Duloxetine Lilly
duloxetine
Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.
Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.
Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.
Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.
1. X’inhu Duloxetine Lilly u għalxiex jintuża
2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Duloxetine Lilly
Kif għandek tieħu Duloxetine Lilly
Effetti sekondarji possibbli
Kif taħżen Duloxetine Lilly
Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra
Duloxetine Lilly fih is-sustanza attiva duloxetine. Duloxetine Lilly jżid il-livelli ta’ serotonin u ta’ noradrenaline fis-sistema nervuża.
Duloxetine Lilly jintuża fl-adulti fil-kura ta’:
depressjoni
disturb ta’ l-ansjetà ġeneralizzata (sensazzjoni kronika ta’ ansjetà jew nervożità)
uġigħ newropatiku tad-dijabete (komunement deskritt bħala wieħed ta’ ħruq, penetranti, ta’ tingiż, li jxoqq l-għadam jew oppressiv jew bħal xokk elettriku. Jista’ jkun hemm telf ta’ sensibbilità fil-parti milquta jew is-sensazzjonijiet bħal ħass, sħana, kesħa jew tagħfis jistgħu jkunu kawża ta’ wġigħ).
Fil-parti l-kbira tan-nies bid-dipressjoni jew l-ansjetà, Duloxetine Lilly jibda jaħdem fi żmien ġimgħatejn minn meta bdejt il-kura iżda tista’ tieħu bejn 2-4 ġimgħat sakemm tibda tħossok aħjar. Tkellem mat-tabib tiegħek jekk ma tibdiex tħossok aħjar wara dan iż-żmien. It-tabib tiegħek jista’ jkompli jagħtik Duloxetine Lilly meta tkun qiegħed tħossok aħjar sabiex jimpedixxi milli tirritorna d- depressjoni jew l-ansjetà.
F’nies b’uġigħ newropatiku tad-dijabete tista’ tieħu xi ftit ġimgħat sakemm tibda tħossok aħjar.
Tkellem mat-tabib tiegħek jekk ma tħossokx aħjar wara xahrejn.
inti allerġiku/a għal duloxetine jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).
għandek mard tal-fwied
għandek mard serju tal-kliewi
qiegħed/qiegħda tieħu jew ħadt reċentement f’dawn l-aħħar erbatax-il ġurnata, xi mediċina oħra magħrufa bħala inibitur ta’ monoamine oxidase (MAOI) (ara ‘Medicini oħra u Duloxetine Lilly’)
qiegħed/qiegħda tieħu fluvoxamine li normalment jintuża għall-kura tad-depressjoni, ciprofloxacine jew enoxacin li jintużaw għall-kura ta’ xi infezzjonijiet.
qiegħed/qiegħda tieħu mediċini oħra li fihom duloxetine (ara ‘Mediċini oħra u Duloxetine Lilly’) Tkellem mat-tabib tiegħek jekk tbati minn pressjoni għolja fid-demm jew minn mard tal-qalb. It-tabib se jgħidlek jekk għandekx tieħu Duloxetine Lilly.
Li ġejjin huma raġunijiet għaliex Duloxetine Lilly jista’ ma jkunx tajjeb għalik. Kellem lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu Duloxetine Lilly jekk:
qiegħed/qiegħda tieħu mediċini oħra biex tikkura d-depressjoni (ara ‘Mediċini oħra u Duloxetine Lilly’)
qiegħed/qiegħda tieħu St.John’s Wort, kura bbażata fuq il-ħxejjex (Hypericum perforatum)
għandek mard tal-kliewi
għandek passat ta' aċċessjonijiet
għandek passat ta’ manija
tbati minn mard bipolari
għandek problemi f'għajnejk bħal xi tip ta' glawkoma (pressjoni għolja fl-għajn)
għandek passat ta' emorraġija (tendenza li tiżviluppa tbenġil), speċjalment jekk inti tqila (ara ‘Tqala u treddigħ’)
qiegħed/qiegħda f’riskju li jitbaxxielek il-livell ta’ sodium (per eżempju jekk qiegħed/qiegħda tieħu d-dijuretiċi, speċjalment jekk inti anzjan/anzjana)
qiegħed/qiegħda tirċievi fl-istess waqt kura b’mediċina oħra li tista’ tikkawżalek ħsara fil- fwied
qiegħed/qiegħda tieħu mediċini oħra li fihom duloxetine (ara ‘Medicini oħra u Duloxetine Lilly’)
Duloxetine Lilly jista’ jikkawża sensazzjoni ta’ irrekwitezza jew l-inkapaċità li wieħed joqgħod mingħajr ma jiċċaqlaq. Għandek tgħid lit-tabib jekk jiġrilek hekk.
Mediċini bħal Duloxetine Lilly ('l hekk imsejħa SSRIs/SNRIs) jistgħu jikkawżaw sintomi ta’ disfunzjoni sesswali (ara sezzjoni 4). F’xi każijiet, dawn is-sintomi komplew wara li waqfet il-kura.
Ħsibijiet ta’ suwiċidju u d-depressjoni tmur għall-agħar jew problemi ta’ansjetà.
Jekk tbati mid-depressjoni u/jew għandek problemi ta’ ansjetà, xi kultant jista’ jkollok xi ħsibijiet li tweġġa’ jew toqtol lilek innifsek. Dawn jistgħu jiżdiedu fil-bidu li tibda tieħu l-antidepressivi, peress li dawn il-mediċini kollha jieħdu ż-żmien biex jibdew jaħdmu, issoltu xi ġimgħatejn iżda xi kultant iżjed.
Wisq probabbli taħseb iżjed b’dan il-mod jekk:
diġà kellek xi ħsibijiet biex toqtol jew tweġġa’ lilek innifsek
inti adult/a żgħir/a. Tagħrif minn studji kliniċi wera li hemm żieda fir-riskju ta’ mġiba suwiċidali f’adulti li għandhom inqas minn 25 sena, bi problemi psikjatriċi u li kienu kkurati b’antidepressivi.
Tista’ tkun ta’ għajnuna li tgħid lil xi ħadd li jiġi minnek jew lil xi ħabib tal-qalb li inti qed/a tbati mid- depressjoni jew li għandek xi problema ta’ ansjetà, u għidilhom biex jaqraw dan il-fuljett. Tista’ tgħidilhom biex jgħidulek jekk jaħsbux li d-depressjoni u l-ansjetà tiegħek m’humiex sejrin għall- agħar jew jekk huma inkwetati dwar tibdil fl-imġiba tiegħek.
Użu fit-tfal jew adolexxenti taħt it-tmintax-il sena
Normalment Duloxetine Lilly m’għandux jintuza fit-tfal u f’adolexxenti taħt it-tmintax-il sena. Għandek tkun taf ukoll li pazjenti taħt it-18 għandhom riskju ogħla ta’ effetti sekondarji bħal tentattiv ta’ suwiċidju, ħsibijiet suwiċidali u ostilità (l-iżjed aggressjoni, imġiba konfrontali u rabja) meta jieħdu dan it-tip ta’ medicini. Madankollu, it-tabib tiegħek jista’ jordna Duloxetine Lilly lil pazjenti taħt it-18 għax jiddeċiedi/tiddeċiedi li huwa fl-aħjar interess għalihom. Jekk it-tabib ordna Duloxetine
Lilly għal pazjent taħt it-18 u tixtieq xi spjegazzjonijiet, jekk jogħġbok erġa’ mur għand it-tabib tiegħek. Għandek tavża lit-tabib tiegħek jekk jiżviluppaw jew jiggravaw xi sintomi li ssemmew hawn fuq, meta pazjenti taħt it-18 ikunu qegħdin jieħdu Duloxetine Lilly. Barra minn hekk, f’dan il-grupp ta’ età, l-effetti tas-sigurtà fit-tul ta’ Duloxetine Lilly għadhom ma ġewx ippruvati, f’dak li għandu x’jaqsam l-iżvilupp tal-ġisem, il-maturazzjoni, u l-iżvilupp kemm konjittiv kif ukoll tal-mod ta’ komportament.
Jekk jogħġbok għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed/qiegħda tieħu, ħadt dan l-aħħar jew
tista’ tieħu xi mediċini oħra, anki dawk ta’ mingħajr riċetta.
Is-sustanza l-aktar importanti f’Duloxetine Lilly, duloxetine, hija użata f’medicini oħra għal kundizzjonijiet oħra :
uġigħ newropatiku tad-dijabete, depressjoni, ansjetà u inkontinenza urinarja
L-użu ta’ iżjed minn wieħed minn dawn il-medicini fl-istess żmien għandu jkun evitat. Ara mat-tabib
tiegħek jekk qiegħed/qiegħda diġà tieħu xi medicini oħra li fihom duloxetine.
It-tabib tiegħek irid jiddeċiedi jekk għandekx tieħu Duloxetine Lilly ma’ mediċini oħra. Tibdiex tieħu jew twaqqaf xi mediċini, inklużi dawk mixtrija mingħajr riċetta tat-tabib u mediċini magħmula mill-ħxejjex, qabel ma taċċerta ruħek mat-tabib tiegħek.
Għandek ukoll tgħid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed/qiegħda tieħu xi wieħed minn dawn li ġejjin:
Inibituri ta’ monoamine oxidase (MAOI): M’għandekx tieħu Duloxetine Lilly jekk qiegħed/qiegħda tieħu jew ħadt recentament (f’dawn l-aħħar 14-il ġurnata) xi mediċina oħra kontra d-depressjoni msejħa inibitur ta’ monamino oxidase. Eżempji ta’ MAOIs jinkludu moclobemide (antidipressiv) u linezolid (antibijotiku). It-teħid ta' xi MAOI flimkien ma' ħafna mill-mediċini mgħotija bir-riċetta, inkluż Duloxetine Lilly, jista’ jikkawża effetti sekondarji serji jew li jkunu ta’ periklu għall-ħajja. Għandek tistenna ta' l-anqas 14- il ġurnata wara li tkun waqaft tieħu xi MAOI biex tkun tista' tieħu Duloxetine Lilly. Għandek bżonn ukoll tistenna ta' l-anqas 5 ijiem wara li tieqaf tieħu Duloxetine Lilly biex tkun tista' tieħu xi MAOI.
Mediċini li jikkawża n-ngħas: Dawn jinkludu mediċini mgħotija mit-tabib tiegħek permezz ta’ ricetta inklużi l-benżodijażepini, mediċini qawwijin kontra l-uġigħ, antipsikotiċi, phenobarbital u anti- istaminiċi.
Mediċini li jżidu l-livell ta’ serotonin: Triptans, tramadol, tryptophan, SSRIs (bħal paroxetine u fluoxetine), SNRIs (bħal venlafaxine), antidipressivi triċikliċi (bħal clomipramine,amitriptyline), pethidine, St.John’s Wort u MAOIs (bħal moclobemide u linezolid). Dawn il-mediċini jżidu r-riskju ta’ effetti sekondarji; jekk ikollok xi sintomu li mhux mistenni meta qiegħed/qiegħda tieħu xi mediċini minn dawn flimkien ma’ Duloxetine Lilly, għandek tmur għand it-tabib tiegħek.
Antikoagulanti orali jew sustanzi li jaħdmu kontra l-plejtlits: Mediċini li jraqqu d-demm jew li ma
jħallux li d-demm jifforma f’ċapep. Dawn il-mediċini jistgħu jżidu r-riskju ta’ fsada.
Duloxetine Lilly jista' jittieħed ma' l-ikel jew fuq stonku vojt. Għandek toqgħod attent jekk tixrob l- alkoħol waqt li tkun qiegħed/qiegħda tirċievi l-kura b’Duloxetine Lilly.
Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew ta’ l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.
Għid lit-tabib tiegħek jekk issir tqila jew qiegħda tipprova ssir tqila, waqt li qiegħda tieħu Duloxetine Lilly. Għandek biss tuża Duloxetine Lilly wara li tkun iddiskutejt mat-tabib tiegħek il-benefiċċji possibbli u kull riskju possibbli għat-tarbija li għada ma twelditx.
Kun ċert li l-qabla u/jew it-tabib/a jafu li qiegħda fuq Duloxetine Lilly. Meta jittieħdu waqt it- tqala, mediċini simili (SSRIs) jistgħu jżidu r-riskju ta’ kundizzjoni serja fit-trabi li tissejjaħ ipertensjoni pulmonarja persistenti fit-tarbija tat-twelid (PPHN), li ġġiegħel it-tarbija tieħu n- nifs aktar malajr u jkollha kulur blu. Dawn is-sintomi normalment jibdew waqt l-ewwel
24 siegħa mit-twelid tat-tarbija. Jekk dan iseħħ lit-tarbija tiegħek, ikkuntattja lit-tabib/a jew lill- qabla tiegħek immedjatament.
Jekk tieħu Duloxetine Lilly lejn tmiem it-tqala, it-tarbija tiegħek jista’ jkollha xi sintomi meta titwieled. Dawn normalment jibdew mat-twelid jew fi ftit ġranet mit-twelid tat-tarbija. Dawn is-sintomi jistgħu jinkludu muskoli dgħajfin, tregħid, nervożità, ma tkunx tista’ tieħu l-ħalib sew, diffikultà biex tieħu n-nifs u aċċessjonijiet. Jekk it-tarbija tiegħek ikollha xi wieħed minn dawn is-sintomi jew jekk qiegħda tinkwieta dwar is-saħħa tat-tarbija tiegħek , ikkuntattja lit- tabib/a jew lill-qabla tiegħek li jkunu jistgħu jgħidulek x’għandek tagħmel.
Jekk tieħu Duloxetine Lilly lejn tmiem it-tqala, hemm żieda fir-riskju ta’ fsada eċċessiva mill- vaġina ftit wara l-ħlas, speċjalment jekk għandek passat mediku ta’ disturbi ta’ fsada. It-tabib jew il-qabla tiegħek għandhom ikunu jafu li qiegħda tieħu duloxetine sabiex ikunu jistgħu jagħtuk parir dwar x’għandek tagħmel.
Tagħrif disponibbli mill-użu ta’ Duloxetine Lilly waqt l-ewwel tliet xhur ta’ tqala ma jurix, inġenerali, żieda fir-riskju fit-total ta’ difetti ta’ twelid fit-tarbija. Jekk Duloxetine Lilly jittieħed waqt it-tieni nofs tat-tqala, jista’ jkun hemm żieda fir-riskju li t-tarbija titwieled kmieni (żieda ta’ 6 trabi prematuri għal kull 100 mara li tieħu Duloxetine Lilly fit-tieni nofs tat-tqala), il-parti l-kbira bejn il-ġimgħat 35 u 36 ta’ tqala.
Għid lit-tabib/a tiegħek jekk qiegħda tredda’. Mhuwiex rakkomandat l-użu ta’ Duloxetine Lilly
waqt ittreddigħ. Għandek titlob il-parir tat-tabib jew ta’ l-ispiżjar tiegħek
Duloxetine Lilly jista’ jkollu effett ħafif sa moderat fuq il-kapaċità tiegħek li ssuq u tħaddem magni. Jista’ jġagħlek tħossok għajjien/a jew sturdut/a. Issuqx u tagħmilx użu minn għodda jew tħaddem magni sakemm tkun taf b’liema mod jaffettwak Duloxetine Lilly
Duloxetine Lilly fih s-sucrose. Jekk ġejt mgħarraf mit-tabib tiegħek li għandek xi intolleranza għal xi
tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu dan il-prodott mediċinali.
Din il-mediċina fiha inqas minn mmol 1 ta’ sodium (23 mg) f’kull kapsula, jiġifieri tista’ tgħid essenzjalment ‘mingħajr sodium’.
Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew ma’ l-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.
Duloxetine Lilly għandu jittieħed mill-ħalq. Għandek tibla’ l-kapsula tiegħek sħiħa, ma' tazza ilma.
Għad-depressjoni u l-uġigħ newropatiku tad-dijabete:
Id-doża rrakkomandata ta’ Duloxetine Lilly li ssoltu tingħata hija ta’ 60 mg darba kuljum, iżda it-tabib jiktiblek ricetta skont id-doza li tgħodd għalik.
Għad-disturb ta’ l-ansjetà ġeneralizzata:
Normalment id-doża rrakkomandata inizjali ta’ Duloxetine Lilly hi ta’ 30 mg darba kuljum, iżda maż- żmien il-parti l-kbira tal-pazjenti jibdew jirċievu 60 mg darba kuljum, madankollu t-tabib jiktiblek ricetta skont id-doza li tgħodd għalik. Id-doża tista’ tiġi aġġustata ’l fuq sa 120 mg skont ir-rispons tiegħek għal Duloxetine Lilly.
Biex tiftakar tieħu Duloxetine Lilly, tista’ ssibha aktar faċli li teħodha kuljum fl-istess ħinijiet.
Tkellem mat-tabib tiegħek dwar kemm trid iddum tieħu Duloxetine Lilly.Tiqafx tieħu Duloxetine Lilly jew tbiddel id-doża tiegħek, mingħajr ma tkellem lit-tabib tiegħek. Li tikkura d-distrub tiegħek b’mod tajjeb huwa importanti biex tgħinek tiġi f’tiegħek. Jekk ma tiġix ikkurata, il-kondizzjoni tiegħek tista’ ma tmurx u tista’ ssir aktar serja u aktar diffiċli biex tikkuraha
Ċempel immedjatament lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk tieħu aktar ammont ta' Duloxetine Lilly minn kemm ordnalek it-tabib. Sintomi ta’ doża eċċessiva jinkludu ngħas, koma, is-sindromu ta’ serotonin (reazzjoni rari li tista’ tikkawża sensazzjonijiet ta’ kuntentezza kbira, ħedla, guffaġni, irrekwitezza, sensazzjoni bħallikieku fis-sakra, deni, muskoli riġidi jew għarqana), aċċessjonijiet, rimettar u l-qalb tħabbat b’mod mgħaġġel.
Jekk tinsa tieħu doża, ħudha eżatt kif tiftakar. Madankollu, jekk sar il-ħin għad-doża li jmissek, aqbeż id-doża li nsejt tieħu u ħu doża waħda biss bħas-soltu. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal doża li tkun insejt tieħu. Tieħux iżjed mill-ammont ta' Duloxetine Lilly li ordnalek it-tabib għal ġurnata waħda.
TIQAFX tieħu l-kapsuli tiegħek mingħajr ma tieħu l-parir tat-tabib anki jekk tħossok aħjar. Jekk it- tabib tiegħek jaħseb li m'għadx għandek bżonn tieħu Duloxetine Lilly hu jew hi se jgħidulek biex tnaqqas id-doża fuq perijodu ta’ għallinqas ġimgħatejn qabel ma twaqqaf għal kollox il-kura.
Xi pazjenti li waqqfu jieħdu Duloxetine Lilly f'daqqa kellhom sintomi bħal:
sturdament, sensazzjonijiet ta’ tniggiż jew sensazzjonijiet bħal meta tieħu xokk elettriku (speċjalment fir-ras), problemi ta’ irqad(ħolm stramb, ħmar il-lejl, ma tkunx tista’ torqod), għeja, tħossok li trid torqod, tħossok irrekwet u aġitat, tħossok ansjuż, tħossok ħażin (dardir) jew jagħmillek ħażin (rimettar), ċaqliq (tregħid), uġigħ ta' ras, uġigħ fil-muskoli, tħossok irritabbli, dijarea, għaraq esaġerat jew vertigo.
Normalment dawn is-sintomi mhumiex serji u jisparixxu fi ftit ġranet, imma jekk għandek sintomi li
qegħdin idejquk għandek issaqsi lit-tabib tiegħek għal parir.
Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.
Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’ kulħadd. Normalment dawn l-effetti huma ħfief għal moderati u ħafna drabi jisparixxu wara ftit ġimgħat.
uġigħ ta’ ras, tħossok bi ngħas
tħossok ma tiflaħx (tqalligħ), nixfa fil-ħalq
imurlek l-aptit
problemi biex torqod, tħossok aġitat, tnaqqis fil-ħajra għas-sess, ansjetà, diffikultà jew nuqqas li tesperjenza orgażmu, ħolm mhux tas-soltu
sturdament, tħossok mitluq, rogħda, tirżiħ, inkluż it-tirżiħ, it-tingiż jew it-tnemnin tal-ġilda
vista mċajpra
tinnitus (is-sensazzjoni ta’ ħsejjes fil-widnejn meta m’hemm ebda ħoss madwarek)
tħoss il-qalb tħabbat f’sidrek
żieda fil-pressjoni tad-demm, ħmura fil-wiċċ
tittewweb iżjed mis-soltu
stitikezza, dijarea, uġigħ fl-istonku, tħossok ma tiflaħx (rimettar), ħruq ta’ l-istonku jew
indiġestjoni, tgħaddi l-arja
tegħreq iżjed, raxx (bil-ħaqq)
uġigħ fil-muskoli, spażmu fil-muskolu
uġigħ meta tgħaddi l-awrina, tgħaddi l-awrina ta’ spiss
problemi biex ikollok erezzjoni u tibdil fl-eġakulazzjoni
waqgħat (l-iżjed fl-anzjani), għeja
tnaqqis fil-piż
Tfal u adolexxenti taħt it-18-il sena bid-depressjoni kkurati b’din il-mediċina kellhom xi ftit tnaqqis fil-piż fil-bidu li bdew jieħdu din il-mediċina. Wara 6 xhur ta’ kura, il-piż zied biex ġie simili għal dak ta’ tfal u adolexxenti oħra tal-istess età u sess.
infjammazzjoni tal-gerżuma li ġġagħlek tinħanaq
ħsibijiet ta’ suwiċidju, diffikultà biex torqod, tgħażiż tas-snien, tħossok diżorjentat, nuqqas ta’ motivazzjoni
kontrazzjoni jew ġbid f’daqqa involontarju tal-muskoli, sensazzjoni ta’ rrekwitezza jew l- inkapaċità li wieħed joqgħod mingħajr ma jiċċaqlaq, tħossok nervuż, diffikultà biex tikkonċentra, ttiegħem l-affarijiet differenti mis-soltu, diffikultà biex tikkontrolla l-movimenti eż. nuqqas ta’ koordinazzjoni jew movimenti involontarji tal-muskoli, is-sindromu ta’ rrekwitezza fis-saqajn, kwalità hażina ta’ irqad
il-ħabba ta’ l-għajn tkun kbira (iċ-centru skur ta’ l-għajnejn), problemi ta’vista
sensazzjoni ta’ surdament jew ‘spinning’(vertiġini), uġigħ fil-widnejn
tħabbit mgħaġġel u/jew irregolari tal-qalb
ħass ħażin, sturdament,tħossok se tistordi jew tistordi meta tqum bil-wieqfa, ikollok is-swaba’ ta’ idejk u ta’ saqajk kisħin
rassa fil-gerżuma, tinfaraġ
tirremetti d-demm, jew l-ippurgar (il-feċi) ikun iswed bħall-qatran, gastro-enterite, tfewwiq,
diffikultà biex tibla’
infjammazzjoni tal-fwied li tista’ tkun il-kawża ta’ uġigħ addominali u li l-ġilda u l-abjad tal- għajnejn jisfaru
tegħreq matul il-lejl, urtikarja, l-għaraq ixoqq għalik, sensittività għad-dawl tax-xemx,
tendenza ogħla li titbenġel
ġbid fil-muskoli, kontrazzjoni involontarja tal-muskoli
diffikultà jew inabbiltà biex tgħaddi l-awrina, diffikulta’ biex tibda tgħaddi l-awrina, jew ikun hemm tnaqqis fil-fluss ta’ l-awrina, il-bżonn li tgħaddi l-awrina matul il-lejl, il-bżonn li tgħaddi iżjed awrina mis-soltu, il-fluss tal-awrina jonqos
demm mhux tas-soltu mill-vaġina, pirjids mhux tas-soltu, li jinkludu pirjids b’ħafna demm, bl- uġigħ, irregolari jew li jdumu, pirjids li jinqabżu jew li jkunu aktar ħfief mis-soltu, uġigħ fit- testikoli jew fl-iskrotu
uġigħ fis-sider, tħossok kiesaħ, għatxan, tirtogħod, tħossok sħun, il-mixi ma jkunx normali
żieda fil-piż
Duloxetine Lilly jista’ jkollu effetti li ma tkunx taf dwarhom bħal żidiet fl-enzimi tal-fwied jew fil-livelli tal-potassju, tal-creatine phosphokinase, taz-zokkor jew tal-kolesterol fid-demm
reazzjoni allerġika serja li tikkawża diffikultà biex tieħu n-nifs jew sturdament b’nefħa tal- ilsien u tax-xufftejn, reazzjonijiet allerġiċi
tnaqqis fl-attività tal-glandola tat-tirojde li tista’ tikkawża għeja jew ġieda fil-piż
deidratazzjoni, livelli baxxi ta’ sodium fid-demm (l-iżjed f’pazjenti anzjani; is-sintomi jistgħu jinkludu li tħossok sturdut, debboli, konfuż, bi ngħas jew għajjien ħafna jew tħossok jew tkun imdardar, sintomi aktar serji huma li jkollok ħass ħażin, aċċessjonijiet jew waqgħat), is- sindromu ta’ sekrezzjoni mhux f’loka tal-ormon anti-dijuretiku (SIADH).
imġiba suwiċidali, manija (tkun attiv iżżejjed, ikollok ħsibijiet li jiġru bik u jonqos il-bżonn ta’
l-irqad), alluċinazzjonijiet, tħossok aggressiv u rrabjat
“Is-Sindromu ta’ Serotonin” (reazzjoni rari li tista’ tikkawza sensazzjonijiet ta’ kuntentezza kbira, ħedla, guffaġni, irrekwitezza, sensazzjoni bħallikieku fis-sakra, deni, muskoli riġidi jew għarqana), aċċessjonijiet
żieda tal-pressjoni fl-għajnejn (glawkoma)
Sogħla, tħarħir u qtugħ ta’ nifs li jistgħu jkunu akkumpanjati minn temperatura għolja
infjammazzjoni fil-ħalq, tgħaddi demm ta’ kulur aħmar qawwi mal-ippurgar, riħa ħażina fil- ħalq, infjammazzjoni tal-musrana l-kbira (li twassal għad-dijarea)
insuffiċjenza epatika,il-ġilda jew l-abjad tal-għajnejn jisfaru (suffejra)
is-sindromu ta’ Stevens-Johnson (marda serja fejn ikollok ħafna nfafet fuq il-ġilda, fil-ħalq, fl- għajnejn u fuq il-ġenitali), reazzjoni allerġika serja li tista’ tikkawża nefħa tal-wiċċ jew tal- gerżuma (anġjoedima)
kontrazzjoni tal-muskolu tax-xedaq
l-awrina jkollha riħa mhux tas-soltu
sintomi tal-menopawża, produzzjoni li mhijiex normali ta’ ħalib mis-sider fl-irġiel u fin-nisa
fsada vaġinali eċċessiva ftit wara t-twelid (emorraġija wara l-ħlas)
Infjammazzjoni tal-arterji u tal-vini fil-ġilda (vaskulite kutanea)
Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.
Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-kartuna.
Żomm fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità. Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C. Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif
għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.
Is-sustanza attiva hi duloxetine.
Kull kapsula fiha 30 mg jew 60 mg ta’ duloxetine (bħala hydrochloride). Is-sustanzi l-oħra huma :
Kontenut tal-kapsula: hypromellose, hypromellose acetate succinate, sucrose, sferi taz-zokkor, talkum,titanium dioxide (E171), triethyl citrate (Ara fl-aħħar ta’ sezzjoni 2 għal aktar informazzjoni dwar sucrose).
Il-Qoxra tal-kapsula: ġelatina, sodium lauryl sulphate, titanium dioxide (E171), indigo carmine (E132), iron oxide isfar (E172) (għas-60 mg biss) u inkjostru aħdar li jittiekel (30 mg) jew inkjostru abjad li jittiekel (60mg).
Inkjostru aħdar li jittiekel: iron oxide iswed sintetiku (E172), iron oxide isfar sintetiku (E172),
propylene glycol, shellac.
Inkjostru abjad li jittiekel: titanium dioxide (E171), propylene glycol, shellac, povidone.
Duloxetine Lilly issibu bħala kapsula gastro-reżistenti, iebsa. Kull kapsula ta’ Duloxetine Lilly fiha
pritkuni ta’ duloxetine hydrochloride b’kisja sabiex tipproteġihom mill-aċtu ta’ l-istonku.
Duloxetine Lilly huwa disponibbli f’żewġ dożi: 30 mg u 60 mg
Il-kapsuli ta’ 30 mg huma blu u abjad u huma stampati b’’30 mg’ u l-kodiċi ‘9543’
Il-kapsuli ta’ 60 mg huma blu u ħodor u huma stampati b’’60 mg’ u l-kodiċi ‘9542’
Duloxetine Lilly 30 mg issibu f’pakketti ta’ 7, 28 u 98 kapsula gastro-reżistenti iebsa
Duloxetine Lilly 60 mg issibu f’pakketti ta’ 28, 56, 84 u 98 kapsula gastro-reżistenti iebsa u f’pakketti
multipli li fihom 100 (5 pakketti ta’ 20) u 500 (25 pakkett ta’ 20) kapsula gastro-reżistenti iebsa. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.
Detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq: Eli Lilly Nederland B.V., Papendorpseweg 83, 3528 BJ Utrecht, L-Olanda.
Manifattur: Lilly S.A., Avda. De la Industria, 30, 28108 Alcobendas, Madrid, Spanja.
Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:
Eli Lilly Benelux S.A./N.V. Tél/Tel: + 32-(0)2 548 84 84
Eli Lilly Lietuva
Tel. +370 (5) 2649600
ТП "Ели Лили Недерланд" Б.В. - България тел. + 359 2 491 41 40
ELI LILLY ČR, s.r.o. Tel: + 420 234 664 111
Lilly Hungária Kft.
Tel: + 36 1 328 5100
Eli Lilly Danmark A/S Tlf: +45 45 26 60 00
Charles de Giorgio Ltd. Tel: + 356 25600 500
Lilly Deutschland GmbH
Tel. + 49-(0) 6172 273 2222
Eli Lilly Nederland B.V.
Tel: + 31-(0) 30 60 25 800
Eli Lilly Nederland B.V.
Tel: +372 6 817 280
Eli Lilly Norge A.S. Tlf: + 47 22 88 18 00
ΦΑΡΜΑΣΕΡΒ-ΛΙΛΛΥ Α.Ε.Β.Ε. Τηλ: +30 210 629 4600
Dista S.A.
Tel: + 34 91 623 17 32
Lilly France
Tél: +33-(0) 1 55 49 34 34
Eli Lilly Hrvatska d.o.o. Tel: +385 1 2350 999
Eli Lilly and Company (Ireland) Limited
Tel: + 353-(0) 1 661 4377
Icepharma hf.
Sími + 354 540 8000
Eli Lilly Italia S.p.A.
Tel: + 39- 055 42571
Phadisco Ltd
Tηλ: +357 22 715000
Eli Lilly (Suisse) S.A Pārstāvniecība Latvijā
Tel: +371 67364000
Eli Lilly Ges.m.b.H.
Tel: + 43-(0) 1 711 780
Eli Lilly Polska Sp. z o.o.
Tel: +48 22 440 33 00
Lilly Portugal Produtos Farmacêuticos, Lda Tel: + 351-21-4126600
Eli Lilly România S.R.L. Tel: + 40 21 4023000
Eli Lilly farmacevtska družba, d.o.o.
Tel: +386 (0)1 580 00 10
Oy Eli Lilly Finland Ab
Puh/Tel: + 358-(0) 9 85 45 250
Eli Lilly Sweden AB
Tel: + 46-(0) 8 7378800