Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Cometriq
cabozantinib

Fuljett ta’ tagħrif Informazzjoni għall-pazjent


COMETRIQ 20 mg kapsuli ibsin COMETRIQ 80 mg kapsuli ibsin cabozantinib


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.


F’dan il-fuljett:


  1. X’inhu COMETRIQ u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu COMETRIQ

  1. Kif għandek tieħu COMETRIQ

  2. Effetti sekondarji possibbli

  1. Kif taħżen COMETRIQ

  2. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu COMETRIQ u għalxiex jintuża X’inhu COMETRIQ

    COMETRIQ huwa mediċina kontra l-kanċer li fiha s-sustanza attiva cabozantinib (S)-malate.

    Dan huwa mediċina li jintuża biex jikkura l-kanċer medullari tat-tirojdi, tip rari ta’ kanċer tat-tirojdi, li ma jistax jitneħħa bil-kirurġija jew li jkun infirexx f’partijiet oħra tal-ġisem.


    Kif jaħdem COMETRIQ

    COMETRIQ jimblokka l-azzjoni ta’ proteini msejħa tyrosine kinases tar-riċetturi (RTKs - receptor

    tyrosine kinases), li huma involuti fit-tkabbir taċ-ċelluli u l-iżvilupp ta’ kanali tad-demm ġodda li jfornuhom. Dawn il-proteini jistgħu jkunu preżenti f’ammonti kbar fiċ-ċelluli tal-kanċer, u billi jimblokka l-azzjoni tagħhom COMETRIQ jista’ jnaqqas ir-rata li biha jikber it-tumur u jgħin biex iwaqqaf il-provvista ta’ demm li l-kanċer jeħtieġ.

    COMETRIQ jista’ jnaqqas jew iwaqqaf l-iżvilupp tal-kanċer medullari tat-tirojdi. Jista’ jgħin biex

    it-tumuri jinxtorbu meta assoċjati ma’ dan it-tip ta’ kanċer.


  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu COMETRIQ Tiħux COMETRIQ

    • jekk inti allerġiku għal cabozantinib jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).


      Twissijiet u prekawzjonijiet


      Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel ma tieħu COMETRIQ jekk:


    • għandek pressjoni tad-demm għolja

    • għandek jew kellek anewriżmu (tkabbir u dgħufija ta’ ħajt ta’ vina) jew tiċrita f’ħajt ta’ vina.

    • għandek dijarea

    • għandek storja medika riċenti li d-demm joħroġ mas-sogħla jew emorraġija sinifikanti

    • kellek intervent mediku fl-aħħar xahar (jew jekk interventi mediċi huma ppjanati) li jinkludu proċeduri dentali

    • kellek radjoterapija fl-aħħar 3 xhur

    • kellek mard tal-imsaren infjammatorju (pereżempju mard ta’ Crohn jew kolite ulċerattiva jew divertikulite)

    • qalulek li għandek kanċer li jkun infirexx fil-passaġġ tal-arja jew fil-griżmejn

    • għandek storja medika riċenti ta’ emboli ta’ demm fir-riġel, puplesija jew attakk ta’ qalb

    • qed tieħu mediċini biex tikkontrolla r-ritmu tal-qalb tiegħek, għandek qalbek tħabbat bil-mod, għandek problemi b’qalbek jew għandek problemi bil-livelli ta’ kalċju, potassju jew manjesju

      fid-demm tiegħek

    • għandhom mard tal-fwied jew tal-kliewi.


      Kellem lit-tabib tiegħek jekk xi wieħed minn dawn jaffettwak. Għandu mnejn ikollok bżonn terapija, jew inkella t-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li jibdel id-doża tiegħek ta’ COMETRIQ, jew iwaqqaf il-kura għal kollox. Ara wkoll sezzjoni 4 "Effetti sekondarji possibbli".


      Għandek ukoll tgħarraf lid-dentst tiegħek li qed tieħu COMETRIQ. Huwa importanti li tippratika kura tajba ta’ ħalqek waqt it-trattament b’COMETRIQ.


      Tfal u adolexxenti


      COMETRIQ mhux rakkomandat fi tfal jew adolexxenti. L-effetti ta’ COMETRIQ f’persuni li għadhom m’għalqux it-18-il sena mhumiex magħruga.


      Mediċini oħra u COMETRIQ


      Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi mediċina oħra li jinkludu mediċini miksuba mingħajr riċetta ta’ tabib. Dan minħabba li COMETRIQ jista’ jaffettwa l- mod kif jaħdmu. Ukoll, xi mediċini jista’ jaffettwa l-mod kif COMETRIQ jaħdem. Dan ikun ifisser li t-tabib tiegħek jeħtieġ li jibdel id-doż(a/i) li qed tieħu.


    • Mediċini li jikkuraw infezzjonijiet tal-moffa, bħal itraconazole, ketoconazole u posaconazole

    • Mediċini użati biex jikkuraw infezzjonijiet batteriċi (antibijotiċi) bħal erythromycin, clarithromycin u rifampicin

    • Mediċini tal-allerġija bħal fexofenadine

    • Mediċini għat-trattament ta’ angina pectoris (uġigħ fis-sider minħabba li ma jkunx hemm biżżejjed provvista ta’ demm lejn il-qalb) bħal ranolazine

    • Mediċini użati għall-kura ta’ epilessija jew ħmar il-lejl bħal phenytoin, carbamazepine u phenobarbital

    • Preparazzjonijiet bi ħxejjex li jkun fihom St John’s Wort (Hypericum perforatum), li xi kultant

      jintuża biex jikkura d-depressjoni jew kondizzjonijiet marbuta mad-depressjoni bħal ansjetà

    • Mediċini użati biex iraqqu d-demm, bħal warfarina u dabigatran etexilate

    • Mediċini użati fil-kura tal-pressjoni għolja tad-demm jew kondizzjonijiet oħra tal-qalb, bħal

      aliskiren, ambrisentan, digoxin, talinolol u tolvaptan

    • Mediċini użati għad-dijabete, bħal saxagliptin u sitagliptin

    • Mediċini użati għall-kura ta’ gotta, bħal colchicine

    • Mediċini użati biex jikkuraw HIV jew AIDS, bħal ritonavir, maraviroc u emtricitabine

    • Mediċini użati għall-kura ta’ infezzjonijiet virali bħal efavirenz

    • Mediċini użati biex jipprevjenu r-riġetazzjoni ta’ trapjanti (cyclosporine) i programmi ta’ kura bażati fuq cyclosporine f’artrite rewmatika u psorjasi


      Kontraċettivi orali

      Jekk qed tieħu COMETRIQ waqt li qed tuża kontraċettivi orali, il-kontraċettivi orali jistgħu ma jkunux effettivi. Għandek tuża kontraċettiv tal-barriera (eż. kondoms jew dijaframma) waqt li qed tieħu COMETRIQ u għal tal-anqas 4 xhur wara li t-trattament ikun intemm.

      COMETRIQ ma’ ikel


      Evita li tikkonsma prodotti li jkun fihom grejpfrut kemm iddum tuża din il-mediċina, peress li dan jista’ jgħolli l-livelli ta’ COMETRIQ fid-demm tiegħek.


      Tqala, treddigħ u fertilità


      Evita li tinqabad tqila waqt li qed tkun ikkurata b’COMETRIQ. Jekk inti jew is-sieħba tiegħek tista’ tinqabad tqila, uża kontraċezzjoni adegwata waqt it-trattament u għal tal-anqas 4 xhur wara li jkun intemm it-trattament. Kellem lit-tabib tiegħek dwar liema metodi ta’ kontraċezzjoni huma xierqa għalik waqt li qed tieħu COMETRIQ. Ara sezzjoni 2.


      Kellem lit-tabib tiegħek jekk inti jew is-sieħba tiegħek tinqabad tqila, jew qed tippjanaw li tinqabad tqila waqt li int qed tiġi kkurata b’COMETRIQ.


      Kellem lit-tabib tiegħek QABEL tieħu COMETRIQ jekk inti jew is-sieħba tiegħek qed tikkonsidraw jew qed tippjanaw li jkollkom tarbija waqt li t-trattament tiegħek ikun intemm. Hemm possibilità li l-fertilità tiegħek tista’ tiġi affettwata bil-kura tiegħek b’COMETRIQ.


      Nisa li jkunu qed jieħdu COMETRIQ m’għandhomx ireddgħu waqt it-trattament u għal tal-anqas 4 xhur wara li tkun intemmet il-kura, peress li cabozantinib u/jew il-metaboliti tiegħu jistgħu jiġu eliminati fil-ħalib tas-sider u jkun ta’ ħsara għall-wild tiegħek.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni


      Uża l-kawtela meta ssuq jew tħaddem magni. Żomm f’rasek li t-trattament b’COMETRIQ jista’ jagħmlek tħossok għajjien jew dgħajjef.


      COMETRIQ fih sodium

      Din il-mediċina fiha anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull kapsula, jiġifieri essenzjalment “ħielsa mis-sodium”.


  3. Kif għandek tieħu COMETRIQ


Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


Inti għandek tibqa’ tieħu din il-mediċina sakemm it-tabib tiegħek jgħidlek twaqqaf it-trattament. Jekk tesperjenza effetti sekondarji serji, it-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li jibdel id-doża tiegħek jew iwaqqaf it-trattament aktar kmieni minn dak maħsub oriġinarjament. It-tabib tiegħek ser jistabilixxi jekk għandekx bżonn li jkollok id-doża tiegħek aġġustata, partikolarment fl-ewwel tmien ġimgħat ta’ terapija b’COMETRIQ.


COMETRIQ għandu jittieħed darba kuljum. Skont id-doża li inti ġejt preskritt, l-għadd ta’ kapsuli li

għandhom jittieħdu huma kif ġejjin.

It-tabib tiegħek ser jiddeċiedi liema hija l-aħjar doża għalik.


Il-kapsuli tiegħek ser jiġu f’kartuna b’folja organizzati skont id-doża preskritta. Kull kartuna b’folja għandha biżżejjed kapsuli biex idumu għal sebat ijiem (ġimgħa) ta’ dożi. Il-kapsuli tiegħek huma disponibbli wkoll bħala pakkett ta' 28 jum li fih biżżejjed kapsuli għal 28 jum, f’kartun b’4 folji

b’7 ijiem ta’ kapsuli f’kull kartuna.

image

Kull jum, ħu l-kapsuli kollha li hemm tul ir-ringiela. Aktar tagħrif dwar il-folji fil-kartuni li jinkludi kemm kapsuli għandek tieħu u kemm hemm kapsuli b’kollox f’kull folja fil-kartuna huma deskritti hawn isfel f’sezzjoni 6. Biex tibqa’ tiftakar id-dożi tiegħek, ikteb id-data ta’ meta ħadt l-ewwel doża fl-ispazju qrib il-kapsuli. Biex tneħħi l-kapsuli għad-doża tiegħek:


  1. Imbotta ’l ġewwa fuq in-nuffata


  2. Qaxxar il-karta ta’ fuq wara


3. Imbotta l-kapsula minn ġol-fojl


COMETRIQ m’għandux jittieħed ma’ ikel. M’għandek tiekol xejn għal tal-anqas sagħtejn qabel ma tieħu COMETRIQ u għal siegħa wara li tieħu l-mediċina. Ibla’ l-kapsuli waħda kul darba mal-ilma. Tiftaħhomx.


Jekk tieħu aktar COMETRIQ milli suppost

Jekk inti ħadt aktar COMETRIQ milli suppost ħadt, kellem tabib jew inkella mur l-isptar bil-kapsuli u l-fuljett minnufih.


Jekk tinsa tieħu COMETRIQ

ma ħadtx. Ħu d-doża li jkun imissek wara fil-ħin normali.


Jekk tieqaf tuża COMETRIQ

Jekk twaqqaf it-trattament tiegħek, dan jista’ jwaqqaf l-effett tal-mediċina. Twaqqafx it-trattament b’COMETRIQ sakemm ma tkunx iddiskutejt dan mat-tabib tiegħek. Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib tiegħek.


  1. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd. Jekk ikollok effetti sekondarji, it-tabib tiegħek jista’ jgħidlek biex tieħu COMETRIQ f’doża aktar baxxa. It-tabib tiegħek jista’ wkoll jordnalek mediċini oħra sabiex jgħinuk tikkontrolla l-effetti sekondarji.


    Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk tinduna b’xi wieħed mill-effetti sekondarji li ġejjin -

    għandu mnejn ikollok bżonn trattament mediku urġenti.

    • Is-sintomi jinkludu uġigħ fiż-żaqq, tqalligħ, remettar, stitikezza jew deni. Dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ perforazzjoni gastrointestinali, toqba li tiżviluppa fl-istonku tiegħek jew l-imsaren li tista’ tkun ta’ periklu għall-ħajja.

    • Nefħa, uġigħ fl-idejn u s-saqajn, jew nifsijiet qosra.

    • Ġerħa li ma tfieqx.

    • Remettar u s-sogħla bid-demm, li jista’ jkun aħmar ileqq jew jidher bħal kafe mitħun.

    • Uġigħ fil-ħalq, is-snien u/jew ix-xedaq, nefħa jew ulċeri fil-ħalq, tnemnim jew tħoss ix-xedaq tqil, jew snienek jillaxxkaw. Dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ ħsara fix-xedaq (osteonekrosi).

    • Attakki pupletiċi, uġigħ ta’ ras, konfużjoni jew isibha diffiċli tikkonċentra. Dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ kondizzjoni li tissejjaħ sindromu ta’ enċefalopatija posterjuri riversibbli (PRES – posterior reversible encephalopathy syndrome). PRES mhux komuni (jaffettwa inqas minn persuna 1 f’100).

    • Dijarea severa li ma tidhirx li qed tbatti.


      Effetti sekondarji oħra jinkludu:


      Effetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 f’10)


    • Stonku mqalla’, li jinkludi dijarea, tqalligħ, remettar, stitikezza, indiġestjoni, u uġigħ

      addominali

    • Diffikultà biex tibla’

    • Nuffata, uġigħ fl-idejn jew fil-pala tas-sieq, raxx jew ħmura fil-ġilda, ġilda xotta

    • Tnaqqis fl-aptit, telf fil-piż, togħma mibdula ta’ togħma

    • Għeja, dgħufija, uġigħ ta’ ras, sturdament

    • Bidliet fil-kulur tax-xagħar (jiċċara), telf ta’ xagħar

    • Pressjoni għolja (żieda fil-pressjoni tad-demm)

    • Ħmura, nefħa jew uġigħ fil-ħalq jew il-griżmejn, diffikultà biex titħaddet, maħnuq/a

    • Bidliet fil-valuri tat-testijiet tad-demm użati biex jimmonitoraw is-saħħa ġenerali u l-fwied, livelli baxxi ta’ elettroliti, (bħal manjesju, kalċju jew potassju)

    • Livell baxx ta’ plejtlits

    • Uġigħ fil-ġogi, spażmi muskolari

    • Glandoli limfatiċi minfuħa

    • Uġigħ fid-dirgħajn, idejn, riġlejn, jew saqajn


      Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 f’10)


      • Ansjetà, depressjoni, stat konfuż

      • Uġigħ ġeneralizzat, uġigħ fis-sider jew fil-muskolu, uġigħ fil-widnejn, ċenċil fil-widnejn

      • Dgħufija u sensazzjoni mnaqqsa jew tnemnim tad-dirgħajn jew ir-riġlejn

      • Sirdat, rogħda

      • Deidrazzjoni

      • Infjammazzjoni tal-addome jew il-frixa

      • Infjammazzjoni tax-xufftejn u l-irkejjen tal-ħalq

      • Infjammazzjoni fl-għerq ta’ xagħrek, akne, nfafet (f’partijiet ta’ġismek li mhumiex idejk jew riġlejk)

      • Nefħa fil-wiċċ u f’partijiet oħra tal-ġisem

      • Nuqqas ta’ togħma jew bidla fit-togħma

      • Pressjoni baxxa (tnaqqis fil-pressjoni tad-demm)

      • Fibrilazzjoni atrijali (qalb tħabbat bil-qawwa jew b’mod erratiku)

      • Ġilda li tiċċara, il-ġilda titqaxxar, ġilda li tisfar b’mod insolitu

      • Xagħar li jikber mhux normali

      • Murliti

      • Pnewmonja (infezzjoni tal-pulmun)

      • Uġigħ fil-ħalq, is-snien u/jew ix-xedaq, nefħa jew ulċeri ġol-ħalq, tnemnim jew tħoss ix-xedaq tqil, jew xi sinna tillaxka

      • Attività tat-tirojdi mnaqqsa: sintomi jistgħu jinkludu: għeja, żieda fil-piż, stitikezza, tħossok

        kiesaħ u ġilda xotta

      • Livell baxx ta’ ċelluli bojod tad-demm

      • Tnaqqis fil-livell ta’ phosphate fid-demm

      • Tiċrita jew toqba jew emorraġija fl-istonku jew l-imsaren tiegħek, infjammazzjoni jew tiċrita

        fl-anus, emorraġija fil-pulmun jew it-trakea, (passaġġ tal-arja)

      • Konnessjoni anormali tat-tessut fis-sistema diġestiva tiegħek; is-sintomi jistgħu jinkludu

        wġigħ fl-istonku sever jew persistenti

      • Konnessjoni anormali tat-tessut fit-trakea (passaġġ tal-arja), l-esofagu, jew il-pulmun

      • Axxess (ġabra ta’ materja, b’nefħa u infjammazzjoni) fiż-żaqq jew l-parti tal-ġenbejn jew fi snienek/ħanek

      • Għoqiedi tad-demm fil-vini u l-arterji tad-demm u fil-pulmun

      • Puplesija

      • Infezzjoni tal-moffa li tista’ tkun fil-ġilda, il-ħalq jew fil-parti ġenitali

      • Ġrieħi li għandhom diffikultà biex ifiequ

      • Proteina jew demm fl-awrina, ħaġar fil-marrara, tgħaddi l-awrina bl-uġigħ

      • Vista mċajpra

      • Żieda fil-livell ta’ bilirubina fid-demm tiegħek (li jista’ jirriżulta f’suffejra/sfurija tal-ġilda/l- għajnejn)

      • Tnaqqis fil-livelli ta’ proteina fid-demm tiegħek (albumina)

      • Testijiet mhux normali tal-funzjoni tal-kliewi (żieda fl-ammonti ta’ kreatinina fid-demm tiegħek)

      • Żieda fil-livell tal-proteina fis-serum magħrufa bħala lipase.


        Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 f’100)


      • Infjammazzjoni tal-esofagu, sintomi li jistgħu jinkludu ħruq ta’ stonku, uġigħ fis-sider, tħossok ma tiflaħx, bidla fit-togħma, nefħa, tfewwieq u indiġestjoni

      • Infezzjoni u infjammazzjoni tal-pulmun; il-pulmun jikkolassa

      • Ulċeri tal-ġilda, ċisti, dbabar ħomor fil-wiċċ jew il-koxox

      • Uġigħ fil-wiċċ

      • Bidliet fil-valuri ta’ riżultati ta’ testijiet li jkejlu t-taqgħid tad-demm jew ta’ ċelluli tad-demm

      • Nuqqas ta’ koordinazzjoni fil-muskoli tiegħek, ħsara lil muskoli skeletriċi

      • Nuqqas t’attenzjoni, nuqqas ta’ koxjenza, tibdil fid-diskors, delirju, ħolm mhux normali

      • Uġigħ fis-sider minħabba sadda fl-arterji, qalb tħabbat b’mod mgħaġġel

      • Ħsara fil-fwied, falliment kardijaku

      • Smigħ indebolit

      • Infjammazzjoni tal-għajnejn, kataretti

      • Waqfien tal-menstruazzjoni, emorraġija vaġinali

      • Kundizzjoni li tissejjaħ sindromu ta’ enċefalopatija riversibbli posterjuri (PRES - posterior reversible encephalopathy syndrome) li għandha sintomi bħal attakki ta’ puplesija, uġigħ ta’ ras, konfużjoni, jew issibha diffiċli biex tikkonċentra.

      • Żieda severa fil-pressjoni tad-demm (kriżi ipertensiva)


        Mhux magħruf (effetti sekondarji bi frekwenza mhux magħrufa)


      • Attakk tal-qalb

      • Tkabbir u dgħufija ta’ ħajt ta’ vina jew tiċrita f’ħajt ta’ vina (anewriżmi u dissezzjonijiet tal- arterji).


      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistemata’rappurtarnazzjonali imniżżlaf’AppendiċiV. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.


  2. Kif taħżen COMETRIQ


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-folja tal-kartuna wara EXP. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25ºC. Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tipproteġi mill-umdità.

    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  3. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih COMETRIQ

Is-sustanza attiva hi cabozantinib (S)-malate.


Il-kapsuli ibsin f’COMETRIQ 20 mg fihom cabozantinab (S)-malate ekwivalenti għal 20 mg cabozantinib.

Il-kapsuli ibsin f’COMETRIQ 80 mg fihom cabozantinab (S)-malate ekwivalenti għal 80 mg ta’ cabozantinib.


Is-sustanzi l-oħra huma:



Kif jidher COMETRIQ u l-kontenut tal-pakkett

Il-kapsuli ibsin ta’ COMETRIQ 20 mg huma griżi u għandhom "XL184 20mg" stampat fuq naħa

minnhom.

Il-kapsuli ibsin ta’ COMETRIQ 80 mg huma oranġjo u għandhom "XL184 80mg" stampat fuq naħa

minnhom.


Il-kapsuli ibsin COMETRIQ huma ppakkettati f’folji fil-kartuni organizzati bid-doża preskritta. Kull folja fil-kartuna fiha biżżejjed mediċina għal 7 ijiem. F’kull ringiela tal-folja fil-kartuna hemm id-doża ta’ kuljum.


Il-folja fil-kartuna bid-doża ta’ 60 mg fiha wieħed u għoxrin kapsula ta’ 20 mg bħala 7 dożi ta’ kuljum b’kollox. Kull doża ta’ kuljum tingħata f’ringiela waħda u fiha 3 kapsuli ta’ 20 mg.


image = 60 mg

tliet kapsuli griżi ta’ 20 mg


Il-folja fil-kartuna bid-doża ta’ 100 mg fiha seba’ kapsuli ta’ 80 mg u seba’ kapsuli ta’ 20 mg bħala 7 dożi ta’ kuljum b’kollox. Kull doża ta’ kuljum hija provduta f’ringiela waħda u fiha kapsula waħda ta’ 80 mg u kapsula waħda ta’ 20 mg.


image = 100 mg

kapsula oranġjo ta’ 80 mg + kapsula griża ta’ 20 mg

image

Il-folja fil-kartuna bid-doża ta’ 140 mg fiha seba’ kapsuli ta’ 80 mg u wieħed u għoxrin kapsula ta’ 20 mg bħala 7 dożi ta’ kuljum b’kollox. Kull doża ta’ kuljum hija provduta ringiela waħda u fiha kapsula waħda ta’ 80 mg u tliet kapsuli ta’ 20 mg.


kapsula oranġjo ta’ 80 mg + tliet kapsuli griża ta’ 20 mg Il-kapsuli ibsin COMETRIQ jiġu wkoll f'pakketti ta' 28 jum:

84 kapsula (kartun b’4 folji ta’: 21 x 20 mg) (doża ta’ 60 mg/jum)

56 kapsula (kartun b’4 folji ta’: 7 x 20 u 7 x 80 mg) (doża ta’ 100 mg/jum)

112-il kapsula (kartun b’4 folji ta’: 21 x 20 mg u 7 x 80 mg) (doża ta’ 140 mg/jum) Kull pakkett ta' 28 jum fih biżżejjed mediċina għal 28 jum.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq


Ipsen Pharma

65 quai Georges Gorse 92100 Boulogne-Billancourt

Franza


Manifattur


Catalent Germany Schorndorf GmbH Steinbeisstr. 1 und 2

73614 Schorndorf

Il-Ġermanja


Tjoapack Netherlands B.V. Nieuwe Donk 9

4879 AC Etten-Leur

In-Netherlands


image

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur

tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien, Luxembourg/Luxemburg Italia

Ipsen NV Ipsen SpA

België /Belgique/Belgien Tel: + 39 02 39 22 41

Tél/Tel: + 32 9 243 96 00


България, France, Hrvatska, Slovenija Latvija

Ipsen Pharma Франция/France/Francuska/Francija Tél: + 33 1 58 33 50 00

Ipsen Pharma representative office Tel: +371 67622233


Česká republika Lietuva

Ipsen Pharma, s.r.o. Ipsen Pharma SAS Lietuvos filialas

Tel: + 420 242 481 821 Tel. + 370 700 33305

Danmark, Norge, Suomi/Finland, Sverige, Ísland Magyarország

Institut Produits Synthèse (IPSEN) AB IPSEN Pharma Hungary Kft.

Sverige/Ruotsi/Svíþjóð Tel.: +361 555 5930

Tlf/Puh/Tel/Sími: +46 8 451 60 00


Deutschland, Österreich Nederland

Ipsen Pharma GmbH Ipsen Farmaceutica B.V.

Deutschland Tel: + 31 (0) 23 554 1600

Tel.: +49 89 2620 432 89


Eesti Polska

Centralpharma Communications OÜ Ipsen Poland Sp. z o.o.

Tel: +372 60 15 540 Tel.: + 48 (0) 22 653 68 00


Ελλάδα, Κύπρος, Malta Portugal

Ipsen Μονοπρόσωπη EΠΕ Ipsen Portugal - Produtos Farmacêuticos S.A.

Ελλάδα/Greece Tel: + 351 21 412 3550

Τηλ: + 30 210 984 3324


España România

Ipsen Pharma, S.A. Ipsen Pharma România SRL

Tel: + 34 936 858 100 Tel: + 40 21 231 27 20


Ireland, United Kingdom (Northern Ireland) Slovenská republika

Ipsen Pharmaceuticals Limited Ipsen Pharma

Tel: + 44 (0)1753 62 77 77 Tel: +420 242 481 821


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’


image

image

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini /