Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Alimta
pemetrexed

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Alimta 100 mg trab għall-konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni Alimta 500 mg trab għall-konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni


pemetrexed


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel ma tibda tieħu din il-mediċina. peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Twissijiet u prekawzjonijiet


Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tal-isptar qabel ma tirċievi ALIMTA.


Jekk bħalissa għandek jew fil-passat kellek xi problemi fil-kliewi, kellem lit-tabib tiegħek jew lill- ispiżjar fl-isptar għaliex jista’ jkun li ma tkunx tista’ tieħu ALIMTA.

Qabel kull infużjoni ser jitteħdulek kampjuni tad-demm tiegħek biex jiġi evalwat jekk għandekx funzjoni suffiċjenti tal-kliewi u tal-fwied u jekk għandekx biżżejjed ċelluli tad-demm biex tingħata ALIMTA.It-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li jbiddel id-doża jew jistenna ftit ieħor biex jagħtik it- trattament skont il-kundizzjoni ġenerali tiegħek u jekk l-għadd taċ-ċelluli tad-demm tiegħek ikun baxx wisq. Jekk tkun qed tingħata cisplatin ukoll, it-tabib tiegħek ser jara li tkun idratat sew u li tingħata trattament xieraq kontra r-rimettar qabel u wara li tingħata cisplatin.


Jekk kellek jew se jkollok trattament permezz tar-radjazzjoni, jekk jogħġbok għid lit-tabib tiegħek għax meta tieħu ALIMTA, kmieni jew tard fit-trattament jista’ jkollok reazzjoni għar-radjazzjoni.


Jekk dan l-aħħar ħadt xi tilqim, jekk jogħġbok għid lit-tabib tiegħek għax hemm il-possibbiltà li dan jikkawża xi effetti ħżiena meta tieħu ALIMTA..

Jekk għandek mard tal-qalb jew passat mediku ta’ mard tal-qalb, jekk jogħġbok għid lit-tabib tiegħek.


Jekk għandek akkumulazzjoni ta’ fluwidu madwar il-pulmun tiegħek, it-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li jneħħilek dak il-fluwidu qabel ma jagħtik ALIMTA.


Tfal u adolexxenti

Din il-mediċina m’għandhiex tintuża fit-tfal u fl-adolexxenti, peress li m’hemmx esperjenza b’din il- mediċina fit-tfal u fl-adolexxenti taħt l-età ta’ 18-il sena..


Mediċini oħra u ALIMTA

Jekk jogħġbok għid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed tieħu xi mediċini għall-uġigħ jew għall- infjammazzjoni (nefħa), bħal mediċini msejħa “mediċini anti-infjammatorji li mhumiex sterojdi” (NSAIDs), fosthom mediċini li jinxtraw mingħajr riċetta tat-tabib (bħal ibuprofen). Hemm ħafna tipi ta’ NSAIDs b’tul ta’ żmien ta’ attività differenti. It-tabib tiegħek jgħidlek liema mediċini tista’ tieħu u meta tista’ teħodhom skont id-data ta’ meta tkun ippjanata l-infużjoni ta’ ALIMTA u/jew l-istat tal- funzjoni tal-kliewi tiegħek. Jekk għandek xi dubju, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk xi mediċini li għandek humiex NSAIDs.


Jekk jogħġbok għid lit-tabib tiegħek jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta.


Tqala

Jekk inti tqila, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, għid lit-tabib tiegħek. L-użu ta’ ALIMTA għandu jiġi evitat waqt it-tqala. It-tabib tiegħek jiddiskuti miegħek dwar ir-riskju potenzjali li tieħu ALIMTA waqt it-tqala. In-nisa għandhom jużaw kontraċezzjoni effettiva waqt it- trattament b’ALIMTA u għal 6 xhur wara li jkunu rċevew l-aħħar doża.


Treddigħ

Jekk qiegħda tredda’, għid lit-tabib tiegħek.

It-treddigħ għandu jitwaqqaf waqt it-trattament b’ALIMTA.


Fertilità

L-irġiel għandhom jingħataw parir biex ma jsirux missirijiet matul u sa 3 xhur wara t-trattament b’ALIMTA u għalhekk għandhom jużaw kontraċezzjoni effettiva waqt it-trattament b’ALIMTA u sa 3 xhur wara. Jekk tixtieq li ssir missier waqt it-trattament jew fit-3 xhur ta’ wara li tkun ħadt it- trattament, ħu parir mingħand it-tabib tiegħek jew l-ispiżjar tiegħek. ALIMTA jista’ jaffettwa l- kapaċità tiegħek li jkollok it-tfal. Kellem lit-tabib tiegħek biex tieħu parir dwar il-ħażna ta’ sperma qabel ma tibda t-terapija tiegħek.


Sewqan u tħaddim ta’ magni

Tista’ tħossok għajjien b’ALIMTA. Ogħqod attent meta ssuq jew tħaddem magni.

ALIMTA fih sodium

Alimta 100 mg trab għal konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

ALIMTA 100 mg fih inqas minn mmol 1 (23 mg) ta’ sodium, jiġifieri tista’ tgħid li huwa ‘nieqes mis- sodium’.


Alimta 500 mg trab għal konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

ALIMTA 500 mg fih 54 mg ta’ sodium (il-komponent prinċipali f’melħ għat-tisjir/ikel) f’kull kunjett. Dan huwa ekwivalenti għal 2.7 % tat-teħid massimu fid-dieta rrakkomandat ta’ kuljum ta’ sodium għal adult.


  1. Kif gћandek tuża ALIMTA


    Id-doża ta’ ALIMTA hi 500 milligramma għal kull metru kwadru ta’ l-erja tas-superfiċje tal-ġisem tiegħek. Jitkejjillek it-tul u jitteħidlek il-piż biex tinħadem l-erja tas-superfiċje tal-ġisem tiegħek. It- tabib tiegħek juża din l-erja tas-superfiċje tal-ġisem biex jaħdimlek id-doża korretta. Din id-doża tista’ tiġi aġġustata, jew it-trattament jista’ jiġi ttardjat skont l-għadd taċ-ċelluli tad-demm tiegħek u l- kundizzjoni ġenerali tiegħek. Qabel ma’ jingħatalek, it-trab ta’ ALIMTA jiġi mħallat ma’ soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ 9 mg/ml(0.9 %) sodium chloride, mill-ispiżjar ta’ l-isptar, infermier jew tabib.


    ALIMTA jingħatalek dejjem b’infużjoni f’waħda mill-vini tiegħek. L-infużjoni ddum madwar 10 minuti.


    Meta tuża ALIMTA flimkien ma’ cisplatin:

    It-tabib jew spiżjar ta’ l-isptar jaħdem id-doża li għandek bżonn skont it-tul u l-piż tiegħek. Cisplatin ukoll jingħata b’infużjoni f’waħda mill-vini tiegħek, u jingħata madwar 30 minuta wara li tkun spiċċat l-infużjoni ta’ ALIMTA. L-infużjoni ta’ cisplatin tieħu madwar sagħtejn.

    Ġeneralment l-infużjoni tingħatalek darba kull 3 ġimgħat. Mediċini oħra:

    Kortikosterojdi: it-tabib tiegħek jordnalek pilloli ta’ l-isterojdi (ekwivalenti għal 4 milligrammi ta’

    dexamethasone darbtejn kuljum) li jkollok bżonn tieħu l-ġurnata ta’ qabel, dakinhar u l-ġurnata ta’ wara t-trattament b’ALIMTA. Din il-mediċina tingħatalek sabiex titnaqqas il-frekwenza u s-severità ta’ reazzjonijiet fil-ġilda li jista’ jkollok waqt it-trattament tiegħek kontra l-kanċer.


    Supplimentazzjoni b’vitamini: it-tabib tiegħek jordnalek folic acid (vitamina) orali jew xi prodott multivitaminiku li fih folic acid (350 sa 1000 microgramma) li trid tieħu darba kuljum waqt it- trattament b’ALIMTA. Trid tieħu mill-inqas 5 dożi matul is-sebat ijiem ta’ qabel l-ewwel doża ta’ ALIMTA. Trid tkompli tieħu folic acid għal 21 ġurnata wara l-aħħar doża ta’ ALIMTA. Tingħatalek ukoll injezzjoni ta’ vitamina B12 (1000 microgramma) fil-ġimgħa ta’ qabel li tingħata ALIMTA u mbagħad madwar kull 9 ġimgħat (li jikkorrispondu għal 3 korsijiet ta’ trattament b’ALIMTA). Il- vitamina B12 u folic acid jingħatawlek sabiex jitnaqqsu l-effetti tossiċi possibbli tat-trattament kontra l- kanċer.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  2. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’ kulħadd.


    Għandek minnufih tgħid lit-tabib tiegħek jekk tinnota xi ħaġa minn dawn li ġejjin:

    • Deni jew infezzjoni (rispettivament, komuni jew komuni ħafna): jekk għandek temperatura ta' 38ºC jew aktar, għarqan jew għandek sinjali oħra ta’ infezzjoni (peress li jista’ jkollok ċelluli

      bojod tad-demm inqas min-normal, li huwa komuni ħafna). L-infezzjoni (sepsis) tista’ tkun serja u tista’ twassal għall-mewt.

    • Jekk tibda tħoss uġigħ f'sidrek (komuni) jew ikollok il-qalb tħabbat b'rata mgħaġġla (mhux komuni).

    • Jekk tħoss uġigħ, ħmura, nefħa jew ġrieħi f'ħalqek (komuni ħafna).

    • Reazzjoni allerġika: jekk tiżviluppa raxx fil-ġilda (komuni ħafna) / sensazzjoni ta' ħruq jew tingiż (komuni), jew deni (komuni). B’mod rari, ir-reazzjonijiet tal-ġilda jistgħu jkunu serji u jwasslu għall-mewt. Għamel kuntatt mat-tabib tiegħek jekk ikollok raxx sever jew ħakk jew jkollok ħafna nfafet (Is-sindromu ta’ Stevens-Johnson jew Toxic epidermal necrolysis).

    • Jekk tħossok għajjien, tħossok li ġej xi ħass ħażin, tispiċċa bla nifs faċilment, jew jekk tidher pallidu (peress li jista' jkollok inqas emoglobina min-normal, li huwa komuni ħafna).

    • Jekk ikollok telf ta’ demm mill-ħanek, mill-imnieħer jew mill-ħalq jew telf ta' demm li ma jistax jieqaf, awrina li għandha kulur ħamrani jew jagħti fir-roża, ikollok tbenġil li mhux mistenni (peress li jista’ jkollok inqas plejtlits fid-demm min-normal, li huwa komuni).

    • Jekk f’daqqa waħda tħossok qed/a taqta’ nifsek, uġigħ qawwi f’sidrek jew sogħla b’katarru li jkun fih id-demm (mhux komuni) (tista’ tindika xi ċappa demm fis-sistema vaskulari tal-pulmun)


    Effetti sekondarji ta’ ALIMTA jistgħu jinkludu:


    Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw iżjed minn 1 minn kull 10 persuni) Infezzjoni

    Farinġite (ġriżmejn juġgħu)

    Ammont baxx ta' granuloċiti newtrofili (tip ta’ ċellula bajda fid-demm) Livell baxx ta’ ċelluli bojod tad-demm

    Livell baxx ta' emoglobina

    Uġigħ, ħmura, nefħa u ġrieħi f'ħalqek Nuqqas ta’ aptit

    Rimettar Dijarea Dardir

    Raxx fil-ġilda

    Ġilda li twaqqa’ l-qxur

    Testijiet tad-demm anormali li juru tnaqqis fil-funzjoni tal-kliewi Telqa (Għeja)


    Komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10 persuni) Infezzjoni fid-demm

    Deni b’ammont baxx ta' granuloċiti newtrofili (tip ta’ ċellula bajda fid-demm)

    Għadd baxx ta' plejtlits Reazzjoni allerġika

    Telf ta’ fluwidi mill-ġisem Tibdil fit-togħma

    Ħsara fin-nervituri motorji li tista’ tikkawża dgħjufija tal-muskoli u atrofija (tħassir) l-aktar fid-dirgħajn u fir-riġlejn

    Ħsara fin-nervituri sensorji li tista’ tikkawża telf ta’ sensazzjoni, uġigħ ta’ ħruq u mixja mxengla Sturdament

    Infjammazzjoni jew nefħa tal-konġuntive (il-membrana li tiksi l-kpiepel tal-għajnejn u tgħatti l-abjad

    tal-għajn) Għajn xotta

    Għajnejn idemmgħu

    Xuttaġni tal-konġuntive (il-membrana li tiksi il-kpiepel tal-għajnejn u tgħatti l-abjad tal-għajn) u tal- kornea (il-parti ċara ta’ quddiem l-iris u l-ħabba tal-għajn).

    Nefħa tal-kpiepel tal-għajnejn

    Disturbi fl-għajn b’xuttaġni,dmugħ, irritazzjoni u/jew uġigħ

    Insuffiċjenza kardijaka (Kondizzjoni li taffettwa kemm jifilħu jippompjaw il-muskoli tal-qalb) Ritmu mhux regolari tal-qalb

    Indiġestjoni

    Stitikezza

    Uġigħ addominali

    Fwied: żieda fil-kimiċi fid-demm magħmula mill-fwied Żieda fil-pigmentazzjoni tal-ġilda

    Ħakk fil-ġilda

    Raxx mal-ġisem fejn kull marka tidher bħal ċirku aħmar Twaqqigħ ta’ xagħar

    Urtikarja

    Kliewi jieqfu jaħdmu

    Tnaqqis fil-funzjoni tal-kliewi Deni

    Uġigħ

    Fluwidu żejjed fit-tessuti tal-ġisem li jikkawża nefħa Uġigħ fis-sider

    Infjammazzjoni u ulċerazzjoni tal-membrana mukoża li tiksi l-passaġġ diġestif


    Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100 persuna) Tnaqqis fin-numru ta’ ċelluli ħomor,bojod tad-demm u tal-plejtlits Attakk ta’ puplesija

    Tip ta’ attakk ta’ puplesija fejn tinstadd arterja li tgħaddi għall-moħħ Fsada ġewwa l-kranju

    Anġina (Uġigħ tas-sider ikkawżat minn tnaqqis fil-fluss tad-demm lill-qalb) Attakk tal-qalb

    Djuqija jew sadd tal-arterji koronarji Żieda fir-ritmu tal-qalb

    Tnaqqis fid-distribuzzjoni tad-demm fid-dirgħajn u fir-riġlejn Sadd ta’ waħda mill-arterji pulmonarji fil-pulmuni tiegħek

    Infjammazzjoni u formazzjoni ta’ qoxra fil-membrana li tiksi l-pulmuni bi problemi biex tieħu n-nifs Ħruġ ta’ demm aħmar jgħajjat mill-anu

    Fsada fil-passaġġ gastrointestinali

    Fqigħ tal-musrana

    Infjammazzjoni tal-membrana li tiksi l-esofagu

    Infjammazzjoni tal-membrana li tiksi l-musrana l-kbira, fejn jista’ jkun hemm ukoll fsada intestinali jew rettali (dehret biss flimkien ma’ cisplatin)

    Infjammazzjoni,edima,eritema u ulċerazzjoni tas-superfiċje mukożali tal-esofagu kkawżat minn terapija ta’ radjazzjoni

    Infjammazzjoni tal-pulmun ikkawżat minn terapija ta’ radjazzjoni


    Rari (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 1,000 persuna) Il-qerda taċ-ċelluli ħomor tad-demm

    Xokk anafilattiku (reazzjoni allerġika severa) Kondizzjoni infjammatorja tal-fwied

    Ħmura fil-ġilda

    Raxx fil-ġilda li tiżviluppa f’post fejn preċedentement kien hemm ir-radjazzjoni fuqha


    Rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10,000 persuna)

    Infezzjonijiet tal-ġilda u tat-tessuti r-rotob

    Sindromu ta’ Stevens-Johnson (tip ta’ reazzjoni severa fil-ġilda u fil-membrani mukożi li tista’ tkun ta’ theddida għall-ħajja)

    Nekroliżi epidermali tossika (tip ta’ reazzjoni severa fil-ġilda li tista’ tkun ta’ theddida għall-ħajja) Disturb awtoimmuni li jirriżulta f’raxx fil-ġilda u nfafet fuq ir-riġlejn, id-dirgħajn u l-addome Infjammazzjoni tal-ġilda kkaratterizzata mill-presenza ta’ bullae mimlijin b’fluwidu

    Fraġilità tal-ġilda, nfafet u ulċerazzjonijiet u l-ġilda trabbi qoxra Ħmura, uġigħ u nefħa l-aktar tar-riġlejn

    Infjammazzjoni tal-ġilda u tax-xaħam ta’ taħt il-ġilda (psewdoċellulite) Infjammazzjoni tal-ġilda (dermatite)

    Il-ġilda tinfjamma, ikun hemm il-ħakk, tiħmar, tinqasam u tiħrax

    Ponot li jħokku b’mod intensiv


    Mhux magħruf: il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mit-tagħrif disponibbli

    Tip ta’ dijabete fejn il-kawża prinċipali tkun patoloġija tal-kliewi

    Disturb tal-kliewi li tinvolvi l-mewt taċ-ċelluli epitiljali tat-tubuli li jifformaw it-tubuli renali


    Inti jista' jkollok minn dawn is-sintomi u/ jew kundizzjonijiet. Għandek tgħid lit-tabib tiegħek mill-aktar fis possibli malli tibda tinduna b’xi wieħed minn dawn l-effetti sekondarji.


    Kellem lit-tabib tiegħek jekk xi wieħed minn dawn l-effetti sekondarji qegħdin jinkwetawk.


    Rappurtar tal-effetti sekondarji

    image

    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.


  3. Kif taħżen ALIMTA


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal. Tużax wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq it-tikketta u l-kartuna. Din il-mediċina m’għandiex bżonn ħażna speċjali.

    Soluzzjonijiet Rikostitwiti u ta' Infużjoni : Il-prodott għandu jintuża immedjatament. Meta ppreparati kif suppost, l-istabbilità kimika u fiżika ta’ waqt l-użu, tas-soluzzjonijiet rikostitwiti u ta’ infużjoni ta’ pemetrexed, ġiet ippruvata għal 24 siegħa f’temperatura ta’ friġġ.


    Din il-mediċina għandha tintuża darba biss: kull fdal ta’ soluzzjoni li ma jkunx intuża għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.


  4. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih ALIMTA

Is-sustanza attiva hi pemetrexed.


ALIMTA 100 mg: Kull kunjett fih 100 milligramm ta' pemetrexed (bħala pemetrexed disodium)

ALIMTA 500 mg: Kull kunjett fih 500 milligramm ta’ pemetrexed (bħala pemetrexed disodium)


Wara r-rikostituzzjoni, is-soluzzjoni jkun fiha 25 mg/ml ta' pemetrexed.,Qabel ma tingħata, ikun hemm bżonn ta’ iżjed dilwizzjoni mill-persuna inkarigata li tipprovdi l-kura.

Is-sustanzi l-oħra huma mannitol, hydrochloric acid u sodium hydroxide.


Kif jidherALIMTA u l-kontenut tal-pakkett:

ALIMTA huwa trab għal konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni ġo kunjett. Huwa trab lajofilizzat bejn abjad u isfar ċar jew isfar ħadrani.


Huwa disponibbli f’pakketti ta’ kunjett 1.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għal skop kummerċjali.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-suq

Eli Lilly Nederland B.V. Papendorpseweg 83, 3528 BJ Utrecht L-Olanda


Manifattur

Lilly France S.A.S. Rue du Colonel Lilly F-67640

Fegersheim Franza


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad- Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-suq:


Belgique/België/Belgien

Eli Lilly Benelux S.A/N.V. Tél/Tel: + 32-(0)2 548 84 84

България

ТП "Ели Лили Недерланд" Б.В. - България тел. + 359 2 491 41 40

Česká republika

ELI LILLY ČR, s.r.o. Tel: + 420 234 664 111

Danmark

Eli Lilly Danmark A/S Tlf: +45 45 26 60 00

Deutschland

Lilly Deutschland GmbH Tel. + 49-(0) 6172 273 2222

Eesti

Eli Lilly Nederland B.V. Tel: +372 6 817 280

Ελλάδα

ΦΑΡΜΑΣΕΡΒ-ΛΙΛΛΥ Α.Ε.Β.Ε. Τηλ: +30 210 629 4600

España

Lilly S.A.

Tel: + 34-91-663 50 00

France

Lilly France

Tél: +33-(0) 1 55 49 34 34

Hrvatska

Eli Lilly Hrvatska d.o.o. Tel: +385 1 2350 999

Ireland

Eli Lilly and Company (Ireland) Limited Tel: + 353-(0) 1 661 4377

Ísland

Icepharma hf.

Sími + 354 540 8000

Italia

Eli Lilly Italia S.p.A. Tel: + 39- 055 42571

Κύπρος

Phadisco Ltd

Τηλ: +357 22 715000

Lietuva

Eli Lilly Lietuva

Tel. +370 (5) 2649600

Luxembourg/Luxemburg Eli Lilly Benelux S.A/N.V. Tél/Tel: + 32-(0)2 548 84 84

Magyarország

Lilly Hungária Kft. Tel: + 36 1 328 5100

Malta

Charles de Giorgio Ltd. Tel: + 356 25600 500

Nederland

Eli Lilly Nederland B.V. Tel: + 31-(0) 30 60 25 800

Norge

Eli Lilly Norge A.S. Tlf: + 47 22 88 18 00

Österreich

Eli Lilly Ges.m.b.H. Tel: + 43-(0) 1 711 780

Polska

Eli Lilly Polska Sp. z o.o. Tel.: +48 22 440 33 00

Portugal

Lilly Portugal Produtos Farmacêuticos, Lda Tel: + 351-21-4126600

România

Eli Lilly România S.R.L. Tel: + 40 21 4023000

Slovenija

Eli Lilly farmacevtska družba, d.o.o. Tel: +386 (0)1 580 00 10

Slovenská republika Eli Lilly Slovakia s.r.o. Tel: + 421 220 663 111

Suomi/Finland

Oy Eli Lilly Finland Ab Puh/Tel: + 358-(0) 9 85 45 250

Sverige

Eli Lilly Sweden AB Tel: + 46-(0) 8 7378800

Latvija

Eli Lilly (Suisse) S.A Pārstāvniecība Latvijā Tel: +371 6 7364000

United Kingdom (Northern Ireland) Eli Lilly and Company (Ireland) Limited Tel: + 353-(0) 1 661 4377


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ <{XX/SSSS}>


<------------------------------------------------------------------------------------------------------------

It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti fil-qasam mediku:


Istruzzjonijiet għall-użu, l-immaniġġar u rimi


  1. Uża teknika asettika matul ir-rikostituzzjoni u għal iżjed dilwizzjoni ta’ pemetrexed għall-għoti ta’

    l-infużjoni fil-vini.


  2. Ikkalkula d-doża u n-numru ta' kunjetti ta' ALIMTA li hemm bżonn. Kull kunjett fih ammont żejjed ta' pemetrexed sabiex jiffaċilita l-għoti ta' l-ammont miktub fuq it-tikketta.


  3. ALIMTA 100 mg

    Irrikostitwixxi kull kunjett ta' 100mg b'4.2 ml ta' soluzzjoni għall-injezzjoni ta' 9mg/ml (0.9%) sodium chloride, mingħajr preservattiv, li jirriżulta f'soluzzjoni li jkollha 25 mg/ml pemetrexed.


    ALIMTA 500 mg

    Irrikostitwixxi kull kunjett ta' 500mg b'20 ml ta' soluzzjoni għall-injezzjoni ta' 9mg/ml (0.9%) sodium chloride, mingħajr preservattiv, li jirriżulta f'soluzzjoni li jkollha 25 mg/ml pemetrexed.


    Dawwar bil-mod kull kunjett sakemm it-trab ikun inħall kompletament. Is-soluzzjoni li tirriżulta hija ċara u tvarja minn bla kulur sa kulur safrani jew safrani fl-aħdar mingħajr ma tiġi affettwata b’mod negattiv il-kwalità tal-prodott. Il-pH tas-soluzzjoni rikostitwita hi bejn 6.6 u 7.8. Ikun meħtieġ iżjed dilwizzjoni


  4. Il-volum xieraq tas-soluzzjoni rikostitwita ta’ pemetrexed irid jerġa’ jiġi dilwit sa 100ml b’ soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ 9mg/ml(0.9%)sodium chloride, mingħajr preservattiv, u jingħata bħala infużjoni fil-vini għal 10 minuti.


  5. Soluzzjonijiet ta' infużjoni ta’ pemetrexed ippreparati kif indikat hawn fuq huma kompatibbli ma' settijiet għall-għoti u boroż ta’ l-infużjoni miksija bil-polyvinyl chloride u polyolefin. Pemetrexed mhuwiex kompatibbli ma’ diljuwenti li fihom il-kalċju, inklużi l-injezzjoni ta’ lactated Ringer u l- injezzjoni ta’ Ringer.


  6. Qabel ma jingħataw, prodotti mediċinali mgħotija permezz ta’ injezzjoni għandhom jiġu eżaminati viżwalment għal preżenza ta’ xi frak u telf ta’ kulur. Tinjettax jekk jiġi osservat xi frak.


  7. Soluzzjonijiet ta’ pemetrexed għandhom jintużaw darba biss. Kull fdal tal-prodott li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali


Prekawzjonijiet fil-preparazzjoni u l-amministrazzjoni: L-immaniġġar u l-preparazzjoni ta’ soluzzjonijiet ta’ infuzjoni ta’ pemetrexed għandhom isiru b’attenzjoni kif isir b’sustanzi oħra kontra l- kanċer u potenzjalment tossiċi. Hu rrakkomandat li jintużaw l-ingwanti. F'każ li s-soluzzjoni ta’ pemetrexed tiġi f'kuntatt mal-ġilda, aħsel sew il-ġilda bis-sapun u bl-ilma immedjatament. Jekk soluzzjonijiet ta’ pemetrexed jiġu f’kuntatt mal-membrani mukużi, laħlaħ sew bl-ilma. Pemetrexed mhuwiex visikant. M'hemmx antidotu speċifiku għall-estravażjoni ta’ pemetrexed. Ġew irrapportati xi każijiet ta’ estravażjoni ta’ pemetrexed, li ma ġewx meqjusa bħala serji mill-investigatur. L-estravażjoni għandha tiġi kkontrollata permezz tal-prattika lokali standardizzata kif issir b’sustanzi oħra li mhumiex visikanti.