Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Ixiaro
Japanese encephalitis vaccine (inactivated, adsorbed)

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


IXIARO suspensjoni għal injezzjoni

Vaċċin tal-enċefalite Ġappuniża (inattivat, assorbit)


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel int jew it-tifel/tifla tiegħek tirċievu dan il-vaċċin peress li fih informazzjoni importanti għalik.

It-tabib tiegħek se jiddiskuti miegħek ir-riskji u l-benefiċċji li jista’ jkun hemm jekk tieħu IXIARO. Jekk jogħġbok innota li:


Mediċini oħra u IXIARO

Studji fuq il-bnedmin biex tiġi evalwata l-effikaċja u s-sigurtà tal-mediċini (provi kliniċi) wrew li IXIARO jista’ jingħata fl-istess ħin ma’ vaċċin kontra l-epatite A u vaċċin kontra r-rabbja.


Ggħid lit-tabib tiegħek jekk inti u/jew it-tifel/tifla tiegħek qegħdin tieħdu, ħadtu dan l-aħħar jew tistgħu tieħdu xi mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta jew irċevejtu dan l-aħħar xi vaċċin ieħor.


Tqala, treddigħ u fertilità

Hemm informazzjoni limitata dwar l-użu ta’ IXIARO f’nisa tqal jew ireddgħu.Bħala miżura ta’ prekawzjoni, l-użu ta’ IXIARO matul it-tqala jew treddigħ għandu jiġi evitat.

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat- tabib tiegħek qabel tirċievi dan il-vaċċin.


Sewqan u tħaddim ta’ magni

IXIARO m’għandux jew ftit li xejn għandu effett fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni..


IXIARO fih potassium u sodium

Din il-mediċina fiha potassium, anqas minn 1 mmol (39 mg) għal kull dożaġġ wieħed ta’ 0.5 ml jiġifieri, essenzjalment “mingħajr potassium” u anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) għal kull dożaġġ wieħed ta’

0.5 ml, jiġifieri essenzjalment “mingħajr sodium”. Dan il-prodott jista’ jkun fih traċċi ta’ sodium metabisulfite residwali li jkun taħt il-limitu ta’ identifikazzjoni.


  1. Kif jingħata IXIARO


    Id-doża rakkomandata għall-adulti, adolexxenti u tfal b’età minn 3 snin ’l fuq hija total ta’ 2 injezzjonijiet ta’ 0.5 ml kull waħda::


    • l-ewwel injezzjoni f’Jum 0

    • it-tieni injezzjoni 28 jum wara l-ewwel injezzjoni (Jum 28.).


      L-adulti li għandhom bejn 18 u ≤65 sena jistgħu wkoll jingħataw tilqima kif ġej:

    • l-ewwel injezzjoni fil-Jum 0

    • it-tieni injezzjoni 7 ijiem wara l-ewwel injezzjoni (Jum 7).


      Trabi u tfal b’età minn xahrejn sa < 3 snin

      Id-doża rakkomandata għal trabi u tfal b’età minn xahrejn sa < 3 snin hija total ta’ 2 injezzjonijiet ta’ 0.25 ml kull waħda:


    • l-ewwel injezzjoni f’Jum 0

    • it-tieni injezzjoni 28 jum wara l-ewwel injezzjoni (Jum 28.).


      Għal struzzjonijiet dwar il-preparazzjoni tad-doża ta’ 0.25 ml, jekk jogħġbok irreferi lejn l-aħħar ta’ dan il-fuljett ta’ tagħrif.

      Kun ċert li int u/jew it-tifel/tifla tiegħek tieħdu l-kors sħiħ ta’ vaċċinazzjoni ta’ 2 injezzjonijiet. It-tieni injezzjoni għandha tingħata tal-anqas ġimgħa qabel inti u/jew it-tifel/tifla tiegħek tkunu f’riskju ta’ esponiment għall-virus ta’ JE. Jekk le, inti u/jew it-tifel/tifla tiegħek tistgħu ma tkunux protetti għalkollox kontra l-marda.


      Għall-adulti, l-adolexxenti, it-tfal u t-trabi li għandhom sena jew aktar doża booster tista’ tingħata matul it- tieni sena (i.e 12-24 xahar) wara l-ewwel doża tal-immunizzazzjoni primarja rrakkomandata. Fl-adulti, it- tieni booster jista’ jingħata 10 snin wara l-ewwel booster. Għal persuni anzjani (>65 sena), l-ewwel doża booster tista’ tingħata aktar kmieni. It-tabib tiegħek ser jiddeċiedi dwar il-ħtieġa u ż-żmien tad-dożi booster.


      Għoti

      IXIARO jiġi injettat fil-muskolu tan-naħa ta’ fuq ta’ dirgħajk (muskolu deltojde) jew ta’ driegħ it-tifel/tifla tiegħek mit-tabib jew infermier(a) tiegħek. M’għandux jiġi injettat ġewwa vina jew arterja. Jekk inti u/jew it-tifel/tifla tiegħek tbatu minn disturb ta’ fsada, it-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li jagħti l-vaċċin taħt il- ġilda (b’mod subkutanju).


      Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


      Jekk tinsa tieħu IXIARO

      Jekk inti u/jew it-tifel/tifla tiegħek tfallu milli tieħdu injezzjoni skedata, kellem lit-tabib tiegħek u rranġa żjara oħra għat-tieni injezzjoni.

      Mingħajr it-tieni injezzjoni, int u/jew it-tifel/tifla tiegħek ma tkunx protetti kompletament kontra l-marda. Hemm dejta li turi li t-tieni injezzjoni tista’ tingħata sa 11-il xahar wara l-ewwel waħda.


  2. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    Il-biċċa l-kbira tal-effetti sekondarji elenkati hawn isfel ġew osservati waqt il-provi kliniċi. Ġeneralment jitfaċċaw fl-ewwel 3 ijiem wara t-tilqima, ġeneralment huma ħfief u jgħibu fi ftit ġranet.


    Komuni ħafna (jaffettwaw aktar minn utent wieħed minn kull 10):

    Uġigħ ta’ ras, uġigħ fil-muskoli, uġigħ fis-sit tal-injezzjoni, sensittività fis-sit tal-injezzjoni, għeja


    Komuni (jaffettwaw utent wieħed sa 10 minn kull 100):

    Dardir, marda li tixbah lill-influwenza, deni, reazzjonijiet oħra fis-sit tal-injezzjoni (eż. ħmura, ebusija, nefħa, ħakk)


    Mhux komuni (jaffettwaw utent wieħed sa 10 minn kull 1,000):

    Rimettar, raxx tal-ġilda, tibdil fil-glandoli tal-limfa, emikranja (uġigħ ta’ ras qawwi u jtektek, sikwit akkumpanjat minn dardir u rimettar u sensittività għad-dawl), sturdament, vertigo (sensazzjoni li kollox qed idur bik), dijarea, tgħereq iż-żejjed, uġigħ ta’ żaqq, ħakk, tertir, kondizzjoni ġenerali meta tħossok ma tiflaħx,

    ebusija muskoskeletali, uġigħ fil-ġogi, dgħufija, riżultati anormali tat-testijiet tal-fwied fil-laboratorju (żieda fl-enzimi tal-fwied)


    Rari (jaffettwaw utent wieħed sa 10 minn kull 10,000):

    Palpitazzjonijiet, taħbit veloċi tal-qalb, issibha bi tqila biex tieħu n-nifs, sensazzjoni anormali tal-ġilda (eżempju tingiż), urtikarja. ħmura fil-ġilda, uġigħ fir-riġel jew fid-driegħ, defiċenza fil-plejtlits, infjammazzjoni fin-nerv, nefħa f’riġel jew driegħ, u għaksa tas-sieq minfuħa, disturb fit-togħma, nefħa fil- kpiepel tal-għajnejn, ħass ħażin


    Effetti sekondarji addizzjonali fi tfal b’età minn xahrejn sa < 3 snin


    Fi tfal b’età minn xahrejn sa <3 snin, l-effetti sekondarji li ġejjin ġew osservati bi frekwenza akbar meta mqabbel ma’ tfal b’età minn 3 snin sa < 12-il sena, adolexxenti u adulti:

    Komuni ħafna: deni (28.9%), dijarea (11.8 %), marda tixbaħ lill-influwenza (11.2 %), irritabilità (11.0 %)

    Komuni: telf t’aptit, rimettar, raxx tal-ġilda

    Mhux komuni: sogħla


    Rappurtar tal-effetti sekondarji

    Jekk inti u/jew it-tifel/tifla tiegħek ikollkom xi effett sekondarju, kellem lit-tabib. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  3. Kif taħżen IXIARO


    • Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

    • Tużax IXIARO wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u t-tikketta wara “JIS”. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

    • Aħżen fi friġġ (2°C - 8°C).

    • Tagħmlux fil-friża. Il-vaċċin m’għandux jintuża jekk ikun ġie ffriżat.

    • Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.

    • Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  4. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih IXIARO

Doża (0.5 ml) ta’ IXIARO fiha:

Virus tal-enċefalite Ġappuniża tar-razza SA14-14-2 (inattivat)1,2 6 AU3 li jikkorrispondi għal qawwa ta’ ≤ 460 ng ED50


1-prodott f’ċelloli Vero

2 assorbit fuq aluminium hydroxide, idrat (madwar 0.25 milligrammi Al3+)

3 Unità antiġen


Aluminium hdroxide huwa inkluż f’dan il-vaċċin bħala adjuvant.


Is-sustanzi l-oħra huma: Sodium chloride, potassium dihydrogen phosphate, disodium hydrogen phosphate, ilma għall-injezzjonijiet


Kif jidher IXIARO u l-kontenut tal-pakkett

IXIARO huwa suspensjoni għal injezzjoni (0.5 ml f’siringa tal-ħġieġ bi jew mingħajr labra separata, pakkett ta’ 1).


IXIARO huwa suspensjoni sterili bajda u daqsxejn lewn il-ħalib li ssir omoġenea bit-taħwid.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq: Valneva Austria GmbH

Campus Vienna Biocenter 3 A-1030 Vienna

L-Awstrija

Email: infoixiaro@valneva.com


Manifattur:

image

Valneva Austria GmbH Campus Vienna Biocenter 3 A-1030 Vienna

L-Awstrija


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal- Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq permezz tal-indirizz elettroniku li ġej:

infoixiaro@valneva.com


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ .

għall-Mediċini: . Dan il-fuljett huwa disponibbli fil-lingwi kollha tal-UE/ŻEE fis- sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini.


---------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti tal-kura tas-saħħa biss:


Is-siringa mimlija għal-lest għandha tintuża darba biss u m’għandhiex tintuża minn aktar minn persuna waħda. Is-siringa mimlija għal-lest hija lesta biex tintuża. Jekk labra mhix fornuta, uża labra sterilizzata.


Tużax jekk il-folja ma tkunx intatta jew jekk il-pakkett ikollu l-ħsara.


Wara li jinħażen, wieħed jista’ josserva depożitu fin, abjad b’likwidu ċar u mingħajr kulur fuqu.


Qabel l-għoti, ħawwad is-siringa sew sabiex tikseb suspensjoni bajda, opaka u omoġenja. Tamministrax jekk ikun hemm frak wara li tħawwad jew jekk jiġi osservat tibdil fil-kulur, jew jekk is-siringa tidher li għandha ħsara fiżika.


Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.


Tagħrif dwar l-għoti ta’ doża ta’ 0.5 ml ta’ IXIARO għal persuni b’età minn 3 snin ’l fuq.


Għall-għoti tad-doża sħiħa ta’ 0.5 ml segwi l-passi t’hawn taħt:


  1. Ħawwad is-siringa biex tikseb suspensjoni omoġenja

  2. Neħħi l-għatu tat-tarf tas-siringa billi ddawru bil-mod. Tippruvax tqaċċtu jew tiġbed it-tarf il-barra għax dan jista’ jagħmel ħsara lis-siringa.

  3. Waħħal il-labra mas-siringa mimlija għal-lest.


Tagħrif dwar il-preparazzjoni ta’ doża ta’ 0.25 ml ta’ IXIARO għal persuni li għadhom m’għalqux 3 snin.


Għall-għoti tad-doża ta’ 0.25 ml lil tfal b’età minn xahrejn sa < 3 snin, segwi l-passi t’hawn taħt:


1, Ħawwad is-siringa biex tikseb suspensjoni omoġenja

  1. Neħħi l-għatu tat-tarf tas-siringa billi ddawru bil-mod. Tippruvax tqaċċtu jew tiġbed it-tarf il-barra għax dan jista’ jagħmel ħsara lis-siringa.

  2. Waħħal labra mas-siringa mimlija għal-lest.

  3. Żomm is-siringa f’pożizzjoni wieqfa

  4. Imbotta l-istopper tal-planġer sat-tarf tal-linja l-ħamra fil-bittija tas-siringa, indikata bi vleġġa ħamra (ara Figura 1)*, sabiex tarmi l-volum iżżejjed.

  5. Waħħal labra strilizzata ġdida qabel l-injezzjoni tal-volum li jkun fadal.


* Jekk imbuttajt l-istopper tal-planġer aktar mil-linja l-ħamra, doża ta’ 0.25 mhix garantita u għalhekk għandha tintuża siringa ġdida.


image


Figura 1:

Preparazzjoni għall-għoti ta’ Doża ta’ 0.25 ml