjenti oħra


    Hypromellose Talc

    Silica Colloidal anhydrous

    Isopropyl myristate Lactose


    Trab bajdani għal isfar ċar


  4. INDIKAZZJONI(JIET)


    Il-kura tad-disenterija tal-majjali.

    Il-kura ta’ sinjali kliniċi ta’ enteropatija proliferattiva tal-majjali (ileitis). Kura tal-pnewmonja enżootika tal-majjali.


  5. KONTRAINDIKAZZJONIJIET


    Tagħtix il-prodott mediċinali veterinarju lil majjali li jkunu qegħdin jirċievu l-jonofori monensin, salinomycin jew narasin.

  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    Reazzjonijiet avversi wara l-użu ta’ Econor huma assoċjati b’mod prinċipali mar-razez u ma’ razez imħallta ta’ Danish u/jew Swedish Landrace.


    L-aktar reazzjonijiet avversi komuni osservati f'dawn il-majjali huma pireksja, anoreksja u f'każijiet severi atassja u telqa qawwija. F’irziezet affettwati, ġew affettwati terz tal-majjali kkurati, b’mortalità ta’ 1%. Perċentwal ta’ tali majjali jistgħu jsofru wkoll minn edema jew minn eritema (posterjuri fid- distribuzzjoni), u edema palpebrali. Fi provi kkontrollati f'annimali suxxettibbli, il-mortalità kienet inqas minn 1%.


    Fil-każ ta’ reazzjoni avversa, huwa rrakkomandat irtirar immedjat tal-medikazzjoni. Majjali affettwati b’mod sever għandhom jitpoġġew f'imqajjel xotti u nodfa, u għandhom jingħataw kura xierqa, inkluż kura għal mard li jkun preżenti fl-istess ħin.


    Valnemulin huwa aċċettat sew fl-għalf, iżda meta jingħata f’konċentrazzjonijiet ikbar minn 200 mg valnemulin /kg ta’ għalf, tista’ tirriżulta fi tnaqqis temporanju fil-konsum tal-ikel, assoċjat ma’ nuqqas ta’ palatabilità matul l-ewwel jiem ta’ tmigħ.


    Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni:

    • komuni ħafna (aktar minn wieħed f’10 annimali li juru effett(i) mhux mixtieq(a) matul il-perjodu ta’ kura waħda)

    • komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’100 annimal)

    • mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’1,000 annimal)

    • rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’10,000 annimal)

    • rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f’10,000 annimal, inklużi rapporti iżolati).>


    Jekk tinnota xi effetti serji anke dawk mhux imsemmija f’dan il-fuljett, jew taħseb li l-mediċina ma ħadmitx, jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek.


  7. SPEĊI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Majjali


  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD(I) U METODU TA' AMMINISTRAZZJONI


    Użu orali.


    Għal użu f’majjali individwali fi rziezet fejn għadd żgħir biss ta’ majjali għandhom jirċievu l-prodott mediċinali veterinarju. Gruppi ikbar għandhom jiġu kkurati b’għalf medikat li fih it-taħlita lesta. Għal annimali affettwati b'mod sever li jonqsu milli jirrispondu għall-kura fi żmien 3-5 ijiem, għandha tiġi kkunsidrata kura parenterali.


    Kura tad-disenterija tal-majjali

    Id-doża rakkomandata ta’ valnemulin hija 3-4 mg/kg piż tal-ġisem/jum għal minimu ta’ 7 ijiem u sa

    1. ġimgħat, jew sakemm is-sinjali tal-marda jisparixxu.


    Dan il-livell tad-doża huwa effettiv fil-kura tal-mard kliniku, iżda jista’ jkun hemm bżonn ta’ dożi ogħla jew tul ta’ żmien ta’ kura itwal għall-eliminazzjoni għal kollox tal-infezzjoni. F’tifqigħa ta’ disenterija tal-majjali, huwa importanti li l-kura tinbeda kemm jista’ jkun kmieni. Jekk ma jkun hemm ebda rispons għall-kura fi żmien 5 ijiem, id-dijanjożi għandha tiġi stabbilita mill-ġdid.

    Kura ta’ sinjali kliniċi ta’ enteropatija proliferattiva tal-majjali (ileitis)

    Id-doża rakkomandata ta’ valnemulin hija 3-4 mg/kg piż tal-ġisem/jum għal ġimagħtejn, jew

    sakemm is-sinjali tal-marda jisparixxu.


    Dan il-livell tad-doża huwa effettiv f’sitwazzjonijiet normali fil-kura ta’ sinjali kliniċi tal-marda, iżda jista’ jkun hemm bżonn ta’ dożi ogħla jew tul ta’ żmien ta’ kura itwal għall-eliminazzjoni għal kollox tal-infezzjoni. F’tifqigħa ta’ enteropatija proliferattiva tal-majjali, huwa importanti li l-kura tinbeda kemm jista’ jkun kmieni. Jekk ma jkun hemm ebda rispons għall-kura fi żmien 5 ijiem, id-dijanjożi għandha tiġi stabbilita mill-ġdid.


    Kura tal-pnewmonja enżootika tal-majjali

    Id-doża rakkomandata ta’ valnemulin hija 10-12 mg/kg piż tal-ġisem/jum għal massimu ta’

    3 ġimgħat.


    Fid-doża rakkomandata ta’ 10 – 12 mg/kg piż tal-ġisem, il-leżjonijiet tal-pulmun u t-telf fil-piż jitnaqqsu, iżda l-infezzjoni b’Mycoplasma hyopneumoniae mhijiex eliminata. Infezzjoni sekondarja minn organiżmi bħal Pasteurella multocida u Actinobacillus pleuropneumoniae tista’ tikkomplika pnewmonja enżootika u tista’ tkun teħtieġ kura speċifika.


  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B'MOD KORRETT

    L-ammont ta’ għalf imħallat ma’ Econor li huwa meħtieġ għall-kura għandu jitħejja frisk kuljum. Kalkolazzjoni tad-dożata’kuljum: Ammont ta’ Econor (mg) meħtieġ = Doża meħtieġa (mg/kg) x piż

    tal-ġisem tal-majjali (kg) x 10 /teħid ta’ kuljum tal-għalf (f’kg).


    Dan jinkiseb billi l-ammont meħtieġ ta' Econor trab orali jitħallat sewwa fir-razzjon ta’ kuljum għal kull majjal individwali. Il-prodott mediċinali veterinarju jista’ jintuża f’għalf xott jew likwidu, fejn ikunu ġew miżjudin ilma u ko-prodotti tal-ħalib. Huma pprovduti mgħaref ta’ 2 daqsijiet għall-kejl tal-ammont korrett tal-prodott mediċinali veterinarju għat-taħlita mar-razzjon ta’ kuljum, skont it- tabella tal-gwida għad-dożaġġ li tinsab hawn taħt. L-għalf li fih trab orali għandu jiġi pprovdut bħala l-uniku razzjon għall-perjodi ta’ kura rrakkomandati hawn fuq. Il-prodott mediċinali veterinarju jista’ jitħallat f’għalf likwidu li fih l-ilma, jew f’ko-prodotti bbażati fuq il-ħalib biss.


    Il-majjal li għandu jiġi kkurat għandu jintiżen sabiex tiġi kkalkolata d-doża l-korretta ta’ trab orali ta’ Econor li għandha tingħata u l-ammont ta’ għalf li l-majjal huwa probabbli li jikkonsma għandu jiġi stmat, fuq il-bażi tat-teħid ta' għalf ta' kuljum ekwivalenti għal 5% tal-piż tal-ġisem għal majjali li jkunu qegħdin jikbru.

    Il-konsum tal-għalf jista’ jitnaqqas f’annimali morda klinikament kif ukoll f’majjali ikbar u għaldaqstant, jista’ jkun li jkun hemm bżonn li t-teħid tal-għalf ikollu jiġi aġġustat sabiex jinkiseb it-teħid tad-dożaġġ fil-mira.

    Il-kwantità korretta ta’ Econor trab orali għandha tiżdied sal-kwantità stmata tar-razzjon ta’ kuljum għal kull majjal, f’barmil jew f’reċipjent xieraq u għandha titħallat sewwa.

    Tabella tal-gwida tad-dożaġġ


    Tip ta’ Majjal

    Piż tal-ġisem (kg)

    Rata tad-doża

    (mg/kg piż tal-ġisem)

    Econor 10% trab

    orali (g)

    Majjal tal-ftim

    25

    4

    1

    12

    3

    Tas-Simna

    50

    4

    2

    12

    6

    Tmiem tas-Simna

    100

    4

    4

    12

    12

    Majjala tar-Razza

    200

    4

    8

    12

    24


    Mgħaref – huma pprovduti żewġt imgħaref li jerfgħu 1 g u 3 g ta’ Econor 10% trab orali. NB: mgħarfa tal-qies tal-prodott mediċinali veterinarju għandha titkejjel.


    Sabiex tinkiseb taħlita tajba kif ukoll omoġenità, jista’ jsir użu minn taħlita lesta minn qabel. il- kwantità meħtieġa ta’ Econor tiġi mħallta tajjeb mal-għalf fil-proporzjon: 1 parti Econor trab orali għal 10 partijiet għalf qabel iż-żieda finali tal-bqija tal-għalf.


  10. PERJODU TA’ TIŻMIM


    Laħam u ġewwieni: 1 jum.


  11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA


    Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal

    Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25 °C. Aħżen il-prodott fil-kontenitur oriġinali. Kontenituri li jkunu ntużaw parzjalment għandhom jingħalqu sew wara li jsir teħid minnhom.


    Ladarba jinfetaħ uża fi żmien 6 xhur.

    L-għalf li miegħu ikun żdied Econor trab orali, għandu jiġi ssostitwit jekk ma jiġix ikkunsmat fi żmien 24 siegħa.

    Tużax wara d-data tal-iskadenza fuq li hemm fuq it-tikketta wara “JIS”.


  12. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Twissijietspeċjaligħalkullspeċifil-mira:

    Bħala żieda għall-medikazzjoni, għandhom jiġu introdotti prattiċi ta’ ġestjoni u ta’ iġjene tajba sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ infezzjoni u sabiex tiġi kkontrollata l-bini potenzjali tar-reżistenza. B’mod

    partikolari fil-każ ta’ disenterija tal-majjali, għandu jiġi kkunsidrat programm ta’ qerda bikrija

    mmirata tal-marda.


    Prekawzjonijietspeċjaligħall-użufl-annimali:

    Reazzjonijiet avversi seħħew wara l-użu ta’ Econor. Is-seħħ tagħhom jidher li huwa assoċjat primarjament ma’ taħlitiet imħallta li jinkludu Danish u/jew Swedish Landrace. Għaldaqstant,

    għandha tingħata attenzjoni estrema waqt l-użu ta’ Econor f’majjali tar-razza Danish u Swedish

    Landrace, u razez mħallta tagħhom, b’mod speċjali f’majjali iżgħar. Fil-kura ta’ infezzjonijiet ikkawżati minn Brachyspira spp., it-terapija għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni epidemjoloġika

    lokali (reġjonali, livell tar-razzett) dwar is-suxxettibbiltà tal-batterji fil-mira.

    Prekawzjonijietspeċjaliligħandhomjittieħdumill-persuna li tamministra l-prodottmediċinali veterinarju lill-annimali:

    Meta tkun qed tħallat dan il-prodott mediċinali veterinarju jew meta tkun qed tmiss l-għalf finali li fih

    il-prodott, għandu jiġi evitat kuntatt dirett mal-membrani tal-ġilda u mal-membrani mukużi. Qabel ma jintmess il-prodott mediċinali veterinarju, għandhom jintlibsu ingwanti.


    F’każ li b’mod aċċidentali tibilgħu, fittex tabib mal-ewwel u qis li turih il-fuljett ta’ tagħrif jew it- tikketta.


    Nies li għandhom sensittività magħrufa għal valnemulin għandhom joqogħdu attenti meta jagħtu l- prodott mediċinali veterinarju.


    Tqalautreddigħ:

    Studji fil-laboratorju f’firien u ġrieden ma pprovdewx evidenza ta’ effett ta’ ħsara fit-tqala, ħsara lill- fetu, ħsara lill-omm, madankollu, is-sigurtà tal-prodott mediċinali veterinarju f’majjali nisa tqal jew li jkunu qegħdin ireddgħu ma ġietx stabbilita.


    Interazzjonima’prodottimediċinalioħrajewforomoħrata’interazzjoni:

    Valnemulin intwera li jinteraġġixxi ma' jonofori bħalma huma monensin, salinomycin u narasin u jista' jirriżulta f'sinjali li ma jiddistingwixxux irwieħhom minn tossikożi ta' jonofori. L-annimali ma

    għandhomx jirċievu monensin, salinomycin jew narasin matul jew għallinqas 5 ijiem qabel jew wara

    kura b’valnemulin. Jistgħu jirriżultaw dipressjoni severa għat-tkabbir, atassja, paraliżi jew mewt.


    Dożaeċċessiva(sintomi,proċedurita’emerġenza,antidoti)

    Ma dehrux sinjali tossiċi f’majjali mogħtija 5 darbiet id-doża rakkomandata.


  13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA' PRODOTT MHUX UŻAT JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Il-mediċini m’għandhomx jiġu mormija mal-ilma maħmuġ jew mal-iskart domestiku.

    Staqsi lill-kirurgu veterinarju tiegħek dwar kif l-aħjar li tarmi l-mediċini li ma jkunux aktar meħtieġa. Dawn il-miżuri għandhom jgħinu sabiex jipproteġu l-ambjent.


  14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT TA’ TAGĦRIF


    /).


  15. TAGĦRIF IEĦOR


Valnemulin huwa antibijotiku li jappartjeni għall-grupp ta’ pleuromutilin, li jaġixxi bl-inibizzjoni tal- inizjazzjoni tas-sinteżi tal-proteina fil-livell ta’ ribosoma batterjali.


Econor 10% trab orali għal majjali huwa disponibbli f’boroż ta’ 1 kg.


Għal kull tagħrif dwar dan il-prodott mediċinali veterinarju, jekk jogħġbok ikkuntattja lis-sid tal- awtorizzazzjoni tal-kummerċ.