Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Profender
emodepside, praziquantel


[Pipetti ta’ doża waħda]


FULJETT TA’ TAGĦRIF GĦAL

Profender 30 mg / 7.5 mg taħlita likwida għal użu lokalizzat fuq qtates żgħar. Profender 60 mg / 15 mg taħlita likwida għal użu lokalizzat fuq qtates ta’ daqs medju. Profender 96 mg / 24 mg taħlita likwida għal użu lokalizzat fuq qtates kbar.


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT- TQEGĦID FIS-SUQ U TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦALL- MANIFATTURA RESPONSABBLI GĦALL-ĦRUĠ TAL-LOTT, JEKK DIFFERENTI


    Detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq: Vetoquinol S.A.

    Magny-Vernois 70200 Lure Franza


    Manifattur responsabbli għall-ħrug tal-lott: KVP Pharma + Veterinär Produkte GmbH Projensdorfer Str. 324

    24106 Kiel Ġermanja


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    Profender 30 mg / 7.5 mg taħlita likwida għal użu lokalizzat fuq qtates żgħar. Profender 60 mg / 15 mg taħlita likwida għal użu lokalizzat fuq qtates ta’ daqs medju. Profender 96 mg / 24 mg taħlita likwida għal użu lokalizzat fuq qtates kbar. Prazikwantel / Emodepside


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZI ATTIVI U INGREDJENTI OĦRA


    Sustanzi attivi:


    Profender fih 21.4 mg/ml emodepsajd u 85.8 mg/ml prazikwantel. Kull doża (pipetta) ta’ Profender fiha:

    Volum

    Emodepsajd

    Prazikwantel

    Profender għal qtates żgħar (≥ 0.5 - 2.5 kg)

    0.35 ml

    7.5 mg

    30 mg

    Profender għal qtates ta’ daqs medju (> 2.5 - 5 kg)

    0.70 ml

    15 mg

    60 mg

    Profender għal qtates kbar (> 5 - 8 kg)

    1.12 ml

    24 mg

    96 mg


    Sustanzi mhux attivi:


    5.4 mg/ml butylhydroxyanisole (E320; bħala antiossidant)

  4. INDIKAZZJONIJIET


    Fil-każ ta’ qtates li jbatu minn, jew jinsabu fir-riskju ta’, infezzjonijiet parasitiċi mħallta, ikkawżati mill-ħniex it-tondi tal-imsaren, dud parastiku li jgħix fl-intestini u dud parasitiku fil-pulmuni tal- mammali tal-ispeċijiet li ġejjin:


    Ħniex (Nematodi)

    Toxocara cati (adulti maturi, adulti mmaturi, L4 u L3)

    Toxocara cati (L3 larvi) – trattament tar-rġejjen matul l-aħħar tat-tqala biex jipprevjenu t-trażmissjoni laktoġenika lill-wild

    Toxascaris leonina (adulti maturi, adulti mmaturi u L4)

    Ancylostoma tubaeforme (adulti maturi, adulti mmaturi u L4)


    Ħniex (Ċestodi)

    Dipylidium caninum (adult matur u adult immatur)

    Taenia taeniaeformis (adult)

    Echinococcus multilocularis (adult)


    Dud parasitiku fil-pulmuni tal-mammali

    Aelurostrongylus abstrusus (adult)


  5. KONTRA INDIKAZZJONIJIET


    Tużax fuq qtates li għandhom inqas minn 8 ġimgħat jew li jiżnu inqas minn 0.5 kg.

    Tużax f’każijiet ta’ sensittività għall-ingredjenti attivi; ingredjenti mhux attivi jew ingredjenti oħra.


  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    Is-salivazzjoni u r-rimettar jistgħu jseħħu f’każijiet rari ħafna. Disturbi newroloġiċi ħfief u temporanji bħal atassja jew tregħid jistgħu jseħħu f’każijiet rari ħafna. Dawn l-effetti huma maħsuba li jiġru għax il-qattus jilgħaq il-post tal-applikazzjoni minnufih wara t-trattament. F’każijiet rari ħafna wara l-għoti ta’ Profender kienu osservati alopeċja temporanja, ħakk u/jew infjamazzjoni fis-sit tal-applikazzjoni.


    Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni:

    • komuni ħafna (aktar minn wieħed f’10 annimali li juru effett(i) mhux mixtieq(a) matul il-perjodu ta’ kura waħda)

    • komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’100 annimal)

    • mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’1,000 annimal)

    • rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’10,000 annimal)

    • rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f’10,000 annimal, inklużi rapporti iżolati).


      Jekk tinnota xi effetti serji anke dawk mhux imsemmija f’dan il-fuljett, jew taħseb li l-mediċina ma ħadmitx, jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek.


  7. SPEĊJI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Qtates


  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD U METODU TA’ AMMINISTRAZZJONI


    Għal użu estern biss.


    Skeda tad-doża u trattament

    Id-dożi minimi rrakkomandati huma ta’ 3 mg emodepsajd għal kull kg piż tal-ġisem u 12 mg prazikwantel għal kull kg piż tal-ġisem, li jiġu ekwivalenti għal 0.14 ml Profender għal kull kg piż tal- ġisem.


    Piż tal- Qattus [kg]

    Qies tal-Pipetta għall-użu

    Volum [ml]

    Emodepsajd [mg/kg piż tal-ġisem]

    Prazikwantel [mg/kg piż tal- ġisem]

    ≥0.5 – 2.5

    Profender għal qtates żgħar

    0.35 ( 1 pipetta)

    3 - 15

    12 – 60

    > 2.5 - 5

    Profender għal qtates ta’ daqs medju

    0.70 (1 pipetta)

    3 - 6

    12 – 24

    >5 - 8

    Profender għal qtates kbar

    1.12 (1 pipetta)

    3 – 4.8

    12 – 19.2

    > 8

    Agħżel qisien adattati ta’ pipetti


    Għat-trattament tal-ħniex it-tondi tal-imsaren u dud parasitiku li jgħix fl-intestini l-amministrazzjoni waħda għal kull trattament hi effettiva.


    Għat-trattament tal-irġejjen biex jipprevjenu t-trażmissjoni ta’ Toxocara cati (L3 larvi) lill-wild, amministrazzjoni waħda għal kull trattament madwar seba’ ġranet qabel il-ħlas mistenni hi effettiva.


    Fil-każ tad-dud parasitiku fil-pulmuni tal-mammali Aelurostrongylus abstrusus, żewġ trattamenti

    mogħtija ġimagħtejn bogħod minn xulxin huma effettivi.


  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B'MOD KORRETT


    Ħu pipetta waħda mill-pakkett. Żomm il-pipetta tħares il-fuq, ilwi u iġbed il-għatu ´l barra. Aqleb l- għatu ta’ taħt fuq u użah biex tilwi u tneħhi s-siġill tal-pipetta.


    image


    Ofroq il-pil fuq l-għonq tal-qattus fit-tarf tal-kranju sakemm tidher il-ġilda. Poġġi t-tarf tal-pipetta fuq il-ġilda u għafas il-pipetta bis-sħiħ kemm il-darba biex tbattal il-kontenut direttament fuq il-ġilda. Applikjazzjoni fit-tarf tal-kranju tnaqqas l-abbilta tal-qattus li jilgħaq il-prodott. Applika biss fuq il- wiċċ tal-ġilda u fuq ġilda ntatta.


    image


  10. PERJODU TA’ TIŻMIM


    Mhux applikabbli.

  11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA


    Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.

    Aħżen fil-pakkett originali biex tipproteġi mill-umdita.

    Tużax dan il-prodott mediċinali veterinarju wara d-data ta´skadenza (JIS) murija fuq it-tikketta u fuq il-pakkett. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar jum tax-xahar.


  12. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Twissijiet speċjali għal kull speċi għal x’hiex huwa indikat:

    L-użu ta‘ xampu jew l-għads ta’ l-annimal ġo l-ilma eżatt wara t-trattament, jista’ jnaqqas l-effett tal- prodott. Għalhekk annimali li ġew trattati m`għandhomx jiġu maħsula qabel ma’ t-taħlita tkun nixfet.


    Reżistenza tal-parassita għal kull klassi ta’ antiħelmentiċi tista’ tiżviluppa meta jkun hemm użu spiss u ripetut ta’ antiħelmentiċi ta’ dik il-klassi.


    Prekawzjonijiet speċjali għall-użu fl-annimali:

    Applika biss fuq il-wiċċ tal-ġilda u jew fuq ġilda intatta. Tapplikax oralment jew parenteralment.


    Tħallix il-qattus li ġie trattat jew qtates oħra fid-dar jilgħaqu l-parti trattata waqt li din tkun għadha mxarrba.


    Hemm esperjenza limitata fuq l-użutal-prodott fuq annimali morda u dgħajfa. Għalhekk dan il- prodott

    għandu biss jiġi wżat wara valutazzjoni tar-riskju u benefiċċju fuq dawn l-annimali.


    Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu mill-persuna li tamministra l-prodott mediċinali veterinarju lill-annimali:

    Għall-persuni li jamministraw il-Profender fuq l-annimali:


    Tpejjipx, tiekolx jew tixrob waqt li qed tuża l-prodott.

    Evita kuntatt dirett mal-parti fejn tapplika l-prodott, meta din tkun imxarrba. Waqt il-perjodu tat- trattament, tħallix tfal imissu l-annimali.

    Aħsel idejk sew wara li tuża.

    Jekk aċċidentalment il-prodott jixxerred fuq il-ġilda, aħsel malajr bl-ilma u s-sapun. F’każ li l-prodott jiġu f’kuntatt ma’ l-għajnejn, baħbaħ malajr b’ħafna ilma.

    Jekk sintomi fil-ġilda jew fl-għajnejn jippersistu, jew fil-każ li l-prodott jiġi inġestit aċċidentalment, kellem lit-tabib u urih l-fuljett ta’ tagħrif ta’ ġol-kaxxa.

    It-tfal m’għandux ikollhom kuntatt twil u intensiv (per.eż. jorqdu) mal-qtates trattati matul l-ewwel 24 siegħa wara l-applikazzjoni tal-prodott.


    Is-solvent li hemm fil-prodott jista’ jtebba’ materjali differenti, fosthom ġild, drapp, plastik u wċuħ illostrati. Ħalli l-parti t’applikazzjoni tinxef qabel ma tagħmel kuntatt ma´ dan il-materjal.


    L-ekinokokkosi hija ta’ periklu għall-bniedem. Billi l-ekinokokkosi hija marda li għandha tkun notifikata lil OIE, tagħrif speċifiku fuq it-trattament u monitoraġġ, u fuq is-sigurtà tal-persuni għandu jiġi akkwistat mingħand l-awtorità relevanti u kompetenti.


    Tqala u treddigħ:

    Profender jista’ jintuża waqt it-tqala u fi żmien il-ħalib.


    Interazzjoni ma’ prodotti mediċinal oħrajn u forom oħrajn ta’ interazzjoni:

    Emodepsajd huwa substrat tal-p-glajkoprotejn. Trattament flimkien ma’ mediċina oħra li hija substrat/inibitur tal-p-glajkoprotejn (eż. ivermektina, u lattoni makroċikliċi oħra kontra l-parassiti, eritromiċina, prednisolon u ċiklosporin) jista’ jirriżulta f’effetti farmakokinetiċi mediċinali. Il- konsegwenzi kliniċi potenzjali t’effetti bħal dawn għadhom ma ġewx investigati.

    Doża eċċessiva (sintomi, proċeduri ta’ emerġenza, antidoti):

    Tbeżlieq, irreġettar u sinjali newroloġiċi (tregħid) ġew osservati kull tant meta l-prodott ġie applikat sa għaxar darbiet id-doża rrakkomandata fuq qtates adulti u sa 5 darbiet id-doża rakkomandata fuq frieħ tal-qtates. Is-sintomi huma maħsuba li ġraw meta l-qattus lagħaq il-parti ttrattata. Is-sintomi kienu kompletament riversibbli.

    M’ hemmx antidot speċifiku li hu magħruf.


    Inkompatibilitajiet:

    M’hemm xejn magħruf.


  13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA' PRODOTT MHUX UŻAT JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Profender m’għandu qatt jintrema fl-ilma peress li nstab li emodepsajd hu ta’ periklu għall-ħut jew ħlejjaq oħra akwatici.

    Mediċina veterinarja li ma ġietx użata jew prodotti oħra li ntużaw għal din il-mediċina għandhom jintremew skond kif titlob il-liġi tal-pajjiż.


  14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT TA’ TAGĦRIF


    dwar il-Mediċini /.


  15. TAGĦRIF IEĦOR


Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu qegħdin fis-suq.

[Flixkun ta’ aktar minn doża wahda.]


FULJETT TA’ TAGĦRIF GĦAL

Profender - 85.8 mg/ml / 21.4 mg/ml taħlita likwida għal użu lokalizzat fuq qtates


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT- TQEGĦID FIS-SUQ U TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦALL- MANIFATTURA RESPONSABBLI GĦALL-ĦRUĠ TAL-LOTT, JEKK DIFFERENTI


    Detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq: Vetoquinol S.A.

    Magny-Vernois 70200 Lure Franza


    Manifattur responsabbli għall-ħrug tal-lot: KVP Pharma + Veterinär Produkte GmbH Projensdorfer Str. 324

    24106 Kiel Ġermanja


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    Profender - 85.8 mg/ml / 21.4 mg/ml taħlita likwida għal użu lokalizzat fuq qtates Prazikwantel/Emodepside


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZI ATTIVI U INGREDJENTI OĦRA


    Sustanzi attivi:


    Profender fih 21.4 mg/ml emodepsajd u 85.8 mg/ml prazikwantel.


    Sustanzi mhux attivi:


    5.4 mg/ml butylhydroxyanisole (E320; bħala antiossidant)


  4. INDIKAZZJONIJIET


    Fil-każ ta’ qtates li jbatu minn, jew jinsabu fir-riskju ta’, infezzjonijiet parasitiċi mħallta, ikkawżati mill-ħniex it-tondi tal-imsaren, dud parastiku li jgħix fl-intestini u dud parasitiku fil-pulmuni tal- mammali tal-ispeċijiet li ġejjin:


    Ħniex (Nematodi)

    Toxocara cati (adulti maturi, adulti mmaturi, L4 u L3)

    Toxocara cati (L3 larvi) – trattament tar-rġejjen matul l-aħħar tat-tqala biex jipprevjenu t-trażmissjoni laktoġenika lill-wild

    Toxascaris leonina (adulti maturi, adulti mmaturi u L4)

    Ancylostoma tubaeforme (adulti maturi, adulti mmaturi u L4)


    Ħniex (Ċestodi)

    Dipylidium caninum (adult matur u adult immatur)

    Taenia taeniaeformis (adult)

    Echinococcus multilocularis (adult)


    Dud parasitiku fil-pulmuni tal-mammali

    Aelurostrongylus abstrusus (adult)


  5. KONTRA INDIKAZZJONIJIET


    Tużax fuq qtates li għandhom inqas minn 8 ġimgħat jew li jiżnu inqas minn 0.5 kg.

    Tużax f’każijiet ta’ sensittività għall-ingredjenti attivi; ingredjenti mhux attivi jew ingredjenti oħra.


  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    Is-salivazzjoni u r-rimettar jistgħu jseħħu f’każijiet rari ħafna. Disturbi newroloġiċi ħfief u temporanji bħal atassja jew tregħid jistgħu jseħħu f’każijiet rari ħafna. Dawn l-effetti huma maħsuba li jiġru għax il-qattus jilgħaq il-post tal-applikazzjoni minnufih wara t-trattament. F’każijiet rari ħafna wara l-għoti ta’ Profender kienu osservati alopeċja temporanja, ħakk u/jew infjamazzjoni fis-sit tal-applikazzjoni.


    Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni:

    • komuni ħafna (aktar minn wieħed f’10 annimali li juru effett(i) mhux mixtieq(a) matul il- perjodu ta’ kura waħda)

    • komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’100 annimal)

    • mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’1,000 annimal)

    • rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’10,000 annimal)

    • rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f’10,000 annimal, inklużi rapporti iżolati).


      Jekk tinnota xi effetti serji anke dawk mhux imsemmija f’dan il-fuljett, jew taħseb li l-mediċina ma ħadmitx, jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek.


  7. SPEĊJI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Qtates


  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD U METODU TA’ AMMINISTRAZZJONI


    Għal użu estern biss.


    Skeda tad-doża utrattament


    Id-dożi minimi rrakkomandati huma ta’ 3mg emodepsajd għal kull kg piż tal-ġisem u 12 mg prazikwantel għal kull kg piż tal-ġisem, li jiġu ekwivalenti għal 0.14 ml Profender għal kull kg piż tal- ġisem.


    Jew tikkalkula d-doża eżatta bbażata fuq il-piż individwali tal-ġisem, jew uża d-dożi li ġejjin li huma rrakkomandati għall- skedi ta’ piż tal-ġisem:


    Piż tal- Qattus [kg]

    Volum


    [ml]


    [mg]

    Emidopsajd


    [mg/kg piż tal-ġisem]


    [mg]

    Prazikwantel


    [mg/kg piż tal-ġisem]

    ≥0.5 – 2.5

    0.35

    7.5

    3 – 15

    30

    12 – 60

    >2.5 – 5

    0.70

    15

    3 – 6

    60

    12 – 24

    >5 – 8

    1.12

    24

    3 – 4.8

    96

    12 – 19.2

    >8

    Agħżel volumi adattati

    Għat-trattament tal-ħniex it-tondi tal-imsaren u dud parasitiku li jgħix fl-intestini l-amministrazzjoni waħda għal kull trattament hi effettiva.


    Għat-trattament tal-irġejjen biex jipprevjenu it-trażmissjoni ta’ Toxocara cati (L3 larvi) lill-wild, amministrazzjoni waħda għal kull trattament madwar seba’ ġranet qabel il-ħlas mistenni hi effettiva.


    Fil-każ tad-dud parasitiku fil-pulmuni tal-mammali Aelurostrongylus abstrusus, żewġ trattamenti

    mogħtija ġimagħtejn bogħod minn xulxin huma effettivi.


  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B'MOD KORRETT


    Ħu l-adaptor, neħħi l-għatu ta’ protezzjoni minn mal-ponta u daħħal il-ponta fin-nofs tat-tapp (1). Neħħi l-għatu bil-kamin (2). Ħu siringa normali, ta użu waħdieni, ta’1 ml bil-luer nozzle u poġġiha ma’ l-adaptor (3). Imbagħad aqleb il-flixkun ta’ taħt fuq u iġbed il-volum mixtieq (4). Erġa’ poġġi l- għatu wara li tispiċċa. Ofroq il-pil fuq l-għonq tal-qattus fit-tarf tal-kranju sakemm tidher il-ġilda. Poġġi t-tarf tas-siringa fuq il-ġilda u battal il-kontenut direttament fuq il-ġilda (5).


    image


    Applikazzjoni fit-tarf tal-kranju tnaqqas l-abbilta’ tal-qattus li jilgħaq il-prodott. Applika biss fuq il- wiċċ tal-ġilda u fuq ġilda ntatta.


  10. PERJODU TA’ TIŻMIM


    Mhux applikabbli.


  11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA


    Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.

    Tużax dan il-prodott mediċinali veterinarju wara d-data ta´skadenza (JIS) murija fuq it-tikketta u fuq il-pakkett. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar jum tax-xahar.

    Żmien li l-prodott jibqa’ tajjeb wara li jinfetaħ il-kontenitur immedjat: 3 xhur.


  12. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Twissijiet speċjali għal kull speċi għal x’hiex huwa indikat:

    L-użu ta‘ xampu jew l-għads ta’ l-annimal ġo l-ilma eżatt wara t-trattament, jista’ jnaqqas l-effett tal- prodott. Għalhekk annimali li ġew trattati m`għandhomx jiġu maħsula qabel ma’ t-taħlita tkun nixfet.


    Reżistenza tal-parassita għal kull klassi ta’ antiħelmentiċi tista’ tiżviluppa meta jkun hemm użu spiss u ripetut ta’ antiħelmentiċi ta’ dik il-klassi.


    Prekawzjonijiet speċjali għall-użu fl-annimali:

    Applika biss fuq il-wiċċ tal-ġilda u jew fuq ġilda intatta. Tapplikax oralment jew parenteralment.


    Tħallix il-qattus li ġie trattat jew qtates oħra fid-dar jilgħaqu l-parti trattata waqt li din tkun għadha mxarrba.


    Hemm esperjenza limitata fuq l-użu tal-prodott fuq annimali morda u dgħajfa. Għalhekk dan il- prodott għandu biss jiġi wżat wara valutazzjoni tar-riskju u benefiċċju fuq dawn l-annimali.


    Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu mill-persuna li tamministra l-prodott mediċinali veterinarju lill-annimali:

    Għall-persuni li jamministraw il-Profender fuq l-annimali: Tpejjipx, tiekolx jew tixrob waqt li qed tuża l-prodott.

    Evita kuntatt dirett mal-parti fejn tapplika l-prodott, meta din tkun imxarrba. Waqt il-perjodu tat- trattament, tħallix tfal imissu l-annimali.

    Aħsel idejk sew wara li tuża.

    Jekk aċċidentalment il-prodott jixxerred fuq il-ġilda, aħsel malajr bl-ilma u s-sapun. F’każ li l-prodott jiġu f’kuntatt ma’ l-għajnejn, baħbaħ malajr b’ħafna ilma.

    Jekk sintomi fil-ġilda jew fl-għajnejn jippersistu, jew fil-każ li l-prodott jiġi inġestit aċċidentalment, kellem lit-tabib u urih l-fuljett ta’ tagħrif ta’ ġol-kaxxa.

    It-tfal m’għandux ikollhom kuntatt twil u intensiv (per.eż. jorqdu) mal-qtates trattati matul l-ewwel 24 siegħa wara l-applikazzjoni tal-prodott.


    Is-solvent li hemm fil-prodott jista’ jtebba’ materjali differenti, fosthom ġild, drapp, plastik u wċuħ illostrati. Ħalli l-parti t’applikazzjoni tinxef qabel ma tagħmel kuntatt ma’ dan il-materjal.


    L-ekinokokkosi hija ta’ periklu għall-bniedem. Billi l-ekinokokkosi hija marda li għandha tkun notifikata lil OIE, tagħrif speċifiku fuq it-trattament u monitoraġġ, u fuq is-sigurtà tal-persuni għandu jiġi akkwistat mingħand l-awtorità relevanti u kompetenti.


    Tqala u treddigħ:

    Profender jista’ jintuża waqt it-tqala u fi żmien il-ħalib.


    Interazzjoni ma’ prodotti mediċinal oħrajn u forom oħrajn ta’ interazzjoni:

    Emodepsajd huwa substrat tal-p-glajkoprotejn. Trattament flimkien ma’ mediċina oħra li hija substrat/inibitur tal-p-glajkoprotejn (eż. ivermektina, u lattoni makroċikliċi oħra kontra l-parassiti, eritromiċina, prednisolon u ċiklosporin) jista’ jirriżulta f’effetti farmakokinetiċi mediċinali. Il- konsegwenzi kliniċi potenzjali t’effetti bħal dawn għadhom ma ġewx investigati.


    Doża eċċessiva (sintomi, proċeduri ta’ emerġenza, antidoti):

    Tbeżlieq, irreġettar u sinjali newroloġiċi (tregħid) ġew osservati kull tant meta l-prodott ġie applikat sa għaxar darbiet id-doża rrakkomandata fuq qtates adulti u sa 5 darbiet id-doża rakkomandata fuq frieħ tal-qtates. Is-sintomi huma maħsuba li ġraw meta l-qattus lagħaq il-parti ttrattata. Is-sintomi kienu kompletament riversibbli.

    M’ hemmx antidot speċifiku li hu magħruf.


    Inkompatibilitajiet:

    M’hemm xejn magħruf.


  13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA' PRODOTT MHUX UŻAT JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Profender m’għandu qatt jintrema fl-ilma peress li nstab li emodepsajd hu ta’ periklu għall-ħut jew ħlejjaq oħra akwatici.

    Mediċina veterinarja li ma ġietx użata jew prodotti oħra li ntużaw għal din il-mediċina għandhom jintremew skond kif titlob il-liġi tal-pajjiż.

  14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT TA’ TAGĦRIF


    dwar il-Mediċini /.


  15. TAGĦRIF IEĦOR


Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu qegħdin fis-suq.

FULJETT TA’ TAGĦRIF GĦAL

Pilloli Profender 15 mg/ 3 mg li jerħu l-mediċina b'mod modifikat għal Klieb Żgħar Pilloli Profender 50 mg/10 mg li jerħu l-mediċina b'mod modifikat għal Klieb ta’ Daqs Medju

Pilloli Profender 150 mg/ 30 mg li jerħu l-mediċina b'mod modifikat għal Klieb Kbar


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT- TQEGĦID FIS-SUQ U TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦALL- MANIFATTURA RESPONSABBLI GĦALL-ĦRUĠ TAL-LOTT, JEKK DIFFERENTI


    Detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq: Vetoquinol S.A.

    Magny-Vernois 70200 Lure Franza


    Manifattur responsabbli għall-ħrug tal-lot KVP Pharma + Veterinär Produkte GmbH Projensdorfer Str. 324

    24106 Kiel Ġermanja


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    Pilloli Profender 15 mg/ 3 mg li jerħu l-mediċina b'mod modifikat għal Klieb Żgħar

    Pilloli Profender 50 mg/10 mg li jerħu l-mediċina b'mod modifikat għal Klieb ta’ Daqs Medju Pilloli Profender 150 mg/ 30 mg li jerħu l-mediċina b'mod modifikat għal Klieb Kbar Prazikwantel / Emodepside


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZI ATTIVI U INGREDJENTI OĦRA


    Kull pillola Profender fiha:



    Emodepside


    Prazikwantel


    Pilloli Profender għal Klieb Żgħar


    3 mg


    15 mg


    Pilloli Profender għal Klieb ta’ Daqs Medju


    10 mg


    50 mg


    Pilloli Profender għal Klieb Kbar


    30 mg


    150 mg


  4. INDIKAZZJONIJIET


    Għal klieb li qed isofru minn, jew huma f’riskju minn infezzjonijiet ikkawżati minn ħniex u dud fl-imsaren ta’ dawn l-ispeċi:


    Ħniex (Nematodi)

    Toxocara canis (adulti maturi, adulti immaturi, L4 u L3) Toxascaris leonina (adulti maturi, adulti immaturi u L4) Ancylostoma caninum (adulti maturi u adulti mmaturi) Uncinaria stenocephala (adulti maturi, adulti immaturi)

    Trichuris vulpis (adulti maturi, adulti immaturi u L4)


    Dud (Ċestodi) Dipylidium caninum Taenia spp.

    Echinococcus multilocularis (adulti maturi, adulti immaturi)

    Echinococcus granulosus (adulti maturi, adulti immaturi)


  5. KONTRAINDIKAZZJONIJIET


    Tużax fuq ġriewi li għandhom inqas minn 12-il ġimgħa jew li jiżnu inqas minn 1 kg.


    Tużax f'każijiet ta' sensittivita għall-ingredjenti attivi; ingredjenti mhux attivi jew ingredjenti oħra.


  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    Disturbi fil-passaġġ diġestiv ħfief temporanji (eż. produzzjoni eċċessiva ta’ saliva, rimettar) ġew osservati f’każijiet rari ħafna.

    Disturbi newroloġiċi ħfief temporanji (eż. rogħda, nuqqas ta’ koordinazzjoni) ġew osservati f’każijiet rari ħafna. In-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ sawm, kellu t-tendenza li jkun karatteristika ta’ dawk il-każijiet. Barra minn hekk, sinjali ta’ disturbi newroloġiċi jistgħu jkunu aktar serji (eż. konvulżjoni) f’Collies, Shelties u Australian Shephers bil-mutazzjoni mdr1 (-/-).

    M’hemmx antidoti speċifiċi magħrufin.


    Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni:

    • komuni ħafna (aktar minn wieħed f’10 annimali li juru effett(i) mhux mixtieq(a) matul il-perjodu ta’ kura waħda)

    • komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’100 annimal)

    • mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’1,000 annimal)

    • rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’10,000 annimal)

    • rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f’10,000 annimal, inklużi rapporti iżolati).


      Jekk tinnota xi effetti serji anke dawk mhux imsemmija f’dan il-fuljett, jew taħseb li l-mediċina ma ħadmitx, jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek.


  7. SPEĊI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Klieb


  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD U METODU TA’ AMMINISTRAZZJONI

    Sabiex jingħata fil-ħalq lil ġriewi li għandhom aktar minn 12-il ġimgħa jew li jiżnu ta’ l-inqas 1 kg. Profender għandu jingħata b’doża minima ta’ 1 mg/kg emodepside piż tal-ġisem u 5 mg/kg

    prazikwantel piż tal-ġisem, skond it-tabella ta’dożaġġ t’hawn taħt


    Amministrazzjoni waħda għal kull trattament hija effettiva.

    klieb żgħar

    klieb ta’daqs

    medju

    klieb kbar

    Numru ta’ pilloli profender għal


    Piż tal-ġisem (kg)


    1 = 3 kg


    1 = 10 kg


    1 = 30 kg


    1

    1.5

    ½

    > 1.5

    3

    1

    > 3

    4.5

    > 4.5

    6

    2

    > 6

    10

    1

    > 10

    15

    > 15

    20

    2

    > 20

    30

    1

    > 30

    45

    > 45

    60

    2


    image

  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B'MOD KORRETT


    Il-pilloli Profender għandhom togħma ta’ laħam, u normalment l-klieb ser jaċċettawhom anke mingħajr ikel.

    Amministra biss fuq klieb sajmin. Pereżempju: Jekk il-kelb ikun se jiġi ttrattat filgħodu huwa rrakkomandat li l-kelb jiġi msajjem matul il-lejl ta’qabel. Ma għandu jingħata ebda ikel lilkelb sa 4 sigħat wara t-trattament.


  10. PERJODU TA’ TIŻMIM


    Mhux applikabbli.


  11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA


    Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.

    Aħżen fil-pakkett originali biex tipproteġi mill-umdità.

    Tużax dan il-prodott mediċinali veterinarju wara d-data ta´skadenza (JIS) murija fuq it-tikketta u fuq il-pakkett. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar jum tax-xahar.


  12. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Twissijiet speċjali għal kull speċi għal x’hiex huwa indikat:

    Reżistenza tal-parassita għal kull klassi ta’ antiħelmentiċi tista’ tiżviluppa meta jkun hemm użu spiss u ripetut ta’ antiħelmentiċi ta’ dik il-klassi.


    Prekawzjonijiet speċjali għall-użu fl-annimali:

    Amministra biss fuq klieb sajmin. Pereżempju: Jekk il-kelb ikun se jiġi ttrattat filgħodu huwa rrakkomandat li l-kelb jiġi msajjem matul il-lejl ta’qabel. Ma għandu jingħata ebda ikel lill-kelb sa 4 sigħat wara t-trattament.


    Meta l-infezzjoni D. Caninum hija preżenti, għandu jiġi kkunsidrat trattament kontra l-organiżmi intermedji, bħal briegħed u qamel, biex jipproteġi kontra infezzjoni oħra.

    M’hemm l-ebda studji fuq klieb li huma severement debboli jew individwi li l-funzjoni tal-fwied u

    l-kliewi tagħhom huma kompromessi. Għalhekk il-prodott mediċinali veterinarju għandu jiġi użat biss fuq l-annimali wara li tkun saret valutazzjoni ta’riskju/siwi minn veterinarju responsabbli.


    Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu mill-persuna li tamministra l-prodott mediċinali veterinarju lill-annimali:

    Fl-interess ta’ iġene tajba, aħsel idejk qabel tagħti l-pilloli lill-kelb. Fil-każ ta’inġestjoni aċċidentali, speċjalment fil-każ tat-tfal, fittex parir mediku u uri l-fuljett tal-pakkett jew it-tikketta lit-tabib.


    L-ekinokokkosi hija ta’ periklu għall-bniedem. Peress li l-ekinokokkosi hija marda li għandha tkun notifikata l’Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa ta’ l-Annimali (OIE), tagħrif speċifiku fuq it- trattament u follow-up, kif ukoll fuq is-sigurtà tal-persuni għandu jiġi akkwistat mingħand l-awtorità kompetenti relevanti.


    Tqala u treddigħ:

    Profender jista’ jintuża waqt it-tqala u fi żmien il-ħalib.


    Interazzjoni ma’ prodotti mediċinal oħrajn u forom oħrajn ta’ interazzjoni:

    Emodepside huwa substrat għal p-glajkoprotejn. Trattament flimkien ma’ mediċini oħra li huma substrat/inibitur għal p-glajkoprotejn (eż. ivermektin, u lattoni makroċikliċi oħra kontra l-parassiti, eritromiċina, prednisolon u ċiklosporin) jistgħu jirriżultaw f’effetti farmakokinetiċi fuq xulxin.

    Il-konsegwenzi kliniċi potenzjali t’effetti bħal dawn għadhom ma ġewx mistħarrġa.


    Doża eċċessiva (sintomi, proċeduri ta’ emerġenza, antidoti):

    Tregħid temporanju li jgħaddi, nuqqas ta’ koordinazzjoni u depressjoni ġew osservati kultant meta

    l-prodott mediċinali ġie amministrat f’dożi żejda, sa 5 darbiet aktar mid-doża rrakkomandata. Fil-

    Collies bil-mutazzjoni mdr1 (-/-), il-marġini tas-sigurtà jidher aktar baxx meta mqabbel

    mal-popolazzjoni ta’ klieb normali, bi tregħid ħafif u/jew atassja kultant osservati wara li ngħatat doża doppja ta’ dik rakkomandata, fi klieb sajmin kif irrakkomandat. Is-sintomi għaddew weħidhom kompletament mingħajr trattament. It-tmiegħ jista’ jżid l-inċidenza u l-intensità ta’ dożi żejda bħal dawn u kultant jista’ jkun hemm remettar. Rimedji speċifiċi m’humiex magħrufin.


    Inkompatibilitajiet: Mhux Applikabbli.


  13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA' PRODOTT MHUX UŻAT JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Mediċina veterinarja li ma ġietx użata jew prodotti oħra li ntużaw għal din il-mediċina għandhom jintremew skond kif titlob il-liġi tal-pajjiż.

    Nofs pilloli mhux użati m’għandhomx jiġu maħżuna għall-użu fil-ġejjieni u għandhom jintremew skond kif titlob il-liġi tal-pajjiż.


  14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT TA’ TAGĦRIF


    dwar il-Mediċini /.


  15. TAGĦRIF IEĦOR


Daqsijiet tal-pakketti :

Pilloli Profender 15 mg/3 mg li jerħu l-mediċina b'mod modifikat għal Klieb Żgħar



Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu qegħdin fis-suq.