Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Iclusig
ponatinib

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent


Iclusig 15 mg pilloli miksija b’rita Iclusig 30 mg pilloli miksija b’rita Iclusig 45 mg pilloli miksija b’rita ponatinib


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


F’dan il-fuljett


  1. X’inhu Iclusig u għal xiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Iclusig

  3. Kif għandek tieħu Iclusig

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen Iclusig

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Iclusig u għal xiex jintuża


    Iclusig jintuża għall-kura f’adulti li għandhom it-tipi li ġejjin ta’ lewkimja li m’għadhomx aktar jieħdu l-benefiċċju ta’ trattament minn mediċini oħra, jew għandhom differenza ġenetika magħrufa bħal mutazzjoni T315I:

    • lewkimja mjelojda kronika (CML - chronic myeloid leukaemia): kanċer tad-demm li jinvolvi ammont għoli ta’ ċelluli bojod tad-demm anormali fid-demm u l-mudullum (fejn jiġu ffurmati ċ-ċelluli tad-demm.

    • lewkimja limfoblastika akuta pożittiva għal kromosoma Philadelphia (Ph+ ALL - Philadelphia chromosome positive acute lymphoblastic leukaemia): tip ta’ lewkimja li tinvolvi ammont għoli ta’ ċelluli bojod immaturi tad-demm fid-demm u fil-mudullum fejn jiġi ffurmat id-demm. F’din it-tip ta’ lewkimja, parti mid-DNA (materjal ġenetiku) ġie irranġat mill-ġdid biex jifforma kromosoma anormali, il-kromosoma Philadelphia.


    Iclusig jappartjeni għal grupp ta’ mediċini li jissejħu impedituri ta’ tyrosine kinase. F’pazjenti b’CML u Ph+ ALL, bidliet fid-DNA jibgħat sinjal li jgħid lill-ġisem biex jipproduċi aktar ċelluli bojod

    tad-demm abnormali. Iclusig jimblokka dan is-sinjal, u b’hekk iwaqqaf il-produzzjoni ta’ dawn iċ-ċelluli.


  2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Iclusig Tieħux Iclusig

    • jekk inti allerġiku għal ponatinib jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla

      fis-sezzjoni 6).

      Twissijiet u prekawzjonijiet


      Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Iclusig jekk għandek:

    • disturbi fil-fwied jew fil-frixa jew funzjoni tal-kliewi mnaqqsa. It-tabib tiegħek għandu mnejn ikun irid jieħu prekawzjonijiet addizzjonali.

    • storja ta’ abbuż ta’ alkoħol

    • kellhom attakk tal-qalb jew puplesija qabel

    • storja medika ta’ emboli tad-demm fil-kanali tad-demm tiegħek

    • storja ta’ stenosi tal-arterja renali (tidjiq tal-vażi tad-demm għal kilwa waħda jew it-tnejn)

    • problemi fil-qalb, inkluż insuffiċjenza tal-qalb, taħbit irregolari tal-qalb, u titwil ta’ QT

    • pressjoni għolja

    • jew kellek anewriżmu (tkabbir u dgħufija ta’ ħajt ta’ vina) jew tiċrita f’ħajt ta’ vina

    • storja medika ta’ problemi ta’ fsada

    • jew qatt kellek jew jekk issa jista' jkun li għandek l-infezzjoni tal-epatite B. Dan minħabba li Iclusig jista' jwassal sabiex epatite B jerġa' jiġi attiv, u f'xi każijiet dan jista' jkun fatali.

      Il-pazjenti ser jiġu ċċekjati bir-reqqa mit-tabib tagħhom għal sinjali ta' din l-infezzjoni qabel ma tinbeda l-kura.


      It-tabib tiegħek ser jagħmel:

    • evalwazzjonijiet tal-funzjoni tal-qalb tiegħek u tal-kondizzjoni tal-arterji u tal-vini tiegħek

    • test biex jara l-għadd sħiħ tad-demm

      Dan ser jiġi ripetut kull ġimagħtejn fl-ewwel 3 xhur wara l-bidu tat-terapija. Wara dan ser isir darba kull xahar jew kif indikat mit-tabib.

    • verifiki dwar il-proteina fis-serum magħrufa bħala lipase

      Proteina fis-serum li tissejjaħ lipase ser tiġi ċċekkjata kull ġimagħtejn fl-ewwel xahrejn, imbagħad kull tant żmien. Waqfien tat-trattament jew tnaqqis fid-doża jista’ jkun meħtieġ meta

      lipase jogħla.

    • testijiet tal-fwied

      Testijiet tal-funzjoni tal-fwied ser isiru regolarment, kif indikat mit-tabib tiegħek.


      Kundizzjoni tal-moħħ imsejħa sindrome ta’ enċefalopatija posterjuri riversibbli (PRES, Posterior Reversible Encephalopathy Syndrome) ġiet irrappurtata f’pazjenti ttrattati b’ponatinib. Is-sintomi jistgħu jinkludu bidu għal għarrieda ta’ wġigħ ta’ ras qawwi, konfużjoni, aċċessjonijiet, u bidliet fil-vista. Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk ikollok xi wieħed minn dawn is-sintomi waqt

      it-trattament b’ponatinib, għax jista’ jkun serju.


      Tfal u adolexxenti


      Tagħtix din il-mediċina lil tfal b’età inqas minn 18-il sena għax m’hemmx dejta disponibbli fit-tfal.


      Mediċini oħra u Iclusig


      Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

      Il-mediċini li ġejjin jistgħu jaffettwaw jew jiġu affettwati b’Iclusig:

    • ketoconazole, itraconazole, voriconazole: mediċini li jintużaw għall-kura ta’ infezzjonijiet

      tal-moffa.

    • indinavir, nelfinavir, ritonavir, saquinavir: mediċini għall-kura ta’ infezzjoni ta’ HIV.

    • clarithromycin, telithromycin, troleandomycin: mediċini biex jikkuraw infezzjonijiet batteriċi.

    • nefazodone: medċina għall-kura ta’ dipressjoni.

    • St. John’s wort: prodott magħmul mill-ħxejjex għall-kura ta’ dipressjoni.

    • carbamazepine: mediċina li tintuża għal kura ta’ epilessija, stadji ewferiċi/dipressivi u ċertu tip ta’ kundizzjonijiet ta’ uġigħ.

    • phenobarbital, phenytoin: mediċini użati fil-kura ta’ epilessija.

    • rifabutin, rifampicin: mediċini użati fil-kura ta’ tuberkolosi jew ċertu tip ta’ infezzjonijiet.

    • digoxin: mediċina li tintuża għall-kura ta’ dgħufija tal-qalb.

    • dabigatran: mediċina li tevita l-formazzjoni ta’ emboli tad-demm.

    • colchicine: mediċina għall-kura ta’ attakki tal-gotta.

    • pravastatin, rosuvastatin: mediċini li jbaxxu livelli għolja ta’ kolesterol.

    • methotrexate: mediċina għall-kura ta’ infjammazzjoni severa tal-ġogi (artrite rewmatika), kanċer u l-marda tal-ġilda psorjasi.

    • sulfasalazine: mediċina għall-kura ta’ infjammazzjoni tal-imsaren severa u għal ġogi rewmatiċi.


      Iclusig ma’ ikel u xorb

      Evita prodotti bil-grejpfrut bħal meraq tal-grejpfrut.


      Tqala u treddigħ


      Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.


    • Pariri dwar kontraċezzjoni għall-irġiel u n-nisa

      Nisa ta’ età li jista’ jkollhom it-tfal li jkunu qed jiġu kkurati b’Iclusig għandhom jevitaw li joħorġu

      tqal. Irġiel li jkunu qed jirċievu kura b’Iclusig huma avżati biex ma jippruvawx isiru missirijiet waqt il-kura. Għandha tintuża kontraċezzjoni effettiva waqt il-kura.

      Għandek tieħu Iclusig waqt it-tqala biss, kemm-il darba t-tabib tiegħek jgħidlek li hu neċessarju, peress li jeżistu riskji potenzjali għat-tarbija mhux mwielda.


    • Treddigħ

    Waqqaf it-treddigħ waqt it-trattament b’Iclusig. Mhux magħruf jekk Iclusig jgħaddix fil-ħalib

    tas-sider.


    Sewqan u tħaddim ta’ magni


    Għandek tagħti attenzjoni speċjali meta ssuq u tuża magni peress li pazjenti li jkunu qed jieħdu Iclusig jistgħu jesperjenzaw disturbi viżivi, stordament, ħedla u għeja.


    Iclusig fih il-lactose


    Jekk it-tabib qallek li għandek intolleranza għal ċerti tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu dan il-prodott mediċinali.


  3. Kif għandek tieħu Iclusig


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Iċċekkja

    mat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

    Terapija b’Iclusig għandha tiġi ordnata minn tabib b’esperjenza fit-trattament ta’ lewkimja. Iclusig huwa disponibbli bħala:

    • pillola miksija b’rita ta’ 45 mg għad-doża rakkomandata.

    • pillola miksija b’rita ta’ 15 mg u pillola miksija b’rita ta’ 30 mg sabiex tippermetti aġġustament tad-doża.


    Id-doża rakkomandata tal-bidu hija pillola waħda miksija b’rita ta’ 45 mg mogħtija darba kuljum.


    It-tabib tiegħek jista’ jnaqqas id-doża tiegħek jew jgħidlek biex tieqaf tieħu b’mod temporanju Iclusig jekk:

    • jinkiseb rispons xieraq għat-trattament

    • jonqos l-għadd ta’ ċelluli bojod tad-demm li jissejħu newtrofili.

    • jonqos l-għadd ta’ plejtlets tad-demm.

    • ikun hemm effett sekondarju sever, li ma jaffettwax id-demm

      • infjammazzjoni tal-frixa.

      • livelli ogħla tal-proteini tas-serum lipase jew amylase.

    • tiżviluppa problemi fil-qalb jew fil-kanali tad-demm.

    • għandek disturb fil-fwied


    L-użu ta’ Iclusig jista’ jkompli fiż-żmien, jew b’doża mnaqqsa, wara li l-każ ikun ġie riżolt jew ikkontrollat. It-tabib tiegħek jista’ jevalwa r-rispons tiegħek għall-kura f’intervalli regolari.


    Kif għandek tuża


    Ibla’ l-pilloli sħaħ, b’tazza ilma. Il-pilloli jistgħu jittieħdu mal-ikel jew mingħajru. M’għandekx tkisser jew tħoll il-pilloli.


    Tiblax il-kontenitur bid-desikkant li jinsab fil-flixkun.


    Għal kemm iddum tuża


    Kun żgur li tibqa’ tieħu Iclusig kuljum għal kemm jibqa’ jiġi preskritt. Dan hu trattament għal perijodu

    fit-tul.


    Jekk tieħu Iclusig aktar milli suppost


    Kellem lit-tabib tiegħek minnufih jekk dan iseħħ.


    Jekk tinsa tieħu Iclusig


    M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu. Ħu d-doża li jmiss fil-ħin regolari tiegħek.


    Jekk tieqaf tieħu Iclusig


    M’għandekx tieqaf tieħu Iclusig mingħajr il-permess tat-tabib tiegħek.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, jew lill-ispiżjar tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    Huwa aktar probabbli li pazjenti li għandhom 65 sena u aktar jiġu affettwati b’effetti sekondarji.


    Fittex attenzjoni medika minnufih jekk tesperjenza xi wieħed mill-effetti sekondarji serji li ġejjin.


    Jekk jinkisbu riżultati mhux normali minn testijiet tad-demm, għandu jiġi kkuntattjat tabib

    immedjatament.


    Effetti sekondarji serji (komuni: jistgħu jaffettwaw sa 1 minn 10 persuni):

    • infezzjoni fil-pulmun (jistgħu jikkawżaw diffikultà fit-teħid tan-nifs)

    • infjammazzjoni tal-frixa. Għarraf lit-tabib tiegħek immedjatament jekk ikollok infjammazzjoni

      tal-frixa. Is-sintomi huma uġigħ qawwi fl-istonku u fid-dahar.

    • deni, ħafna drabi b’sinjali oħra ta’ infezzjoni kkawżat minn tnaqqis fl-għadd ta’ ċelluli bojod tad-demm

    • attakk ta’ qalb (is-sintomi jinkludu: li wieħed iħoss ir-rata ta’ taħbit tal-qalb tiegħu tiżdied għal

      għarrieda, uġigħ fis-sider, qtugħ ta’ nifs)

    • bidliet fil-livelli tad-demm:

      • tnaqqis fl-għadd ta’ ċelluli ħomor tad-demm (sintomi jinkludu: dgħufija, sturdament, għeja)

      • tnaqqis fl-għadd ta’ plejtlits fid-demm (sintomi jinkludu: tendenza ogħla li tinfasad jew titbenġel)

      • tnaqqis fl-għadd ta’ ċelluli bojod tad-demm li jissejħu newtrofili (sintomi jinkludu: tendenza ogħla li taqbdek infezzjoni)

      • żieda fil-livell ta’ proteina fis-serum magħrufa bħala lipase

    • disturb fir-ritmu tal-qalb, polz mhux normali

    • insuffiċjenza tal-qalb (sintomi jinkludu: dgħufija, għeja, riġlejn minfuħin)

    • tħoss pressjoni skomda, tħossok mimli, għafis jew uġigħ fiċ-ċentru tas-sider (anġina pectoris) u uġigħ fis-sider mhux marbut mal-qalb

    • pressjoni tad-demm għolja

    • tidjieq tal-arterji fil-moħħ

    • problemi bl-arterji u l-vini tad-demm fil-muskolu tal-qalb

    • infezzjoni fid-demm

    • ġilda minfuħa, jew parti tal-ġilda ħamra li tinħass sħuna u tenera (ċellulite)

    • deidratazzjoni

    • diffikultajiet fit-teħid tan-nifs

    • fluwidu fit-toraċi (jista’ jikkaġuna diffikultajiet biex tieħu n-nifs)

    • dijarea

    • embolu ta’ demm f’vina fonda, ostruzzjoni f’daqqa ta’ vina, embolu tad-demm f’kanal

      tad-demm tal-pulmun (sintomi jinkludu: fawra ta’ sħana, fwawar, ħmura fil-wiċċ, diffikultà

      fit-teħid tan-nifs)

    • puplesija (sintomi jinkludu: diffikultà biex titkellem jew tiċċaqlaq, ngħas, emigranja, sensazzjonijiet mhux normali)

    • problemi fiċ-ċirkolazzjoni tad-demm (sintomi jinkludu: uġigħ fir-riġlejn jew dirgħajn, kesħa

      fl-estremitajiet tar-riġlejn u d-dirgħajn)

    • embolu tad-demm fl-arterji prinċipali li jġorru d-demm lejn ir-ras jew l-għonq (arterja karotide)

    • stitikezza

    • tnaqqis ta’ sodju fid-demm

    • tendenza ogħla li tinfasad jew titbenġel


      Effetti sekondarji possibli oħra li jistgħu jseħħu bil-frekwenzi li ġejjin huma:


      Effetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn 10 persuni):

    • infezzjoni fil-passaġġ tal-arja ta’ fuq (jistgħu jikkawżaw diffikultà fit-teħid tan-nifs)

    • tnaqqis fl-aptit

    • nuqqas ta’ rqad

    • uġigħ ta’ ras, sturdament

    • sogħla

    • dijarea, rimettar, dardir

    • żieda fil-livelli fid-demm ta’ diversi enzimi tal-fwied imsejħa:

      • alanine aminotransferase

      • aspartate aminotransferase

    • raxx, ġilda xotta, ħakk

    • uġigħ fl-għadam, ġogi, uġigħ fil-muskoli, dahar, dirgħajn jew riġlejn, spażmi fil-muskoli

    • għeja, akkumulazzjoni ta’ fluwidu fid-dirgħajn u/jew riġlejn, deni, uġigħ


      Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn 10 persuni):

    • infjammazzjoni tal-follikoli tax-xagħar, ġilda minfuħa, parti tal-ġilda jew ta’taħt il-ġilda ħamra li tinħass sħuna u tenera

    • attività mnaqqsa tal-glandola tat-tirojde

    • żamma ta’ fluwidu

    • livelli baxxi ta’ kalċju, fosfat jew potassju fid-demm

    • żieda fil-livelli ta’ zokkor jew uric acid fid-demm, valuri għolja ta’ trigliċeridi fid-demm

    • telf ta’ piż

    • puplesija żgħira

    • disturb fin-nervaturi fid-dirgħajn u/jew fir-riġlejn (ħafna drabi jikkawża tnemnim u uġigħ

      fl-idejn u s-saqajn)

    • letarġija, emigranja

    • żieda jew tnaqqis fis-sens tal-mess jew tas-sensazzjoni, sensazzjoni mhux normali bħal tingiż, tnemnim u ħakk

    • vista mċajpra, għajn tinħass xotta, infezzjoni fl-għajn, disturb fil-vista

    • nefħa tat-tessuti fil-kappell tal-għajn jew madwar l-għajnejn ikkawżat minn fluwidu żejjed

    • palpitazzjoni

    • uġigħ f’waħda jew fiż-żewġ saqajn meta timxi jew tagħmel xi eżerċizzju, li jgħaddi wara ftit minuti ta’ mistrieħ

    • fawra ta’ sħana, il-wiċċ jiħmar

    • fsada mill-imnieħer, diffikultà biex toħloq ħsejjes ta’ vuċi, pressjoni għolja fil-pulmun

    • livelli ogħla fid-demm ta’ enzimi tal-fwied jew tal-frixa:

      • amylase

      • alkaline phosphatase

      • gamma-glutamyltransferase

    • ħruq ta’ stonku kkawżat minn rifluss tal-meraq tal-istonku, infjammazzjoni fil-ħalq, distenzjoni addominali jew skonfort jew indiġestjoni, ħalq xott

    • ħruġ ta’ demm mill-istonku (is-sintomi jinkludu: uġigħ fl-istonku, rimettar tad-demm)

    • żieda fil-livell ta’ bilirubin fid-demm - is-sustanza safranija li tirriżulta mit-tkissir tal-pigment tad-demm (is-sintomi jinkludu: awrina safranija skura)

    • uġigħ fis-sistema skeletali jew l-għonq

    • raxx tal-ġilda, tqaxxir tal-ġilda, tħaxxin abnormali tal-ġilda, ħmura, tbenġil, uġigħ fil-ġilda, bidliet fil-kulur tal-ġilda, telf ta’ xagħar

    • nefħa tat-tessut fil-wiċċ ikkawżata minn fluwidu eċċessiv

    • għaraq matul il-lejl, żieda fl-għaraq

    • ma tkunx tista’ tiżviluppa jew iżomm erezzjoni

    • sirdat, mard jixbaħ lill-influwenza


      Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn 100 persuna):

    • disturbi fil-metaboliżmu kkawżati mill-prodotti tat-tifrik ta’ ċelluli tal-kanċer li qed imutu

    • emorraġija tal-moħħ

    • ostruzzjoni tal-kanali tad-demm fl-għajn

    • problemi fil-qalb, uġigħ fin-naħa tax-xellug tas-sider, disfunzjoni tal-kompartiment tax-xellug

      tal-qalb

    • djuq tal-kanali tad-demm, ċirkolazzjoni tad-demm ħażina, tlugħ f'daqqa fil-pressjoni tad-demm

    • stenosi tal-arterja renali (tidjiq tal-vażi tad-demm għal kilwa waħda jew it-tnejn)

    • problemi taċ-ċirkolazzjoni fil-milsa

    • ħsara fil-fwied, suffejra (sintomi jinkludu: il-ġilda u l-għajnejn jisfaru)

    • uġigħ ta’ ras, konfużjoni, aċċessjonijiet, u telf ta’ vista, li jistgħu jkunu sintomi ta’ kundizzjoni

    tal-moħħ magħrufa bħala sindrome ta’ enċefalopatija posterjuri riversibbli (PRES).


    Effetti sekondarji rari (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn 1 000 persuna):

    • Għoqod ħomor u li juġgħu, uġigħ fil-ġilda, ħmura fil-ġilda (infjammazzjoni tat-tessut xaħmi taħt il-ġilda)


    Mhux magħruf (il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mid-dejta disponibbli)

    • rikorrenza (riattivazzjoni) tal-infezzjoni tal-epatite B meta kellek l-epatite B fil-passat (infezzjoni fil-fwied)

    • raxxijiet tal-ġilda li jdejqu lil dak li jkun li jinvolvu nfafet jew tqaxxir u li jinfirxu madwar

      il-ġisem, u li jinvolvu għeja. Informa lit-tabib tiegħek immedjatament jekk ikollok dawn

      is-sintomi.

    • tkabbir u dgħufija ta’ ħajt ta’ vina jew tiċrita f’ħajt ta’ vina (anewriżmi u dissezzjonijiet

      tal-arterji).

      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      image

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji

      direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta

      l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din

      il-mediċina.


  5. Kif taħżen Iclusig


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta tal-flixkun u fuq il-kartuna wara EXP. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Żomm fil-kontenitur oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.


    Il-flixkun fih kontenitur issiġillat tal-plastik wieħed li fih desikkant li jgħarbel il-molekuli. Żomm dan

    il-kontenitur fil-flixkun. Tiblax il-kontenitur bid-desikkant.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Iclusig


Kif jidher Iclusig u l-kontenut tal-pakkett


Il-pilloli miksija b’rita ta’ Iclusig huma bojod, tondi u arrotondati fuq in-naħa ta’ fuq u t’isfel.

Il-pilloli miksija b’rita ta’ Iclusig 15 mg għandhom dijametru ta’ madwar 6 mm b’ "A5" fuq naħa waħda.

Il-pilloli miksija b’rita ta’ Iclusig 30 mg għandhom dijametru ta’ madwar 8 mm b’ "C7" fuq naħa

waħda.

Il-pilloli miksija b’rita ta’ Iclusig 45 mg għandhom dijametru ta’ madwar 9 mm b’"AP4" fuq naħa waħda.


Iclusig huwa disponibbli fi fliexken tal-plastik, li kull wieħed fih kontenitur wieħed li fih desikkant li jgħarbel il-molekuli. Il-flixken huma ppakkjati ġewwa kaxxa tal-kartun.

Fliexken ta’ Iclusig 15 mg fihom jew 30, 60 jew 180 pillola miksija b’rita. Fliexken ta’ Iclusig 30 mg fihom jew 30 pillola miksija b’rita.

Fliexken ta’ Iclusig 45 mg fihom jew 30 jew 90 pillola miksija b’rita.


Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq


Incyte Biosciences Distribution B.V. Paasheuvelweg 25

1105 BP Amsterdam

L-Olanda


Il-Manifattur


Haupt Pharma Amareg GmbH Donaustaufer Str. 378

93055 Regensburg

Il-Ġermanja


image

Incyte Biosciences Distribution B.V. Paasheuvelweg 25

1105 BP Amsterdam L-Olanda


Tjoapack Netherlands B.V. Nieuwe Donk 9

4879 AC Etten-Leur L-Olanda


image

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}.


.


Hemm ukoll links għal siti elettroniċi oħra dwar mard rari u kura.


Dan il-fuljett huwa disponibbli fil-lingwi kollha tal-UE/ŻEE fis-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini.