Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Meloxoral
meloxicam


FULJETT TA’ TAGĦRIF GĦAL:

Meloxoral 1.5 mg/ml suspensjoni orali għall-klieb


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT- TQEGĦID FIS-SUQ U TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦALL- MANIFATTURA RESPONSABBLI GĦALL-ĦRUĠ TAL-LOTT, JEKK DIFFERENTI


    Sid l-awtorizzazzjoni tal-kummerċ: Dechra Regulatory B.V. Handelsweg 25

    5531 AE Bladel

    L-OLANDA


    Manifattur li jħalli l-konsenja tmur fis-suq: Produlab Pharma B.V.

    Forellenweg 16

    4941 SJ Raamsdonksveer L-OLANDA


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    Meloxoral 1.5 mg/ml Suspensjoni orali għall-klieb Meloxicam


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA


    Millilitru wieħed fih: Meloxicam 1.5 mg/ml Suspensjoni safra/ħadra.


  4. INDIKAZZJONI(JIET)


    Għas-serħan mill-infjammazzjoni u Wġigħ f’mard muskolu-skeletriku li jkun kemm akut kif ukoll kroniku fil-klieb.


  5. KONTRAINDIKAZZJONIJIET


    Tużax fuq klieb li jsofru minn mard gastrointestinali, bħal irritazzjoni jew emorraġija, jew annimali li għandhom indeboliment fil-funzjoni tal-fwied, tal-qalb jew tal-kliewi, u mard emorraġiku.

    Tużax f’każ ta’ sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal xi sustanzi mhux attivi.

    Tużax fuq klieb li għandhom inqas minn 6 ġimgħat.


  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    Reazzjonijiet avversi tipiċi ta’ mediċini mhux sterojdi kontra l-infjammazzjoni (NSAIDs) bħal nuqqas t’aptit, rimettar, dijarea, demm moħbi fl-ippurgar, apatija u insuffiċjenza renali kienu rrappurtati xi kultant. F’każijiet rari ħafna ġew irrappurtati dijarea emorraġika, ematemesi, ulċerazzjoni gastrointestinali u livell għoli ta’ enzimi tal-fwied. Fil-klieb, dawn ir-reazzjonijiet avversi ġeneralment iseħħu fi żmien l-ewwel ġimgħa tat-trattament, u f’ħafna każijiet jgħaddu malajr u jisparixxu wara t- tmiem tat-trattament, iżda f’każijiet rari ħafna, jistgħu jkunu serji jew fatali.

    Jekk iseħħu reazzjonijiet avversi, it-trattament għandu jitwaqqaf u wieħed għandu jfittex il-parir ta’

    veterinarju.


    Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni:

    • komuni ħafna (aktar minn wieħed f’10 annimali li juru effetti mhux mixtieqa matul il-perjodu ta’ kura waħda)

    • komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’100 annimal)

    • mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’1,000 annimal)

    • rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’10,000 annimal)

    • rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f’10,000 annimal, inklużi rapporti iżolati).


      Jekk tinnota xi effetti serji anke dawk mhux imsemmija f’dan il-fuljett, jew taħseb li l-mediċina ma ħadmitx, jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek.


  7. SPEĊI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Klieb


  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD(I) U METODU TA’ AMMINISTRAZZJONI


    Użu orali.

    Biex jingħata jew imħallat mal-ikel jew direttament fil-ħalq.


    Dożaġġ

    It-trattament tal-bidu tikkonsisti minn doża waħda ta’ 0.2 mg ta’ meloxicam / kg ta’ piż tal-ġisem fl- ewwel jum. It-trattament għandu jitkompla darba kuljum bl-għoti orali (f’intervalli ta’ 24 siegħa) bid- doża tal-manteniment ta’ 0.1 mg meloxicam / kg ta’ piż tal-ġisem.


    Għal trattament iktar fit-tul, ġaladarba r-rispons kliniku jkun ġie osservat (wara ≥ 4 ijiem), id-doża ta’ Meloxoral tista’ tiġi aġġustata għall-inqas doża effettiva individwali, li tirrifletti li l-grad ta’ uġigħ u ta’ infjammazzjoni marbuta ma’ mard kroniku muskolu-skeletriku, jista’ jvarja matul iż-żmien.


    Rispons kliniku ġeneralment ikun osservat wara 3–4 ijiem. It-trattament għandu jitwaqqaf jekk wara

    perjodu massimu ta’ 10 ijiem, l-ebda titjib kliniku ma jkun evidenti.


  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B’MOD KORRETT


    Ħawwad tajjeb qabel l-użu.

    Is-suspensjoni tista’ tingħata jew permezz tas-siringa tal-kejl ta’ Meloxoral ipprovduta fil-pakkett.


    Is-siringa teħel mal-qattara tal-flixkun u għandha skala ta’ kilogramm-piż tal-ġisem li tikkorrispondi mad-doża tal-manteniment. Għalhekk, għall-bidu tat-terapija fl-ewwel jum, id-doppju tal-volum tal- manteniment ser ikun meħtieġ.


    Wara kull doża, il-ponta tas-siringa għandha tintmesaħ u t-tapp tal-flixkun għandu jingħalaq lura b’mod sod. Is-siringa għandha tinħażen fil-kaxxa tal-kartun bejn użu u ieħor.

    Sabiex tevita l-introduzzjoni ta’ kontaminanti esterni matul l-użu, żomm is-siringi pprovduti għal dan il-prodott biss.


    Għandha tingħata attenzjoni partikulari fir-rigward ta’ l-eżattezza tad-dożaġġ. Jekk jogħġbok segwi bl- attenzjoni l-istruzzjonijiet tal-veterinarju.

  10. PERJODU TA’ TIŻMIM


    Mhux applikabbli.


  11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA


    Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.

    Dan il-prodott mediċinali veterinarju m’għandux bżonn ta’ kundizzjonijiet ta’ ħażna speċjali. Iż-żmien kemm idum tajjeb il-prodott wara li jinfetaħ il-kontenitur għall-ewwel darba: 6 xhur.

    Tużax dan il-prodott mediċinali veterinarju wara d-data ta’ skadenza murija fuq il-kartuna u l-flixkun wara EXP.


  12. TWISSIJA(JIET) SPEĊJALI


    Prekawzjonijiet għall-użu fl-annimali:

    Evita l-użu fi kwalunkwe annimal li jkun deidratat, ipovolaemiku jew ipotensiv, għax hemm riskju potenzjali ta’ żieda fit-tossiċità tal-kliewi.

    Dan il-prodott għall-klieb m’għandux jintuża fil-qtates għax mhuwiex addattat għall-użu f’din l-ispeċi.

    Fil-qtates, għandu jintuża Meloxoral 0.5 mg/ml suspensjoni orali għall-qtates.


    Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu mill-persuna li tamministra l-prodott mediċinali veterinarju lill-annimali:

    Nies li huma sensittivi għal mediċini mhux sterojdi kontra l-infjammazzjoni (NSAIDs) għandhom

    jevitaw li jmissu mal-prodott mediċinali veterinarju.

    F’każ li tibilgħu, fittex tabib mal-ewwel u qis li turih il-fuljett ta’ informazzjoni jew it-tikketta.


    Tqala u treddigħ:

    Is-sigurtà tal-prodott mediċinali veterinarju ma ġietx stabbilita waqt it-tqala u fi żmien il-ħalib. Tużax f’annimali tqal jew li jkunu qed ireddgħu.


    Interazzjoni ma’ prodotti mediċinal oħrajn u forom oħrajn ta’ interazzjoni:

    NSAIDs oħrajn, dijuretiċi, antikoagulanti, antibijotiċi aminoglikosidi u sustanzi oħra li jeħlu ħafna mal-proteini, jistgħu jikkompetu għat-twaħħil u b’hekk iwasslu għal effetti tossiċi. Meloxoral m’għandux jingħata flimkien ma’ NSAIDs oħrajn jew ma’ glukokortikosterojdi.

    It-trattament minn qabel b’sustanzi anti-infjammatorji jista’ jirriżulta f’effetti avversi addizzjonali jew miżjuda, u għalhekk għandu jiġi osservat perjodu ta’ 24 siegħa mingħajr trattament bi prodotti mediċinali veterinarji bħal dawn, qabel ma jibda t-trattament. Fil-perjodu mingħajr trattament, madankollu, għandu jkun ikkunsidrat il-karatteristiċi farmakoloġiċi tal-prodotti użati qabel.


    Doża eċċessiva (sintomi, proċeduri ta’ emerġenza, antidoti): F’każ ta’ doża eċċessiva, għandu jinbeda trattament sintomatiku.


  13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA’ PRODOTTI MHUX UŻATI JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Staqsi lill-kirurgu veterinarju tiegħek dwar kif l-aħjar li tarmi l-mediċini li ma jkunux aktar meħtieġa.

    Dawn il-miżuri għandhom jgħinu sabiex jipproteġu l-ambjent.

  14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT INFORMATTIV FIL- PAKKETT


    .


  15. TAGĦRIF IEĦOR


Flixkun ta’ 10, 25, 50, 125 jew 180 ml.

Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu qegħdin fis-suq.

FULJETT TA’ TAGĦRIF GĦAL:

Meloxoral 0.5 mg/ml suspensjoni orali għall-qtates


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT- TQEGĦID FIS-SUQ U TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦALL- MANIFATTURA RESPONSABBLI MILL-ĦRUĠ TAL-LOTT, JEKK DIFFERENTI


    Sid l-Awtorizzazzjoni tal-Kummerċ: Dechra Regulatory B.V. Handelsweg 25

    5531 AE Bladel L-OLANDA


    Manifattur li jħalli l-konsenja tmur fis-suq: Produlab Pharma B.V.

    Forellenweg 16

    4941 SJ Raamsdonksveer L-OLANDA


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    Meloxoral 0.5 mg/ml suspensjoni orali għall-qtates Meloxicam


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA


    Millilitru wieħed fih: Meloxicam 0.5 mg/ml Suspensjoni safra/ħadra.


  4. INDIKAZZJONI(JIET)


    Għal serħan ta’ wġigħ u infjammazzjoni f’mard muskolu-skeletriku kroniku fil-qtates.


  5. KONTRAINDIKAZZJONIJIET


    Tużax fuq qtates li jsofru minn mard gastrointestinali, bħal irritazzjoni jew emorraġija, jew annimali li għandhom indeboliment fil-funzjoni tal-fwied, tal-qalb jew tal-kliewi, u mard emorraġiku.

    Tużax f’każ ta’ sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal xi sustanzi mhux attivi. Tużax fuq qtates li għandhom inqas minn 6 ġimgħat.


  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    Reazzjonijiet avversi tipiċi ta’ mediċini mhux sterojdi kontra l-infjammazzjoni (NSAIDs) bħal nuqqas t’aptit, rimettar, dijarea, demm moħbi fl-ippurgar, apatija u insuffiċjenza renali kienu rrappurtati xi kultant. F’każijiet rari ħafna ġie rrappurtati livell għoli ta’ enzimi tal-fwied. Fil-qtates, dawn ir- reazzjonijiet avversi f’ħafna każijiet jgħaddu malajr u jisparixxu wara t-tmiem tat-trattament, iżda f’każijiet rari ħafna, jistgħu jkunu serji jew fatali.

    Jekk iseħħu reazzjonijiet avversi, it-trattament għandu jitwaqqaf u wieħed għandu jfittex il-parir ta’

    veterinarju.

    Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni:

    • komuni ħafna (aktar minn wieħed f’10 annimali li juru effetti mhux mixtieqa matul il-perjodu ta’

      kura waħda)

    • komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’100 annimal)

    • mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’1,000 annimal)

    • rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’10,000 annimal)

    • rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f’10,000 annimal, inklużi rapporti iżolati).


    Jekk tinnota xi effetti serji anke dawk mhux imsemmija f’dan il-fuljett, jew taħseb li l-mediċina ma ħadmitx, jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek.


  7. SPEĊI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Qtates


  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD(I) U METODU TA’ AMMINISTRAZZJONI


    Użu orali.

    Biex jingħata mill-ħalq jew imħallat mal-ikel jew direttament fil-ħalq.


    Dożaġġ

    It-trattament tal-bidu jikkonsisti minn doża waħda orali ta’ 0.1 mg ta’ meloxicam għal kull kg ta’ piż tal-ġisem fl-ewwel jum. It-trattament għandu jitkompla darba kuljum bl-għoti orali (f’intervalli ta’ 24 siegħa) tad-doża tal-manteniment ta’ 0.05 mg meloxicam kull kg ta’ piż tal-ġisem.


    Rispons kliniku normalment jidher fi żmien 7 ijiem. Il-kura għandha titwaqqaf wara mhux iktar minn 14-il jum jekk ma jkun jidher ebda titjib kliniku.


  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B’MOD KORRETT


    Ħawwad tajjeb qabel l-użu.

    Is-suspensjoni tista’ tingħata jew permezz tas-siringa tal-kejl ta’ Meloxoral ipprovduta fil-pakkett.


    Is-siringa teħel mal-qattara tal-flixkun u għandha skala ta’ kilogramm-piż tal-ġisem li tikkorrispondi mad-doża tal-manteniment. Għalhekk, għall-bidu tat-terapija fl-ewwel jum, id-doppju tal-volum tal- manteniment ser ikun meħtieġ.


    Wara kull doża, il-ponta tas-siringa għandha tintmesaħ u t-tapp tal-flixkun għandu jingħalaq lura

    b’mod sod. Is-siringa għandha tinħażen fil-kaxxa tal-kartun bejn użu u ieħor.

    Sabiex tevita l-introduzzjoni ta’ kontaminanti esterni matul l-użu, żomm is-siringi pprovduti għal dan il-prodott biss.


    Għandha tingħata attenzjoni partikulari fir-rigward ta’ l-eżattezza tad-dożaġġ. Jekk jogħġbok segwi bl- attenzjoni l-istruzzjonijiet tal-veterinarju.


  10. PERJODU TA’ TIŻMIM


    Mhux applikabbli.


  11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA


    Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.

    Dan il-prodott mediċinali veterinarju m’għandux bżonn ta’ kundizzjonijiet ta’ ħażna speċjali.

    Iż-żmien kemm idum tajjeb il-prodott wara li jinfetaħ il-kontenitur għall-ewwel darba: 6 xhur.

    Tużax dan il-prodott mediċinali veterinarju wara d-data ta’ skadenza murija fuq il-kartuna u l-flixkun wara EXP.


  12. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Prekawzjonijiet għall-użu fl-annimali:

    Evita l-użu fi kwalunkwe annimal li jkun deidratat, ipovolaemiku jew ipotensiv, għax hemm riskju potenzjali ta’ żieda fit-tossiċità tal-kliewi.

    Ir-rispons għat-terapija fit-tul għandu jkun immonitorjat f’intervalli regolari minn kirurgu veterinarju.


    Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu mill-persuna li tamministra l-prodott mediċinali veterinarju lill-annimali:

    Nies li huma sensittivi għal mediċini mhux sterojdi kontra l-infjammazzjoni (NSAIDs) għandhom

    jevitaw li jmissu mal-prodott mediċinali veterinarju.

    F’każ li tibilgħu, fittex tabib mal-ewwel u qis li turih il-fuljett ta’ informazzjoni jew it-tikketta.


    Tqala u treddigħ:

    Is-sigurtà tal-prodott mediċinali veterinarju ma ġietx stabbilita waqt it-tqala u fi żmien il-ħalib. Tużax f’annimali tqal jew li jkunu qed ireddgħu.


    Interazzjoni ma’ prodotti mediċinal oħrajn u forom oħrajn ta’ interazzjoni:

    NSAIDs oħrajn, dijuretiċi, antikoagulanti, antibijotiċi aminoglikosidi u sustanzi oħra li jeħlu ħafna mal-proteini, jistgħu jikkompetu għat-twaħħil u b’hekk iwasslu għal effetti tossiċi. Meloxoral m’għandux jingħata flimkien ma’ NSAIDs oħrajn jew ma’ glukokortikosterojdi. L-għoti flimkien ta’ prodotti mediċinali veterinarji potenzjalment nefrotossiċi għandu jiġi evitat.

    It-trattament minn qabel b’sustanzi anti-infjammatorji jista’ jirriżulta f’effetti avversi addizzjonali jew miżjuda, u għalhekk għandu jiġi osservat perjodu ta’ 24 siegħa mingħajr trattament bi prodotti mediċinali veterinarji bħal dawn, qabel ma jibda t-trattament. Fil-perjodu mingħajr trattament, madankollu, għandu jkun ikkunsidrat il- karatteristiċi farmakoloġiċi tal-prodotti użati qabel.


    Doża eċċessiva (sintomi, proċeduri ta’ emerġenza, antidoti):

    Meloxicam għandu marġini ta’ sigurtà terapewtika żgħira fil-qtates, u sinjali kliniċi ta’ doża eċċessiva jistgħu jkunu osservati f’livelli ta’ doża eċċessiva relattivament żgħar.

    F’każ ta’ doża eċċessiva, reazzjonijiet avversi, kif elenkati f’Sezzjoni 6 “Effetti mhux mixtieqa” huma

    mistennija li jkunu iktar severi u iktar frekwenti. Fil-każ ta’ doża eċċessiva, għandu jinbeda trattament sintomatiku.


    Nies li huma sensittivi għal NSAIDs għandhom jevitaw li jmissu mal-prodott mediċinali veterinarju. F’każ li tibilgħu aċċidentalment, fittex parir mediku minnufih u uri dan il-fuljett ta’ informazzjoni jew it-tikketta lit-tabib.


  13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA’ PRODOTTI MHUX UŻATI JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Staqsi lill-kirurgu veterinarju tiegħek dwar kif l-aħjar li tarmi l-mediċini li ma jkunux aktar meħtieġa.

    Dawn il-miżuri għandhom jgħinu sabiex jipproteġu l-ambjent.


  14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT INFORMATTIV FIL- PAKKETT


    dwar il-Mediċini .

  15. TAGĦRIF IEĦOR


Flixken ta’ 5, 10 jew 25 ml.

Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu qegħdin fis-suq.