Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Matever
levetiracetam

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent


Matever 250 mg pilloli miksija b’rita Matever 500 mg pilloli miksija b’rita Matever 750 mg pilloli miksija b’rita Matever 1000 mg pilloli miksija b’rita


levetiracetam


Aqra dan il-fuljett kollu qabel int jew it-tifel/tifla tibdew tieħdu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


F’dan il-fuljett

  1. X’inhu Matever u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma’ tieħu Matever

  3. Kif għandek tieħu Matever

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen Matever

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Matever u gћalxiex jintuża

    Levetiracetam hija mediċina għal kontra l-epilessija (użata biex tittratta l-aċċessjonijiet f-epilessija). Matever huwa wżat:

    • Waħdu f'adulti u adolexxenti minn 16 il-sena b’epilessija li għadha kif ġiet iddijanjostikata, fit- trattament ta' ċertu forma ta’ epilessija. L-epilessija hija kondizzjoni fejn il-pazjent ikollu aċċessjonijiet ripetuti. Levetiracetam huwa użat għat-tip ta’ epilessija fejn fil-bidu l-aċċessjonijiet jaffetwaw naħa waħda biss tal-moħħ imma jista wara dak iż-żmien jestendi għal erjas ikbar fiż- żewġ naħiet tal-moħħ (aċċessjoni partial onset kemm bil, kif ukoll mingħajr ġeneralizazzjoni sekondarja). Levetiracetam ingħata lilek mit-tabib sabiex inaqqas in- numru ta’ aċċessjonijiet.

    • Biex jiżdied ma’ mediċini oħra ta’ kontra l-epilessija fit-trattament

      • aċċessjonijiet tat-tip parzjali kemm bil, kif ukoll mingħajr ġeneralizazzjoni f’adulti, adolexxenti, tfal u trabi minn eta` ta’ xahar.

      • aċċessjonijiet tat-tip mijokloniċi (skossi qosra, bħal xokk f muskolu jew grupp ta’ muskoli) f’ adulti u adolexxenti minn 12 snin b’epilessija tat-tip mijoklonika li tibda fiż-żgħożija

      • aċċessjonijiet primarji u ġeneralizzati tat-tip tonic-clonic (aċċessjonijiet maġġuri, inkluż telf

        ta’ koxjenza) f’adulti u adolexxenti 12 il-sena b’epilessija idjopatika.ġeneralizzata (it-tip ta’ epilessija li hi maħsuba li għandha kawża ġenetika).


  2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Matever Tieħux Matever

    • jekk inti allerġiku għal levetiracetam, derivattivi ta’ pyrrolidonejew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).


      Twissijiet u prekawzjonijiet

      Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu Matever

    • Jekk int tbati minn problemi fil-kliewi, oqgħod fuq li jgħidlek it-tabib. Dan/din jista' jiddeċiedi li jbidillek id-doża.

    • Jekk tinnota li it-tifel/tifla tiegħek qed tikber iżjed bil-mod jew żvillup tal-puberta’ mhux mistenni, jekk jogħoġbok kellem lit-tabib tiegħek.

    • Numru żgħir ta’ nies fuq trattament b’mediċini ta’ kontra l-epilessija bħal Matever kellhom ħsibijiet li jweġġgħu jew joqtlu lilhom infushom. Jekk għandek xi sintomi ta’ depressjoni u/jew ħsibijiet ta’ suwiċidju, jekk jogħġbok għarraf lit-tabib tiegħek.

    • Jekk għandek storja fil-familja jew storja medika ta’ ritmu tal-qalb irregolari (li jidher fuq elettrokardjogramma), jew jekk għandek marda u/jew tieħu trattament li jagħmlek suxxettibbli għal irregolaritajiet fit-taħbit tal-qalb jew żbilanċi fil-melħ.


      Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk xi wieħed mill-effetti sekondarji li ġejjin jiggrava jew idum iktar minn ftit jiem:

    • Ħsibijiet anormali, tħossok irritabbli jew tirreaġixxi b’mod aktar aggressiv milli normalment tagħmel, jew jekk int jew il-familja u l-ħbieb tiegħek tindunaw b’bidliet importanti fil-burdata jew fl-imġiba.

    • Aggravar tal-epilessija

      F’każijiet rari, l-aċċessjonijiet tiegħek jistgħu jmorru għall-agħar jew iseħħu aktar ta’ spiss, l- aktar matul l-ewwel xahar wara l-bidu tat-trattament jew żieda fid-doża. Jekk ikollok xi wieħed minn dawn is-sintomi ġodda waqt li tieħu Matever, ara tabib mill-aktar fis possibbli.


      Tfal u adolexxenti

    • Matever mhux indikat biex jintuża waħdu (monterapija) fit-tfal u adolexxenti taħt is-16-il sena.


      Mediċini oħra u Matever

      Għid lit-tabibjewspiżjartiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew jista’ jkun li ser tieħu xi mediċini oħra .


      Tieħux macrogol (mediċina li tintuża bħala lassativ) għal siegħa qabel u siegħa wara li tieħu levetiracetam għaliex dan jista’ jirriżulta f telf tal-effett tiegħu.


      Tqala u treddigħ

      Jekk jogħġbok staqsi lit-tabib tiegħek għal parir, jekk inti tqila jew qed tradda’, taħseb li inti tqila jew

      qed tippjana li jkollok tarbija, qabel tieħu din il-mediċina. Levetiracetam jista’ jintuża waqt it-tqala, biss jekk wara evalwazzjoni bir-reqqa t-tabib tiegħek jikkunsidra li hemm bżonn għalih. M’għandekx twaqqaf it-trattament tiegħek mingħajr ma l-ewwel tiddiskuti dan mat-tabib tiegħek. Riskju li jista’ jkun hemm xi diffetti għat-tarbija ġol-guf ma jistax jiġi kompltament eskluż.

      Mhux irrikkmandat t-treddigħ waqt it-trattament.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni

      Billi Matever jista' jħeddlek, jista’ jkollu effett fuq l-ħila tiegħek li ssuq jew tagħmel użu minn għodda jew tħaddem magni,. Dan jista' jiġri l-iżjed fil-bidu tat-trattament jew wara żieda fid-doża. M’għandekx issuq jew tuża' magni sakemm ma jiġi stabbilit li ma jaffettwax il-ħila tiegħek li tagħmel dawn l-attivitajiet.


      Matever 250mg, 750 mg pilloli fihom Sunset Yellow FCF (E110)

      Sunset Yellow FCF (E110) sustanza li tgħati l-kulur tista’ tikkawża reazzjonijiet allerġiċi. Il-pilloli Matever ta’ qawwiet l-oħra ma fihomx dan l-ingredjent.


      Matever 1000 mg pilloli fih lactose

      Jekk it-tabib qallek li għandek intolleranza għal ċerti tipi ta’ zokkor (e.ż. lactose), ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu dan il-prodott mediċinali.

      Il-pilloli Matever ta’ qawwiet l-oħra ma fihomx dan l-ingredjent.


  3. Kif għandek tieħu Matever

    Għandek dejjem tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju. Għandek tieħu n- numru ta’ pilloli skond l-istruzzjonijiet tat-tabib.

    Matever għandu jittieħed darbtejn kuljum, darba filgħodu u darba filgħaxija, madwar fl-istess ħin kuljum.


    Terapija Miżjuda u monoterapija (mill-età ta’ 16-il sena)


    • Adulti (≥18-il sena) u adolexxenti (12 sa 17-il sena) li jiżnu 50 kg jew aktar:

      Doża rakkomandata: bejn 1 000 mg u 3 000 mg kuljum.

      Meta l-ewwel tibda tieħu Matever, it-tabib tiegħek ser jiktiblek doża aktar baxxa matul il- ġimagħtejn qabel ma jibdik fuq l-iżjed doża baxxa ta’ kuljum.

      Eżempju: jekk id-doża ta’ kuljum tiegħek hija maħsuba li tkun 1 000 mg, id-doża tal-bidu mnaqqsa tiegħek hija pillola 1 ta’ 250 mg filgħodu u pillola 1 ta’ 250 mg filgħaxija, u d-doża se tiżdied bil-mod biex tilħaq 1 000mg kuljum wara ġimagħtejn.


    • Adolexxenti (12 sa 17-il sena) li jiżnu 50 kg jew anqas:

      It-tabib tiegħek ser jiktiblek l-aktar forma farmaċewtika xierqa ta’ Matever skont il-piż u d- doża.


    • Doża fit-trabi (xahar sa 23 xahar) u tfal (2 sa 11-il sena) li jiżnu anqas minn 50 kg:

      It-tabib tiegħek ser jiktiblek l-aktar forma farmaċewtika xierqa ta’ Matever skont l-eta`, il-piż u d-doża.


      Levetiracetam 100 mg/ml soluzzjoni orali hija formulazzjoni aktar xieraq għat-trabi u t-tfal taħt l-età ta ' 6 snin u lit-tfal u l-adolexxenti (minn 6 sa 17-il sena) li jiżnu inqas minn 50 kg u meta l- pilloli ma jippermettux dożaġġ preċiż.


      Kif jittieħed

      Ibla il-pilloli Matever ma’ ammont xieraq ta' likwidu (ez.tazza ilma). Tistatieħu Matever kemm mal- ikel kif ukoll mingħajr. Wara li jittieħed mill-ħalq levetiracetam jista’ jħalli togħma morra.


      Kemm għandu jdum it-trattament

    • Matever huwa wżat bħala trattament għal marda kronika. Trid tibqa' tieħu Matever sakemm jgħidlek it-tabib tiegħek.

    • Twaqqafx it-trattamentjekkmajgħidlekxit-tabibgħaxdanjista’jżidlekl-aċċessjonijiet.


      Jekk tieħu Matever aktar milli suppost għandek

      Effetti mhux mixtieqa li possibilment ikun hemm wara li jitteiħed iżjed Matever milli suppost huma: ngħas, aġitazzjoni, aggressjoni, nuqqas ta’ viġilanza, inhibizzjoni ta’ nifs u koma.

      Għarraf lit-tabib tiegħek jekk ħadt iżjed Matever milli jmissek. It-tabib tiegħek ser jiddeċiedi l-aħjar

      trattament possibli għat-trattament tal-overdose.


      Jekk tinsa tieħu Matever

      Għarraf it-tabib tiegħek jekk insejt tieħu doża waħda jew iżjed. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal xi pillola li tkun insejt tieħu.


      Jekk tieqaf tieħu Matever

      Bħal ma jsir b'mediċini oħra kontra l-epilessijagħandek tnaqqas Matever bil-mod biex ma jkunx hemm żieda fl-aċċessjonijiet.

      Jekk it-tabib jiddeċidi li jwaqqaf it-trattament tiegħek b’Matever, huwa/hija jgħidlek kif għandek tnaqqas il-pilloli bil-mod.


      Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħall-kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.


    Għid lit-tabib tiegħek immedjatament, jew mur l-eqreb departiment tal-emergenza, jekk inti tħoss:


    • Debbolizza, tħossok rasek qed iddur bik jew stordut jew ikollok diffikultà tieħu nifs, għaliex dawn jistgħu ikunu sinjali ta’ reazzjoni allerġika (anafilletika) serja

    • Nefħa fil-wiċċ, xofftejn, ilsien u ġerżuma (edima ta’ Quincke)

    • Sintomi bħal ta’ riħ u raxx fuq il-wiċċ segwit minn raxx mifrux b’temperatura għolja, żieda fil- livelli tal-enżimi tal-fwied murija f’ testijiet tad-demm u żieda f’ tip ta’ ċellola tad-demm bajda (esinofilja) u tkabbir fin-nodi limfatiċi (Reazzjoni tad-Droga b’ Esinofilja u Sintomi Sistemiċi [DRESS])

    • Sintomi bħal volum tal-awrina baxx, għajja, dardir, rimettar, konfużjoni u nefħa fir-riġlejn, għekiesi jew fis-saqajn, għax dan jista’ jkun sinjal ta’ tnaqqis f’daqqa fil-funzjoni tal-kliewi

    • Raxx fil-ġilda li tista’ tifforma bżieżaq u li tkun tidher qisha marki tal-mira żgħar (tikka skura ċentrali mdawwra b’erja iżjed ċara, b’ ċirku skur max-xifer) (eritema multiforme)

    • Raxx mifrux bil-bżieżaq u ġilda titqaxxar, partikularment madwar il-ħalq, imnieħer, għajnejn u ġenitali (sindromu Stevens-Johnson)

    • Raxx iżjed severa li tikkawża t-tqaxxir tal-ġilda f’iżjed minn 30 % tal-wiċċ tal-ġilda (nekrożi tossika epidermali)

    • Sinjali ta’ tibdil serju mentali jew jekk xi ħadd madwarek jinnota sinjali ta’ konfużjoni, nagħas,amneżija (telf ta’ memorja), impediment tal-memorja (tinsa), aġir abnormali jew xi sinjali newroloġiċi oħrajn inkuż movimenti involontarji jew mhux ikkontrollati. Dawn jistgħu ikunu sintomi ta’ enċefalopatija.


      L-iżjed effetti mhux mixtieqa rrappurtati huma nażofarinġite, ngħas, uġigħ ta’ ras, għeja u sturdament. Fil-bidu tat-trattament jew meta tiżdied id-doża, effetti mhux mixtieqa bħal ngħas, għajja u sturdament jistgħu jkunu iżjed komuni. Dawn l-effetti għandhom iżda jonqsu maż-żmien.


      Komuni ħafna: jista’ jaffettwa iżjed minn wieħed minn 10 persuni

    • nażofaringite;

    • nagħas,uġigħ ta’ ras.


      Komuni: jista' jaffettwa sa 1 f’ 10 persuni

    • anoressija (telf t’aptit);

    • depressjoni, ostilita` jew aggressjoni, anzjeta`, insomnja, nervożita` jew irritabilta`;

    • aċċessjonijiet, mard tal-bilanċ (mard tal-ekwilibru), sturdament (sensazzjoni ta’ ċaqliq), telqa (nuqqas ta’ enerġija u entużjażmu), rogħda (tirtogħod mingħajr ma trid);

    • vertigo (sensazzjoni li kollox idur bik);

    • sogħla;

    • uġigħ fl-addomenu, dijareja, dispepsja (indigistjoni), rimettar, dardir;

    • raxx;

    • astenja/għajja.


      Mhux komuni: jista’ jaffettwa sa 1 f’ 100 persuni

    • tnaqqis fin-numru ta’ plejtlets fid-demm, tnaqqis fin-numru ta’ ċelloli bojod fid-demm;

    • tnaqqis fil-piz, żieda fil-piz;

    • attentat ta’ suwiċidju u ħsibijiet ta’ suwiċidju, mġieba abnormali, alluċinazzjonijiet, rabja, konfużjoni, attakk ta’ paniku, instabilta` emozzjonali/tibdil fil-burdati, agitazzjoni;

    • amneżija (telf ta’ memorja),impediment tal- memorja (tinsa), ko-ordinazzjoni abnormali/ataxja

      (impediment fil-movimenti ko-ordinati), paraesteżja (tingiż), disturbi fl-attenzjoni (telf ta’konċentrazzjoni);

    • diplopja (viżjoni dopplja), viżjoni mċajpra;

    • valuri għolja/ abnormali fit-test tal-funzjoni tal-fwied ;

    • telf ta’ xahar, ekżema, ħakk;

    • debolezza fil-muskoli, mijalġja (uġigħ fil-muskoli);

    • korriment.


      Rari: jista’ jaffettwa sa 1 f’ 1,000 persuni

    • infezzjonijiet;

    • tnaqqis fin-numru tat-tipi kollha ta’ ċelloli tad-demm;

    • reazzjonijiet allerġiċi severi (DRESS, reazzjoni anafilattika [reazzjoni allerġika severa u importanti], edima ta’ Quincke [nefħa fil-wiċċ, xofftejn u griżmejn]);

    • tnaqqis fil-konċentrazzjoni ta’ sodium fid-demm;

    • suwiċidju, mard tal-personalita` (problemi ta’ mġieba), ħsibijiet abnormali (ħsieb bil-mod, ma tistax tikkonċentra);

    • delirju;

    • enċefalopatija (ara sottosezzjoni “Għid lit-tabib tiegħek immedjatament” għal deskrizzjoni dettaljata tas-sintomi);

    • l-aċċessjonijiet jistgħu jmorru għall-agħar jew iseħħu aktar ta’ spiss;

    • spażmi fil-muskoli inkontrollablili jaffetwaw ir-ras, it-torso u d-dirgħajn u r-riġlejn, diffikulta` biex tikkontrolla l-movimenti, iperkineżja (iperattivita`);

    • tibdil fir-ritmu tal-qalb (Elettrokardjogramma);

    • pankreatite;

    • insuffiċjenza tal-fwied, epatite;

    • tnaqqis f’daqqa fil-funzjoni tal-kliewi;

    • raxx fil-ġilda, li jista’ jifforma bżieżaq u li jidher qisu targi żgħar (tikek ċentrali skuri mdawwra b’erja iżjed pallida, b’ċirku skur mat-tarf) (erythema multiforme), raxx diffuz bil-bżieżaq u ġilda li titqaxxar, partikolarrment madwar il-ħalq, mnieħer, għajnejn u l-ġenitali (sindrome ta’ Stevens-Johnson), u forma iżjed severa li tikkawża ġilda li titqaxxar f’iżjed minn 30% tal-wiċċ tal-ġilda (nekroliżi tossiku epidermali);

    • rabdomilożi (it-tkissir tat-tessut tal-muskoli) u żieda assoċjata fil-creatinine phosphokinase fid- demm. Il-prevalenza hija sinifikament ogħla fil-pazjenti Ġappuniżi meta mqabbla ma’ pazjenti mhux Ġappuniżi;

    • mixi mzappap jew diffikultà biex timxi;

    • kombinazzjoni ta’ deni, ebusija tal-muskoli, pressjoni tad-demm u rata tal-qalb mhux stabbli, konfużjoni, livell baxx ta’ kuxjenza (jistgħu jkunu sinjali ta’ disturb imsejjaħ sindrome malinn newrolettiku). Il-prevelanza hija ferm ogħla f’pazjenti Ġappuniżi meta mqabbla ma’ pazjenti mhux Ġappuniżi.


      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      image

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  5. Kif taħżen Matever


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    M’għandekx tuża din il-mediċina wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-kaxxa u l-folja, wara EXP. Id-data ta’ skadenza tirreferi għal l-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Din il- mediċina m’għandhiex bżonn ebda ħtiġijiet speċjali għall-ħażna.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


X’fih Matever

Is-sustanza attiva hi levetiracetam.

Pillola waħda ta’ Matever 250 mg fih 250 mg levetiracetam. Pillola waħda ta’ Matever 500 mg fih 500 mg levetiracetam. Pillola waħda ta’ Matever 750 mg fih 750 mg levetiracetam. Pillola waħda ta’ Matever 1000 mg fih 1000 mg levetiracetam.


Sustanzi oħra jinkludu:

Il-qalba: calcium hydrogen phosphate dihydrate, cellulose microcrystalline, crospovidone (type A), hydroxypropylcellulose (L).


250 mg:

Il-kisja tar-rita: hypromellose (E464), titanium dioxide (E171), talc, propylene glycol (E1520), , , sustanza li jagħtu l-kulur*.


500 mg:

Film-coa ting: hypromellose (E464), titanium dioxide (E171), hydroxypropyl cellulose (E463), propylene

glycol (E1520), sorbic a cid (E200), sorbitan monuleat (E494),), vanillin, sustanza li jagħtu l-kulur*.


750 mg:

Film-coating: hypromellose (E464), iron oxide red (E172), macrogol /PEG 4000, titanium dioxide (E171), sustanza li jagħtu l-kulur*.


1000 mg:

Film-coating: hypromellose (E464), lactose monohydrate,macrogol/PEG 4000, titanium dioxide (E171).

*Is-sustanzi li jagħtu l-kulur huma:

pllola 250 mg: indigo carmine aluminium lake (E132), sunset yellow FCF aluminium lake (E110), quinoline yellow aluminium lake (E104)

pllola 500 mg: quinoline yellow aluminium lake (E104),

pllola 750 mg: indigo carmine aluminium lake (E132), sunset yellow FCF aluminium lake (E110) pillola 1000 mg: (no additional colourant).


Id-Dehra ta’ Matever u d-daqs tal-pakkett

pllola 250 mg: l-pilloli miksija b'rita huma blu, tawwalin, konvessi miż-żewġ naħat. pllola 500mg: l-pilloli miksija b'rita huma sofor, tawwalin, konvessi miż-żewġ naħat. pllola 750mg: l-pilloli miksija b'rita huma roża, tawwalin, konvessi miż-żewġ naħat. pllola 1000mg: l-pilloli miksija b'rita huma bojod, tawwalin, konvessi miż-żewġ naħat.


Abjad opak PVC / PE / PVDC-Aluminju fojl f'kaxxi tal-kartun.


Il-pilloli Matever huma ppakkjati f’f’folji f’kaxxai tal-kartun li fihom:


Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.


Detentur tal-awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Detentur tal-awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Pharmathen S.A, 6 Dervenakion Str., 15351 Pallini, Attiki, Il-Greċja.


l-Manifattur Pharmathen S.A. 6 Dervenakion Str.

15351 Pallini, Attiki Il-Greċja


jew


Pharmathen International S.A. Industrial Park Sapes,

Rodopi Prefecture, Block No 5, Rodopi 69300,

Il-Greċja


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq.


België/Belgique/Belgien

Pharmathen S.A.

Tél/Tel: +30 210 66 04 300

Lietuva

SIA ELVIM

Tel: +371 67808450


България

Pharmathen S.A.

Teл.: +30 210 66 04 300

Luxembourg/Luxemburg

Pharmathen S.A.

Tel.: +30 210 66 04 300


Česká republika

ARDEZ Pharma, spol. s r.o. Tel.: +420 220 400 391

Magyarország

Pharmathen S.A.

Tel.: +30 210 66 04 300


Danmark

Pharmathen S.A.

Tel.: +30 210 66 04 300

Malta

Pharmathen S.A.

Tel: +30 210 66 04 300


Deutschland Pharmathen S.A. Tel.:+30 210 66 04 300

Nederland

Pharmathen S.A.

Tel: +30 210 66 04 300


Eesti (Estonia)

SIA ELVIM

Tel: +371 67808450

Norge

Pharmathen S.A.

Tlf: +30 210 66 04 300


Ελλάδα

INNOVIS PHARMA ΑΕΒΕ Τηλ: +30 210 66 64 805-806

Österreich

Pharmathen S.A.

Tel: +30 210 66 04 300


España

Pharmathen S.A.

Tel: +30 210 66 04 300

Polska

Pharmathen S.A.

Tel.: +30 210 66 04 300


France

Pharmathen S.A.

Tél: +30 210 66 04 300


Hrvatska

Portugal

Pharmathen S.A.

Tel: +30 210 66 04 300


România

Pharmathen S.A.

Tel: +30 210 66 04 300

Pharmathen S.A.

Tel: +30 210 66 04 300


Ireland

Pharmathen S.A.

Tel.: +30 210 66 04 300

Slovenija

Pharmathen S.A.

Tel: +30 210 66 04 300


Ísland

Alvogen ehf.

Tel: +354 522 2900

Slovenská republika ARDEZ Pharma, spol. s r.o. Tel.: +420 220 400 391


Italia

Ecupharma S.r.l

Tel : +39-02-38238790

Suomi/Finland

Ailon Pharma Oy Puh/Tel: +358 407024992


Κύπρος

The Star Medicines Importers Co. Ltd

Τηλ: +357 25371056

Sverige

Pharmathen S.A.

Tel: +30 210 66 04 300


Latvija

SIA ELVIM

Tel: +371 67808450

United Kingdom (Northern Ireland)

Pharmathen S.A.

Tel.: +30 210 66 04 300


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’