Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Extavia
interferon beta-1b

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Extavia 250 mikrogramma/ml, trab u solvent għas-soluzzjoni għall-injezzjoni

interferon beta-1b


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Għid lit-tabib tiegħek, jekk xi waħda minn dawn t’hawn fuq tapplika għalik.


Twissijiet u prekawzjonijiet


Kellem lit-tabib tiegħek qabel tuża Extavia:




Reazzjonijiet fis-sit ta’ l-injezzjoni

Matul il-kura b’Extavia, x’aktarx li ser ikollok reazzjonijiet fis-sit ta’ l-injezzjoni. Is-sintomi

jinkludu ħmura, nefħa, bidla fil-kulur tal-ġilda, infjammazzjoni, uġigħ u sensittività eċċessiva. Qasma fil-ġilda u ħsara fit-tessut (nekrożi) madwar is-sit ta’ l-injezzjoni huma rrappurtati b’mod inqas

frekwenti. Maż-żmien, ir-reazzjonijiet fis-sit ta’ l-injezzjoni normalment isiru inqas frekwenti.


Ħsara fil-ġilda mnejn tingħata l-injezzjoni u therrija tat-tessuti jistgħu jwasslu għall-formazzjoni ta’ ċikatriċi. Jekk din tkun serja, jista’ jkun hemm bżonn li tabib ineħħi t-tessut mejjet (debridement), u f’każijiet inqas komuni, jista’ jkun meħtieġ li jsir trapjant ta’ ġilda ġdida, u f’dan il-każ, il-fejqan jista’ jieħu sa’ 6 xhur.

Biex tnaqqas ir-riskju ta’ reazzjoni fis-sit ta’ l-injezzjoni, inti għandek:


Ir-reazzjonijiet fis-siti ta’ injezzjoni jistgħu jseħħu inqas ta’ spiss jekk tuża strument ta’ injezzjoni personali. It-tabib jew l-infermier tiegħek jista’ jgħidlek aktar dwar dan.


Jekk ikollok xi qsim fil-ġilda, assoċjat ma’ nefħa jew ma’ tnixxija tal-fluwidu mis-sit ta’ l- injezzjoni:


Ieqaf injetta Extavia u kellem lit-tabib tiegħek


Jekk għandek post ta’ injezzjoni wieħed biss li huwa sensibbli (leżjoni) u l-ħsara fit-tessut (nekrożi) m’hijiex mifruxa żżejjed, tista’ tkompli tuża Extavia.


Jekk għandek aktar minn post wieħed ta’ injezzjoni li huwa sensibbli (leżjonijiet multipli) għandek tieqaf tuża Extavia sakemm il-ġilda tiegħek tkun fieqet.


It-tabib tiegħek sejjer jiċċekkja regolarment il-mod kif inti tinjetta lilek innifsek, b’mod partikolari jekk inti kellek reazzjonijiet fis-sit ta’ l-injezzjoni.


Tfal u adolexxenti

Ma saru l-ebda provi kliniċi formali fit-tfal jew fl-adolexxenti.

Madankollu, hemm xi informazzjoni disponibbli fl-adolexxenti li għandhom minn 12 sa 17-il sena li tissuġġerixxi li l-profil tas-sigurtà ta’ Extavia f’dan il-grupp hu l-istess bħala dak fl-adulti. Extavia m’għandux jintuża fit-tfal taħt it-12-il sena għax m’hemm l-ebda informazzjoni disponibbli għal dan il-grupp ta’ età.


Mediċini oħra u Extavia

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tuża, użajt dan l-aħħar jew tista’ tuża xi mediċini oħra.


Ma sar ebda studju formali dwar l-interazzjonijiet sabiex wieħed isir jaf jekk Extavia jaffettwax mediċini oħra jew inkella jiġix affettwat minnhom.


L-użu ta’ Extavia ma’ mediċini oħra li jimmodifikaw ir-rispons tas-sistema immuni mhuwiex rakkomandat għajr fil-każ ta’ mediċini anti-infjammatorji msejħa kortikosterojdi jew l-ormon adrenokortikotropiku (ACTH).


Extavia għandu jintuża b’kawtela ma’:


Extavia ma’ ikel u xorb

Extavia jingħata bħala injezzjoni taħt il-ġilda, għalhekk mhux mistenni li jiġi affettwat mill-ikel jew ix-xorb li tikkonsma.


Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir

tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.


Mhumiex imbassra effetti ta’ ħsara fuq trabi tat-twelid/trabi mreddgħa. Extavia jista’ jintuża waqt it- treddigħ.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Extavia jista’ jikkawża effetti sekondarji fis-sistema ċentrali nervuża (ara sezzjoni 4. “Effetti

sekondarji possibbli”). Jekk inti sensittiv/a żżejjed, dan jista’ jaffettwa l-ħila tiegħek li ssuq jew tħaddem magni.


Extavia fih sodium

Dan il-prodott mediċinali fih anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull ml, jiġifieri essenzjalment

“ħieles mis-sodium”.


  1. Kif gћandek tuża Extavia


    Il-kura b’Extavia għandha tinbeda taħt is-superviżjoni ta’ tabib li għandu esperjenza fil-kura ta’ l- isklerożi multipla.


    Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Iċċekkja mat-tabib jew mal- ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Id-doża rakkomandata hija ġurnata iva u ġurnata le (darba kull jumejn), 1.0 ml tas-soluzzjoni ta’ Extavia ippreparata (ara l-Anness “Proċedura ta’ għoti ta’ injezzjoni lilek innifsek” fit-tieni parti ta’ dan il-fuljett) injettata taħt il-ġilda. Dan huwa ekwivalenti għal 250 mikrogramma (8.0 miljun IU) interferon beta-1b.


    B’mod ġenerali, il-kura għandha tinbeda b’doża baxxa ta’ 0.25 ml (62.5 mikrogrammi). Id-dożi tiegħek imbagħad ser jiżdiedu gradwalment saddoża sħiħa ta’ 1.0 ml (250 mikrogramma).

    Id-doża għandha tiżdied wara kull raba’ injezzjoni f’erba’ stadji (0.25 ml, 0.5 ml. 0.75 ml, 1.0 ml). It- tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi flimkien miegħek li jibdel l-intervalli ta’ żmien għal żieda fid-doża, u

    dan jiddependi fuq l-effetti sekondarji li jista’ ikollok fil-bidu tal-kura.


    Preparazzjoni ta’ l-injezzjoni

    Qabel l-injezzjoni, is-soluzzjoni ta’ Extavia għandha tiġi ppreparata minn kunjett ta’ trab ta’

    Extavia u 1.2 ml ta’ likwidu minn ġos-siringa mimlija għal-lest bis-solvent. Dan għandu jsir jew mit- tabib jew l-infermiera jew minnek wara li tkun ġejt imħarreġ biżżejjed.


    Struzzjonijiet dettaljati ta’ kif tagħti l-injezzjoni ta’ Extavia lilek innifsek taħt il-ġilda huma mogħtija fl-Anness fil-parti ta’ wara ta’ dan il-fuljett. Dawn l-istruzzjonijiet ifehmuk ukoll kif tħejji s- soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ Extavia.


    Il-post fil-ġisem mnejn tingħata l-injezzjoni għandu jinbidel b’mod regolari. Ara sezzjoni 2 “Twissijiet u prekawzjonijiet” u segwi l-istruzzjonijiet taħt “Kif tibdel is-siti ta’ l-injezzjoni” fl-Anness fil-parti ta’ wara ta’ dan il-fuljett.


    Kemm idum it-trattament

    Attwalment għadu mhux magħruf kemm għandha ddum il-kura b’Extavia. It-tul tal-kura għandu jiġi

    deċiż mit-tabib tiegħek flimkien miegħek.


    Jekk tuża Extavia aktar milli suppost

    Meta ngħatat doża ħafna ikbar mid-doża ta’ Extavia rakkomandata għall-kura ta’ sklerożi multipla, ma kienx hemm sitwazzjonijiet fejn il-ħajja tpoġġiet fil-periklu.


    Kellem lit-tabib tiegħek f’każ li tinjetta wisq Extavia jew jekk tinjettah ta’ spiss wisq.


    Jekk tinsa tuża Extavia

    Jekk tinsa tagħti injezzjoni lilek innifsek fil-ħin li suppost, għandek tagħmel dan hekk kif tiftakar u

    mbagħad ħu l-injezzjoni li jkun imiss 48 siegħa wara.


    M’għandekx tinjetta doża doppja biex tpatti għal kull doża individwali li tkun insejt tieħu.

    Jekk tieqaf tuża Extavia

    Jekk tieqaf jew tixtieq twaqqaf il-kura, għandek tiddiskuti dan mat-tabib tiegħek. Il-waqfien ta’

    Extavia mhuwiex magħruf li jikkawża sintomi akuti meta tieqaf tieħdu (withdrawal).


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek.


  2. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    Extavia jista’ jikkawża effetti sekondarji serji. Jekk xi wieħed mill-effetti sekondarji jiggrava jew jekk tinnota xi effetti sekondarji li mhumiex imsemmijin f’dan il-fuljett, jekk jogħġbok, għid lit-tabib, lill- ispiżjar jew l-infermier tiegħek.


    Għid lit-tabib tiegħek minnufih u ieqaf uża Extavia:


    • jekk ikollok sintomi bħal ħakk fuq ġismek kollu, nefħa f’wiċċek u/jew fuq ilsienek jew qtugħ ta’ nifs għall-għarrieda.


    • jekk tħossok ferm iktar imdejjaq/imdejqa jew bla ħeġġa minn qabel il-kura b’Extavia, jew jekk tiżviluppa ħsibijiet ta’ suwiċidju.


    • jekk tinnota tbenġil mhux normali, ħruġ ta’ demm eċċessiv wara korriment jew jekk tidher li tkun qed tieħu ħafna infezzjonijiet.


    • jekk ikollok inqas aptit, għeja, tħossok ser tirremetti (dardir), rimettar ripetut, b’mod speċjali jekk tinnota ħakk mifrux mal-ġisem kollu, sfurija tal-ġilda jew tal-abjad tal-għajnejn jew jekk titbenġel faċilment.


    • jekk ikollok sintomi bħal taħbit tal-qalb irregolari, nefħa bħal tal-għekiesi jew tar-riġlejn, jew qtugħ ta’ nifs.


    • jekk tinnota uġigħ f’żaqqek li jkun qed jinfirex għal dahrek, u/jew tħossok marid/a jew ikollok id-deni.


      Għid lit-tabib tiegħek minnufih:


    • jekk ikollok uħud minn dawn is-sintomi jew kollha kemm huma: awrina bir-ragħwa, għeja, nefħa, b’mod partikulari fl-għekiesi u l-kpiepel tal-għajnejn, trabbi l-piż, minħabba li jistgħu jkunu sinjali ta’ problemi possibbli tal-kliewi.


      Fil-bidu tal-kura, l-effetti sekondarji huma komuni imma ġeneralment dawn jonqsu matul il-kura.

      L-aktar effetti sekondarji komuni li ġew osservati huma:


      Sintomi li jixbħu lil dawk ta’ l-influwenza bħal deni, tkexkix ta’ bard, uġigħ fil-ġogi, telqa, għaraq, uġigħ ta’ ras jew uġigħ fil-muskoli. Dawn is-sintomi jistgħu jitnaqqsu billi tieħu paracetamol jew mediċini kontra l-infjammazzjonijiet li ma fihomx sterojdi bħal ibuprofen.


      Reazzjonijiet fis-sit ta’ l-injezzjoni. Is-sintomi jistgħu jkunu ħmura, nefħa, telf fil-kulur, infjammazzjoni, uġigħ sensittività eċċessiva, ħsara fit-tessut (nekrożi). Ara “Twissijiet u prekawzjonijiet” f’sezzjoni 2 għal aktar informazzjoni u x’għandek tagħmel jekk ikollok reazzjoni fis-sit ta’ l-injezzjoni. Dawn jistgħu jitnaqqsu bl-użu ta’ awto-injettatur. Kellem lit- tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek għal aktar tagħrif.


      Biex tnaqqas ir-riskju ta’ effetti sekondarji fil-bidu tal-kura, it-tabib tiegħek għandu jibdik fuq doża baxxa ta’ Extavia u għandu jżidha gradwalment (ara sezzjoni 3. “Kif għandek tuża Extavia”).


      L-effetti sekondarji li ġejjin huma bbażati fuq rapporti minn provi kliniċi b’Extavia (Lista 1) u minn effetti sekondarji rrappurtati wara li l-prodott ħareġ fis-suq (Lista 2).


      Lista 1: Effetti komuni ħafna li seħħew waqt provi kliniċi b’Extavia (jista’ jaffettwa lil aktar minn persuna 1 f’10) u f’persentaġġ ogħla minn dawk osservati bil-plaċebo. Il-lista tinkludi wkoll effetti mhux mixtieqa li ġraw b’mod komuni (jista’ jaffettwa sa persuna 1 f’10)

      iżda kienu assoċjati b’mod sinifikanti mal-kura


    • infezzjoni, axxess

    • tnaqqis fl-għadd ta’ ċelluli bojod fid-demm, glandoli limfatiċi minfuħin (linfadenopatija)

    • tnaqqis fl-ammont ta’ zokkor fid-demm (ipogliċemija)

    • dipressjoni, ansjetà

    • uġigħ ta’ ras, sturdamenti, problemi ta’ nuqqas ta’ rqad, emigranja, tnemnin jew ħass ta’ qris (paraestesija)

    • infjammazzjoni tal-għajn (konġuntivite), vista mhix ċara

    • uġigħ fil-widnejn

    • taħbit tal-qalb irregolari jew qawwi (palpitazzjoni)

    • ħmura u/jew ħmura fil-wiċċ minħabba twessigħ tal-kanali tad-demm (vażodilazzjoni), pressjoni tad-demm għolja (pressjoni għolja)

    • imnieħer iqattar, sogħla, ħanqa minħabba infezzjoni fil-parti ta’ fuq ta’ l-apparat respiratorju,

      sinusite, żieda fis-sogħla, qtugħ ta’ nifs (dispnea)

    • dijarea, stitikezza, tqalligħ, rimettar, uġigħ addominali

    • żieda fil-livelli tad-demm ta’ l-enzimi tal-fwied (dan jintwera fit-testijiet tad-demm)

    • problemi fil-ġilda, raxx

    • ebusija tal-muskoli (ipertonija), uġigħ fil-muskoli (mijalġija), indeboliment fil-muskoli (mijastenija), uġigħ fid-dahar, uġigħ fl-estremitajiet bħal fis-swaba’ kemm ta’ l-id kif ukoll tas-

      saqajn

    • żamma ta’ l-awrina, proteini fl-awrina (joħorġu fit-testijiet ta’ l-awrina), tgħaddi l-awrina ta’ spiss, nuqqas ta’ kapaċità li żżomm l-awrina (inkontinenza), tgħaddi l-awrina b’urġenza

    • ugigħ waqt il-menstrwazzjoni (dismenorrea), disturbi menstrwali, tnixxija qawwija ta’ demm

      mill-utru (metrorraġija) speċjalment bejn menstrwazzjoni u oħra, impotenza

    • reazzjoni fis-sit ta’ l-injezzjoni (li tinkludi ħmura, nefħa, bdil fil-kulur, infjammazzjoni, uġigħ, reazzjoni allerġika, ara sezzjoni 2 “Twissijiet u prekawzjonijiet”), problemi fil-ġilda u therrija u

      ħsara tat-tessuti (nekrożi) fis-sit ta’ l-injezzjoni (ara sezzjoni 2 “Twissijiet u prekawzjonijiet”)

    • sintomi bħal ta’ l-influwenza, deni, uġigħ, uġigħ fis-sider, akkumulazzjoni ta’ fluwidu fid- dirgħajn, riġlejn jew il-wiċċ (edima periferali), nuqqas/telf ta’ saħħa (astenija), sirdat, għaraq, ma tħossokx tajjeb b’mod ġenerali.

      Barra minn hekk, l-effetti sekondarji li ġejjin kienu identifikati wara li ħareġ il-prodott fis-suq.


      Lista 2: Effetti sekondarji rrappurtati fuq il-prodott fis-suq (frekwenzi - meta magħrufa - skont provi kliniċi);


      Komuni ħafna (jista’ jaffettwa lil aktar minn persuna 1 minn 10):


    • uġigħ fil-ġogi (artralġja).


      ► Komuni (jista’ jaffettwa sa persuna 1 minn 10):


    • l-għadd ta’ ċelloli ħomor fid-demm jista’ jinżel (anemija),

    • disturbi fil-funzjoni tal-glandola tat-tirojde (ftit wisq ormon prodott) (ipotirojdiżmu),

    • żieda jew tnaqqis fil-piż,

    • konfużjoni,

    • taħbit tal-qalb mgħaġġel mhux normali (takikardija),

    • jista’ jiżdied l-pigment safrani fl-aħmar (bilirubin), prodotta mill-fwied tiegħek, (dawn joħorġu fit-testijiet tad-demm),

    • irqajja’ fil-ġilda jew membrani mukużi minfuħin u normalment li jġegħluk tħokk (urtikarja),

    • ħakk (pruritus),

    • telf ta’ xagħar mill-qurriegħa (allopeċja),

    • disturbi fil-menstrwazzjoni (menorraġja).


      ► Mhux komuni (jista’ jaffettwa sa persuna 1 minn 100):


    • l-għadd tal-plejtlits (li jgħinu lid-demm jagħqad) jista’ jinżel (tromboċitopenija),

    • jistgħu jiżdiedu ċertu tipi ta’ xaħmijiet fid-demm (trigliċeridi) (dawn joħorġu fit-testijiet tad- demm), ara taqsima 2 “Twissijiet u prekawzjonijiet”,

    • attentati ta’ suwiċidju,

    • tibdil fil-burdata,

    • konvulżjoni,

    • jista’ jiżdied enzim speċifiku tal-fwied (Gamma GT) prodott mill-fwied, (dan joħroġ fit-testijiet tad-demm),

    • infjammazzjoni tal-fwied (epatite),

    • telf fil-kulur tal-ġilda.


      ► Rari (jista’ jaffettwa sa persuna 1 minn 1,000):


    • reazzjonijiet allerġiċi serji (anafilattiċi),

    • disturbi fil-funzjoni tal-glandola tat-tirojde (disturbi fit-tirojde), produzzjoni ta’ wisq ormon prodott (ipertirojdiżmu),

    • infjammazzjoni tal-frixa (pankreatite), ara sezzjoni 2 “Twissijiet u prekawzjonijiet”,

    • emboli fid-demm fil-vini ż-żgħar tad-demm li jistgħu jaffettwawlek il-kliewi (purpura tromboċitopenika trombotika jew sindrome emolitika uraemika). Is-sintomi jistgħu

      jinkludu żieda fl-għadd ta’ tbenġil, fsada, deni, għejja kbira, uġigħ ta’ ras, sturdament jew tħoss rasek ħafifa. It-tabib tiegħek jista’ jsib tibdiliet fid-demm tiegħek u fil-funzjoni tal-

      kliewi tiegħek.

      Effetti sekondarji li dehru biss waqt li l-prodott ħareġ fis-suq:


    • tkissir ta’ ċelluli tad-demm ħomor (anemija emolitika), (frekwenza mhux magħrufa).

    • problemi fil-kliewi inkluż ġrieħi (glomerulosklerożi) li jistgħu jnaqqsu l-funzjoni tal-kliewi tiegħek, (mhux komuni).

    • telf gravi ta’ aptit li jwassal għal telf ta’ piż (anoressija), (rari).

    • mard tal-muskoli tal-qalb (kardjomijopatija), (rari).

    • qtugħ ta’ nifs għal għarrieda (bronkospażmi), (rari).

    • il-fwied ma jaħdmix sew (ħsara epatika [inkluż epatite], kollass epatiku), (rari).

    • tista’ tiżviluppa problemi fil-kanali ż-żgħar tad-demm (kapillari) meta tuża mediċini bħal Extavia (sindrome ta’ tnixxija tal-kapillari sistemiċi), (frekwenza mhux magħrufa).

    • raxx, ħmura fil-ġilda tal-wiċċ, uġigħ fil-ġogi, deni, tħossok dgħajjef u effetti oħrajn ikkawżati

      mill-mediċina (lupus eritematożu bl-użu tal-mediċina), frekwenza mhux magħrufa.

    • tidjiq sever tal-vini/arterji fil-pulmun li tirriżulta fi pressjoni għolja tad-demm fil-vini/arterji li jġorru d-demm mill-qalb għall-pulmun (ipertensjoni arterjali tal-pulmun), (frekwenza mhux

      magħrufa). Ipertensjoni arterjali tal-pulmun ġiet osservata f’diversi punti ta’ żmien matul il- kura, anki diversi snin wara li tinbeda l-kura b’Extavia.


      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi

      image

      xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  3. Kif taħżen Extavia


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-pakkett. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25°C. Tagħmlux fil-friża.


    Wara li tħejji s-soluzzjoni, għandek tużaha minnufih. Madankollu, jekk ma tkunx tista’ tagħmel dan, tibqa stabbli għall-perijodu ta’ 3 sigħat jekk tinżamm fi friġġ (2°C - 8°C).


    Tużax din il-mediċina jekk tinnota xi frak jew ikun bidel il-kulur.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  4. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Extavia

image

SKEDA TAR-ROTAZZJONI:


10-15 ċm

mill-ispalla


ŻONA 1 ŻONA 2


Driegħ tal-lemin


(iż-żona ta’ fuq tan-naħa ta’ wara)


ŻONA 3


In-naħa tal-lemin taż- żaqq


(ħalli madwar 5 ċm fuq in-naħa tal-lemin taż-żokra)


ŻONA 5


Koxxa tal-Lemin


10-15 ċm


mill-groin


10-15 ċm mill- għarqub

Driegħ tax-xellug


(iż-żona ta’ fuq tan- naħa ta’ wara)


ŻONA 4


In-naħa tax-xellug taż- żaqq


ŻONA 6


Koxxa tax- Xellug

linja ċentrali

tar-riġel

10-15 ċm


ŻONA 8 ŻONA 7


Il-warrani fuq in- Naħa tax-Xellug

Il-warrani fuq in- Naħa tal-Lemin

image

EŻEMPJU TA’ REKORD TAL-MEDIĊINA:


Kif iżżomm rekord tal-postijiet fejn tagħmel l-injezzjoni u tad-data



Driegħ tal-lemin

10-15 ċm

mill-ispalla


Driegħ tax-xellug



In-naħa tal-lemin taż-żaqq

10-15 ċm mill- għarqub


In-naħa tax-xellug taż-żaqq



Koxxa tal-Lemin

10-15 ċm


mill-groin


Koxxa tax-Xellug


10-15 ċm mill-

linja ċentrali

tar-riġel

irkoppa


Il-Warrani fuq in-Naħa tax-Xellug

Il-Warrani fuq in-Naħa tal-Lemin