Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Tygacil
tigecycline

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Tygacil 50 mg trab għal soluzzjoni għall-infużjoni

tigecycline


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tirċievi din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik jew it-tifel/tifla tiegħek.



F’dan il-fuljett


  1. X’inhu Tygacil u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Tygacil

  3. Kif għandek tieħu Tygacil

  4. Effetti sekondarji li jista’ jkollu

  5. Kif taħżen Tygacil

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Tygacil u għalxiex jintuża


    Tygacil huwa antibijotiku tal-grupp glycylcycline li jaħdem billi jwaqqaf l-iżvilupp ta’ batterji li jikkaġunaw infezzjonijiet.


    It-tabib tiegħek tak riċetta għal Tygacil minħabba li inti jew it-tifel/tifla tiegħek li għandhom mill- anqas 8 snin, għandkom wieħed mit-tipi differenti ta’ infezzjonijiet serji li ġejjin:


    • Infezzjoni ikkomplikata tal-ġilda u tat-tessuti rotob (it-tessuti ta’ taħt il-ġilda), għajr infezzjonijiet dijabetiċi tas-saqajn.


    • Infezzjoni ikkumplikata fl-addome


      Tygacil jintuża biss meta t-tabib tiegħek jaħseb li antibijotiċi oħrajn mhumiex adattati.


  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Tygacil Tużax Tygacil

    • jekk inti allerġiku għal tigecycline jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6). Jekk inti allerġiku għal antibijotiċi tal-kategorija ta’ tetracyclines (eż., minocycline, doxycycline, eċċ.), tista’ tkun allerġiku għal tigecycline.


      Twissijiet u prekawzjonijiet


      Kellem lit-tabib jew lill-infermier tiegħek qabel tieħu Tygacil:

    • Jekk għandek ferita li qed ddum biex tfieq.

    • Jekk qed tbati minn dijarea qabel ma tingħata Tygacil. Jekk tiżviluppa dijarea waqt jew wara t- trattament tiegħek, għid lit-tabib tiegħek minnufih. Tieħux mediċina għad-dijarea mingħajr mal- ewwel tivverifika mat-tabib tiegħek.

    • Jekk qabel kellek xi effetti sekondarji minħabba antibijotiċi li jappartjenu għal kategorija ta’ tetracyclines (eż., sensitizzazzjoni tal-ġilda minħabba d-dawl tax-xemx, tbajja’ fi snien li qed jiżviluppaw, infjammazzjoni tal-frixa u bidla f’ċertu riżultati tal-laboratorju li jkejlu kif demmek jgħaqqad).

    • Jekk għandek, jew kellek problemi tal-fwied. Skont il-kundizzjoni tal-fwied tiegħek, it-tabib tiegħek jista’ jnaqqas id-doża sabiex jevita effetti sekondarji potenzjali.

    • Jekk għandek imblukkar tal-kanali tal-bili (kolestażi).

    • Jekk tbati minn disturb ta’ fsada jew qed tingħata kura b’mediċini antikoagulanti, hekk kif din il-mediċina tista’ tinterferixxi mal-koagulazzjoni tad-demm.


      Matul trattament b’Tygacil:

    • Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk tiżviluppa sintomi ta’ reazzjoni allerġika.

    • Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk tiżviluppa uġigħ addominali sever, dardir u rimettar. Dawn jistgħu jkunu sintomi ta’ pankreatite akuta (frixa infjammata li tista’ tirriżulta f’uġigħ addominali sever, dardir u rimettar).

    • F’ċerti infezzjonijiet severi, it-tabib tiegħek jista’ jikkunsidra li juża Tygacil f’kombinazzjoni ma’ antibijotiċi oħrajn.

    • It-tabib tiegħek sejjer jimmonitorjak mill-qrib għall-iżvilupp ta’ xi infezzjonijiet batterjali oħrajn. Jekk tiżviluppa infezzjoni batterjali oħra, it-tabib tiegħek jista’ jagħtik antibijotiku

      differenti speċifiku għat-tip ta’ infezzjoni preżenti.

    • Għalkemm antibijtoċi inkluż Tygacil jiġġieldu ċerti batterji, batterji u fungi oħrajn jistgħu jkomplu jikbru. Dan jissejjaħ tkabbir eċċessiv. It-tabib tiegħek sejjer jimmonitorjak mill-qrib għal kwalunkwe infezzjoni u sejjer jittrattak jekk ikun hemm bżonn.


      Tfal


      Tygacil ma għandux jintuża fi tfal li huma iżgħar minn 8 snin, minħabba nuqqas ta’ data dwar is- sigurtà u l-effikaċja f’dan il-grupp ta’ età u minħabba li jista' jinduċi difetti permanenti fis-snien bħal tbajja' fuq snien li jkunu għadhom qegħdin jiżviluppaw.


      Mediċini oħra u Tygacil


      Għid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista' tieħu xi mediċina oħra, anki dawk mingħajr riċetta.


      Tygacil għandu mnejn iddewwem ċertu testijiet li jkejlu kemm idum biex jgħaqqad id-demm. Huwa importanti li tgħid it-tabib tiegħek jekk intix tieħu mediċini li jimpedixxu d-demm milli jagħqadb’mod eċċessiv (li jissejħu antikoagulanti). Jekk dan ikun il-każ, it-tabib tiegħek ser jissorveljak mill-qrib.


      Tygacil jista’ jinterferixxi mal-pillola kontraċettiva (pillola li tikkontrolla t-twelidijiet). Kellem lit- tabib tiegħek dwar il-bżonn ta’ metodu addizzjonali ta’ kontraċezzjoni meta tirċievi Tygacil.


      Tygacil jista’ jżid l-effett tal-mediċini użati biex irażżnu s-sistema immunitarja (bħal tacrolimus jew cyclosporine). Huwa importanti li tgħid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu dawn il-mediċini sabiex tkun tista’ tiġi mmonitorjat/a mill-qrib.


      Tqala u treddigħ


      Tygacil jista’ jikkaġuna ħsara fil-fetu. Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu Tygacil.


      Mhux magħruf jekk Tygacil jgħaddix fil-ħalib tas-sider tal-bniedem. Staqsi lit-tabib tiegħek għal parir qabel ma tredda’ lit-tarbija tiegħek.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni


      Tygacil jista’ jikkawża effetti sekondarji bħal sturdamenti. Dan jista’ jtellef il-ħila tiegħek li ssuq jew tħaddem magni.


      Tygacil fih is-sodium

      Tygacil fih anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull 5 mL ta’ soluzzjoni, jiġifieri essenzjalment

      ‘ħieles mis-sodium’.


  3. Kif għandek tieħu Tygacil


    Tygacil ser jingħatlek minn tabib jew infermier.


    Id-doża rrakkomandata fl-adulti hi ta’ 100 mg li tingħata fil-bidu, segwita b’50 mg kull 12-il siegħa. Din id-doża tingħata ġol-vina (direttament f’demmek) fuq perjodu ta’ 30 sa 60 minuta.


    Id-doża rrakkomandata fi tfal li jkollhom minn 8 sa <12-il sena hi ta’ 1.2 mg/kg mogħtija kull 12-il siegħa ġol-vini sa doża massima ta’ 50 mg kull 12-il siegħa.


    Id-doża rrakkomandata f’adolexxenti li jkollhom minn 12 sa <18-il sena hi ta’ 50 mg mogħtija kull 12- il siegħa.


    Kors ta’ trattament ġeneralment idum sejjer għal 5 sa 14-il jum. It-tabib tiegħek ser jiddeċiedi għal kemm għandek tiġi trattat.


    Jekk tieħu Tygacil aktar milli suppost


    Jekk inti mħasseb li stajt ingħatajt aktar Tygacil milli suppost, kellem lit-tabib jew lill-infermier minnufih.


    Jekk tinsa tieħu doża ta’ Tygacil


    Jekk inti mħasseb li qbiżt xi doża, kellem lit-tabib jew lill-infermier tiegħek minnufih.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    Kolite psewdomembranuża tista’ sseħħ b’ħafna antibijotiċi li jinkludu Tygacil. Din tikkonsisti minn dijarea qawwija, persistenti u bid-demm u hija assoċjata ma’ wġigħ addominali jew deni, li jistgħu jkunu sinjali ta’ infjammazzjoni serja tal-imsaren, u li tista’ sseħħ waqt jew wara t-trattament tiegħek.


    Effetti sekondarji komuni ħafna huma (li jistgħu jaffettwaw iktar minn persuna waħda minn kull 10):

    • Nawsja, rimettar, dijarea


      Effetti sekondarji komuni huma (li jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn 10):

    • Axxessi (ġbir ta’ materja), infezzjonijiet

    • Kejl tal-laboratorju tal-ħila mnaqqsa li jgħaqqad id-demm fit-testijiet.

    • Sturdament

    • Irritazzjonijiet fil-vini mill-injezzjoni li jinkludu uġigħ, infjammazzjoni, nefħa u tgħaqqid tad- demm.

    • Uġigħ addominali, dispepsja (uġigħ fl-istonku u indiġestjoni), anoreksja (imur l-aptit)

    • Żieda fl-enzimi tal-fwied, iperbilirubinemija (eċċess tal-pigment tal-bila fid-demm)

    • Ħakk, raxx

    • Fejqan tal-feriti dgħajjef jew batut

    • Uġigħ ta’ ras

    • Żieda fl-amylase, li hu enzima li jinsab fil-glandoli tal-bżieq u l-frixa, żieda fin-nitroġenu tal- urea fid-demm (BUN)

    • Pulmonite

    • Livell baxx ta’ zokkor fid-demm

    • Sepsis (infezzjoni severa fil-ġisem u fiċ-ċirkolazzjoni tad-demm)/xokk settiku (kundizzjoni medika serja li tista’ twassal għal falliment multiplu ta’ organi u l-mewt bħala riżultat ta’ sepsis)

    • Reazzjoni fil-lok tal-injezzjoni (uġigħ, ħmura, infjammazzjoni)

    • Livelli baxxi ta’ proteini fid-demm


      Effetti sekondarji mhux komuni huma (li jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100):

    • Pankreatite akuta (frixa infjammata li tista’ tikkaġuna uġigħ addominali qawwi, dardir u rimettar)

    • Suffejra (sfurija tal-kulur tal-ġilda), infjammazzjoni tal-fwied

    • Livelli baxxi ta' plejlits fid-demm (li jistgħu jwasslu għal tendenza miżjuda ta' fsada, u tbenġil/ematoma)


      Effetti sekondarji rari huma (li jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn 1,000):

    • Livelli baxxi ta’ fibrinoġen fid-demm (proteina li hija involuta fit-tagħqid tad-demm)


      Effetti sekondarji mhux magħrufa huma (il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mid-dejata disponibbli):

    • Anafilassi/reazzjonijiet anafilattojdi (li jistgħu jvarjaw minn ħfief sa severi, li jinkludu reazzjoni allerġika ġġeneralizzata li tista’ twassal għal xokk li jkun ta’ periklu għal ħajja [eż. diffikultà biex tieħu n-nifs, il-pressjoni tad-demm taqa’, polz mgħaġġel]).

    • Insuffiċjenza tal-fwied

    • Raxx tal-ġilda, li jista’ jwassal għal iffurmar ta’ bżieżaq u ta’ tqaxxir tal-ġilda serju (Sindrome ta’ Stevens-Johnson)


    Rappurtar tal-effetti sekondarji


    image

    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  5. Kif taħżen Tygacil


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Aħżen f’temperatura taħt 25C. Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il- kunjett. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Ħażna wara l-preparazzjoni


    Ġaladarba t-trab ikun sar f’soluzzjoni u ddilwit lest biex jintuża, il-mediċina għandha tingħatalek minnufih.


    Is-soluzzjoni ta' Tygacil għandha tkun ta' kulur isfar għal oranġjo wara li ddub; jekk le, is-soluzzjoni għandha tintrema.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Tygacil

Is-sustanza attiva hi tigecycline. Kull kunjett fih 50 mg ta’ tigecycline.

Is-sustanzi l-oħra huma lactose monohydrate, hydrochloric acid, u sodium hydroxide


Kif jidher Tygacil u l-kontenut tal-pakkett


Tygacil jiġi f’kunjett bħala trab għal soluzzjoni għall-infużjoni u jidher bħala trab jew ċappa trab oranġjo qabel ma jiġi ddilwit. Dawn il-kunjetti huma ddistribwiti lill-isptar f’pakkett fi trej ta’ għaxar kunjetti. It-trab għandu jiġi mħallat fil-kunjett b’ammont żgħir ta’ soluzzjoni. Il-kunjett għandu jiġi ġentilment imdawwar sakemm il-mediċina tinħall. Minn hemm ’il quddiem, is-soluzzjoni rrikostitwita għandha titneħħa minnufih minn ġol-kunjett u għandha tiġi miżjuda ma’ borża jew reċipjent ieħor adattat għal infużjoni ta’ 100 ml fl-isptar.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Pfizer Europe MA EEIG Boulevard de la Plaine 17

1050 Bruxelles Il-Belġju

Manifattur

Wyeth Lederle S.r.l.

Via Franco Gorgone Z.I. 95100 Catania (CT)

L-Italja


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien Luxembourg/Luxemburg Pfizer S.A. / N.V.

Tél/Tel: +32 (0)2 554 62 11

Lietuva

Pfizer Luxembourg SARL filialas Lietuvoje

Tel. + 370 52 51 4000


България

Пфайзер Люксембург САРЛ, Клон България

Teл:: +359 2 970 4333

Magyarország

Pfizer Kft.

Tel: +36 1 488 3700


Česká Republika

Pfizer s.r.o.

Tel: +420-283-004-111

Malta

Vivian Corporation Ltd. Tel: +35621 344610


Danmark

Pfizer ApS

Tlf: +45 44 201 100

Nederland

Pfizer BV

Tel: +31 (0)10 406 43 01


Deutschland

Pfizer Pharma PFE GmbH Tel: +49 (0)800 8535555

Norge

Pfizer AS

Tlf: +47 67 526 100


Eesti

Pfizer Luxembourg SARL Eesti filiaal Tel.: +372 666 7500

Österreich

Pfizer Corporation Austria Ges.m.b.H. Tel: +43 (0)1 521 15-0


Ελλάδα

Pfizer ΕΛΛΑΣ Α.Ε., Τηλ.: +30 210 67 85 800

Polska

Pfizer Polska Sp. z o.o., Tel.: +48 22 335 61 00


España

Pfizer, S.L.

Tel:+34 91 490 99 00

Portugal

Laboratórios Pfizer, Lda. Tel: (+351) 21 423 55 00

France

Pfizer

Tél +33 (0)1 58 07 34 40

România

Pfizer Romania S.R.L Tel: +40 (0) 21 207 28 00


Hrvatska

Pfizer Croatia d.o.o. Tel: +385 1 3908 777

Slovenija

Pfizer Luxembourg SARL

Pfizer, podružnica za svetovanje s področja

farmacevtske dejavnosti, Ljubljana Tel.: + 386 (0) 1 52 11 400


Ireland

Pfizer Healthcare Ireland Tel: 1800 633 363 (toll free)

+44 (0)1304 616161

Slovenská Republika Pfizer Luxembourg SARL, organizačná zložka

Tel: + 421 2 3355 5500


Ísland

Icepharma hf

Simi: +354 540 8000

Suomi/Finland

Pfizer Oy

Puh/Tel: +358 (0)9 430 040


Italia

Pfizer S.r.l.

Tel: +39 06 33 18 21

Sverige

Pfizer AB

Tel: +46 (0)8 550 520 00


Κύπρος

Pfizer ΕΛΛΑΣ Α.Ε. (Cyprus Branch), Τηλ: +357 22 817690

United Kingdom (Northern Ireland)

Pfizer Limited,

Tel: +44 (0) 1304 616161


Latvijā

Pfizer Luxembourg SARL filiāle Latvijā Tel.: + 371 670 35 775


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {XX/SSSS}


.

It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti fil-kura tas-saħħa: Struzzjonijiet għal użu u mmaniġġjar (ara wkoll 3. kif jingħata tygacil f’dan il-fuljett)

It-trab għandu jiġi rrikostitwit b’5.3 ml ta’ soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ sodium chloride 9 mg/ml (0.9%), soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ dextrose 50 mg/ml (5%) jew soluzzjoni Lactated Ringer’s għall- injezzjoni biex tinkiseb konċentrazzjoni ta’ 10 mg/ml ta’ tigecycline. Il-kunjett għandu jiġi ġentilment imdawwar sakemm is-sustanza attiva tinħall. Minn hemm ’il quddiem, 5 ml ta’ soluzzjoni rrikostitwita għandha tiġi immedjatament miġbuda mill-kunjett u miżjuda ma’ borża għal infużjoni fil-vini ta’

100 ml jew reċipjent ieħor adattat għall-infużjoni (eż. flixkun tal-ħġieġ).


Għal doża ta’ 100 mg, irrikostitwixxi billi tuża żewġ kunjetti f’borża għal infużjoni fil-vini ta’ 100 ml jew xi reċipjent ieħor adattat għall-infużjoni (eż. flixkun tal-ħġieġ).


Nota: Il-kunjett fih 6% overage. Għalhekk, 5 ml ta’ soluzzjoni rrikostitwita hija ekwivalenti għal

50 mg tas-sustanza attiva. Is-soluzzjoni rrikostitwita għandha tkun minn ta’ kulur isfar sa oranġjo; jekk le, is-soluzzjoni għandha tiġi mormija. Prodotti parenterali għandhom jiġu spezzjonati viżwalment

għal frak u telf ta’ kulur (eż., aħdar jew iswed) qabel ma jingħataw.


Tigecycline għandu jingħata ġol-vina minn ġo pajp apposta għalih jew minn ġo sit-Y. Jekk l-istess pajp għal ġol-vini hu wżat għall-infuzjoni sekwenzjali ta’ bosta sustanzi attivi, il-pajp għandu jiġi maħsul qabel u wara l-infużjoni ta’ tigecycline jew b’soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ sodium chloride 9 mg/ml (0.9%) jew dextrose 50 mg/ml (5%) għall-injezzjoni. Għandha ssir injezzjoni b’infużjoni kompatibbli ma’ tigecycline u xi prodott(i) mediċinali ieħor(oħrajn) permezz ta’ dan il-pajp komuni.


Soluzzjonijiet għal ġol-vini kompatibbli jinkludu: soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ sodium chloride 9 mg/ml (0.9%), soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ dextrose 50 mg/ml (5%), u soluzzjoni Lactated Ringer’s għall-injezzjoni.


Meta jkun mogħti minn ġo sit-Y, il-kompatibbilità ta’ tigecycline ddilwit f’sodium chloride 0.9% għall-injezzjoni tintwera bil-prodotti mediċinali jew dilwenti li ġejjin: amikacin, dobutamine,

dopamine HCl, gentamicin, haloperidol, Lactated Ringer’s, lidocaine HCl, metoclopramide, morphine,

norepinephrine, piperacillin/tazobactam (formulazzjoni EDTA), potassium chloride, propofol, ranitidine HCl, theophylline u tobramycin.


Tygacil m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn li għalihom data dwar il-kompatibilità mhijiex disponibbli.


Ġaladarba ikun rrikostitwit u dilwit fil-borża jew reċipjent tal-infużjoni ieħor adattat (eż. flixkun tal-ħġieġ), tigecycline għandu jintuża minnufih.


Għandu jintuża darba biss, b’kull soluzzjoni mhix użata għandha tiġi mormija.