Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Docetaxel Teva Pharma
docetaxel

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent


Docetaxel Teva Pharma 20 mg konċentrat u solvent għal soluzzjoni għall-infużjoni

docetaxel


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


X’fih il-kunjett ta’ solvent

Ilma għall-injezzjonijiet


Kif jidher Docetaxel Teva Pharma u l-kontenut tal-pakkett

Docetaxel Teva Pharma konċentrat għal soluzzjoni għall-infuzjoni hija soluzzjoni ċara u maqgħuda li tagħti fl-isfar għal fl-isfar u l-kannella.


Kull kartuna fiha:


  1. RAKKOMANDAZZJONIJIET GĦALL-IMMANIĠĠAR BIL-GALBU

    Docetaxel Teva Pharma hija sustanza kimika għall-użu kontra t-tumuri u, bħal kull sustanza potenzjalment tossika, trid tkun eżerċitata l-kawtela fl-immaniġġar u fil-preparazzjoni tat-taħlitiet ta’ Docetaxel Teva Pharma. L-użu tal-ingwanti huwa rakkomandat.


    Jekk konċentrat ta’Docetaxel Teva Pharma, jew is-soluzzjoni inizjali tal-infużjoni jew l-infużjoni nfisha tiġi f’kuntatt mal-ġilda, aħsel immedjatament u sew bis-sapun u l-ilma. Jekk konċentrat ta’Docetaxel Teva Pharma, jew is-soluzzjoni inizjali tal-infużjoni jew l-infużjoni nfisha tiġi f’kuntatt mal-mukoża, aħsel immedjatament u sew bl-ilma.


  2. PREPARAZZJONI TAL-PRODOTT GĦALL-GĦOTI ĠOL-VINA


    1. Preparazzjoni ta’ Docetaxel Teva Pharma, soluzzjoni inizjali (10 mg docetaxel/ml)


      1. Jekk il-kunjetti kienu maħżuna fil-friġġ, ħalli n-numru ta’ kaxex ta’ Docetaxel Teva Pharma li għandek bżonn f’temperatura ambjentali (taħt 25°Ċ) għal 5 minuti.


      2. Uża siringa b’labra mwaħħla magħha u tella’ l-kontenut sħiħ tas-solvent ta’Docetaxel Teva Pharma, b’mod asettiku, billi taqleb il-kunjett tas-solvent parzjalment rasu ’l isfel.


      3. Injetta il-kontenut sħiħ tas-siringa fil-kunjett korrispondenti ta’ Docetaxel Teva Pharma.


      4. Neħħi s-siringa u l-labra u ħawwad b’idejk billi ddawwar ripetutament il-kunjett għal mhux anqas minn 45 sekonda. Iċċekċikx il-kunjett.


        Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

      5. Ħalli il-kunjett, li issa fih is-soluzzjoni inizjali, joqgħod għal 5 minuti f’temperatura ambjentali (taħt 25°Ċ) u ara li t-taħlita hija omoġenja u ċara (il-formazzjoni tar-ragħwa hija ħaġa normali u tista’ tibqa’ anke wara 5 minuti minħabba li hemm il-polysorbate 80 fil-formulazzjoni).


        Is-soluzzjoni inizjali għandha 10 mg/ml docetaxel u għandha tintuża immedjatament wara li tkun ippreparata. Madankollu, l-istabbiltà kimika u fiżika tas-soluzzjoni inizjali ntweriet li ddum għal 8 sigħat meta tkun maħżuna bejn +2°Ċ jew +8°Ċ jew f’temperatura ambjentali (taħt 25°Ċ).


          1. Preparazzjoni tal-infużjoni


            1. Jista’ jagħti l-każ li jkollok tuża aktar minn kunjett wieħed għas-soluzzjoni inizjali mħallta biex tilħaq id-doża indikata għall-pazjent. Ibażżat fuq id-doża meħtieġa preċiżament f’milligrami għall-pazjent,, tella’ b’mod asettiku, l-ammont meħtieġ ta’ soluzzjoni inizjali, li fiha 10 mg/ml ta’ docetaxel, minn numru ta’ kunjetti li jkun meħtieġ b’użu ta’ siringi immarkati, bil-labar

              f’posthom. Biex nieħdu eżempju, doża ta’ 140 mg ta’ docetaxel tirrikjedi 14 ml ta’ soluzzjoni inizjali ta’ docetaxel.


            2. Injetta l-volum meħtieġ tas-soluzjoni inizjali f’borża jew flixkun tal-infużjoni ta’ 250 ml, li għandha/għandu soluzzjoni ta’ 5% glukożju jew soluzzjoni ta’ 9 mg/ml (0.9%) sodium chloride għall-infużjoni. Jekk hija meħtieġa doża akbar minn 200 mg ta’ docetaxel, uża volum ta’ infużjoni akbar biex tiżgura li l-konċentrazzjoni ma tkunx aktar minn 0.74 mg/ml ta’ docetaxel.


            3. Ħawwad il-borża jew il-flixkun tal-infużjoni b’idejk billi iċċaqlaqha/iċċaqalqu minn naħa għall- oħra.


            4. Is-soluzzjoni għall-infużjoni ta’ Docetaxel Teva Pharma għandha tintuża fi żmien 4 sigħat u għandha tingħata b’mod asettiku bħala infużjoni fuq żmien ta’ siegħa f’temperatura ambjentali (taħt 25°Ċ) u f’dawl normali.

            5. Bħal prodotti parenterali kollha, is-soluzzjoni inizjali ta’qabel ta’ Docetaxel Teva Pharma u l- infużjoni għandhom ikunu eżaminati viżwalment qabel l-użu. Soluzzjonijiet li jkollhom xi preċipitat jew frak żgħir għandhom jintremew.


  3. RIMI


Il-materjali kollha li ntużaw għas-soluzzjoni u għall-infużjoni għandhom jintremew kif jixraq skont

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

il-proċeduri irrakkomandati. Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ . Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.