Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Jetrea
ocriplasmin

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent


JETREA 0.375 mg/0.3 mL soluzzjoni għall-injezzjoni

Ocriplasmin


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tingħata din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Kif jidher Jetrea u l-kontenut tal-pakkett

Jetrea huwa soluzzjoni għall-injezzjoni f’kunjett. Is-soluzzjoni hija ċara u mingħajr kulur. Kull pakkett fih kunjett wieħed.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Inceptua AB Gustavslundsv. 143 16751 Bromma

L-Iżvezja


Il-Manifattur Oxurion NV Gaston Geenslaan 1 B-3001 Leuven

Il-Belġju

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Informazzjoni ddettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini: /.

---------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------


It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti fil-qasam mediku:


Jetrea għandu jiġi mogħti minn oftalmologu kkwalifikat li jkollu esperjenza fl-injezzjonijiet fil-vitriju. Id-dijanjosi ta’ ġbid vitreomakulari (VMT - vitreomacular traction) għandha tinkludi stampa klinika kompluta inkluż l-istorja tal-pazjent, eżami kliniku u investigazzjoni permezz ta’ għodod ta’ dijanjosi li bħalissa huma aċċettati, bħal tomografija ta’ koerenza ottika (OCT - optical coherence tomography).

JETREA 0.375 mg/0.3 mL soluzzjoni għall-injezzjoni huwa formulazzjoni ‘dilwita lesta’, mhux meħtieġa akter dilwizzjoni. Id-doża rrakkomandata hija ta’ 0.125 mg (f’0.1 mL ta’ soluzzjoni) mogħtija permezz ta’ injezzjoni fil-vitriju fl-għajn affettwata darba f’doża waħda. Kull kunjett għandu jintuża darba biss u għall-kura ta’ għajn waħda. Mhux irrakkomandata kura b’JETREA fl-għajn l-oħra fl-istess waqt jew fi żmien sebat ijiem mill-injezzjoni inizjali sabiex jiġi ssorveljat ir-riżultat ta’ wara l- injezzjoni inkluż il-potenzjal għal tnaqqis fil-vista fl-għajn injettata. Mhux irrakkomandat li jingħataw dożi ripetuti fl-istess għajn.


Ara sezzjoni 4.4 tas-Sommarju tal-Karatteristiċi tal-Prodott għal istruzzjonijiet dwar il-monitoraġġ ta’ wara l-injezzjoni.


Kunjett għal użu ta’ darba biss għall-użu ġol-vitriju biss.


Qabel l-operazzjoni jistgħu jingħataw qtar kontra l-mikrobi skont id-diskrezzjoni tal-oftalmoloġista li qed jikkura.


Il-proċedura tal-injezzjoni fil-vitriju għandha ssir taħt kundizzjonijiet asettiċi kkontrollati, li jinkludu l-użu ta’ diżinfezzjoni tal-idejn permezz ta’ teknika użata waqt kirurġija, ingwanti sterili, drapp sterili, spekulu sterili għall-kappell tal-għajn (jew simili) u d-disponibilità ta’ paraċentesi sterili (jekk meħtieġ). Il-ġilda ta’ madwar l-għajn, il-kappell tal-għajn u s-superfiċje tal-għajn għandhom jiġu disinfettati u qabel l-injezzjoni għandhom jingħataw anestesija adegwata u mikrobijoċida topiku ta’ spettru wiesa’ skont il-prattika medika standard.


Għandu jingħata 0.1 mL mit-total ta’ 0.3 mL ta’ soluzzjoni fil-kunjett. Kwalunkwe volum żejjed għandu jitneħħa qabel l-injezzjoni biex tingħata doża waħda ta’ 0.1 mL li jkun fiha 0.125 mg ocriplasmin.


Il-labra tal-injezzjoni għandha tiddaħħal 3.5-4.0 mm wara l-limbus f’direzzjoni lejn iċ-ċentru tal-ħofra tal-vitriju filwaqt li jiġi evitat il-meridjan orizzontali. Il-volum ta’ 0.1 ml tal-injezzjoni mbagħad jingħata fil-vitriju tan-nofs.


Istruzzjonijiet għall-użu


  1. Oħroġ il-kunjett minn ġol-friża u ħallih jinħall f’temperatura ambjentali (madwar 2 minuti).

  2. Ladarba jkun inħall għal kollox, neħħi l-għatu protettiv blu tal-polypropylene billi tiġbdu ‘l fuq

    (Figura 1).

  3. Iddiżinfetta l-parti ta’ fuq tal-kunjett b’biċċa mxarrba bl-alkoħol (Figura 2).

  4. Eżamina sew il-kunjett sabiex tara jekk fihx xi frak. Għandha tintuża soluzzjoni ċara, bla kulur u mingħajr frak viżibbli.

  5. Permezz ta’ teknika asettika, iġbed is-soluzzjoni kollha permezz ta’ labra sterili xierqa (mejjel ftit il-kunjett sabiex tkun tista’ tiġbed is-soluzzjoni b’mod aktar faċli) (Figura 3) u armi l-labra wara li tiġbed il-kontenut tal-kunjett. Tużax din il-labra għall-injezzjoni ġol-vitriju.

  6. Issostitwixxi l-labra ma’ labra sterili xierqa, b’attenzjoni neħħi l-volum żejjed mis-siringa billi tagħfas il-planġer bil-mod biex it-tarf tal-planġer jinġieb mal-linja ta’ 0.1 mL fuq is-siringa (li tikkorrispondi għal 0.125 mg ocriplasmin) (Figura 4).

  7. Injetta 0.1 mL tas-soluzzjoni minnufih fil-vitriju tan-nofs.

  8. Armi l-kunjett u kwalunkwe fdal mhux użat tas-soluzzjoni wara li tkun użajtha darba biss.


Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.


JETREA

0.375 mg/0.3 mL soluzzjoni għall-injezzjoni


image


JETREA

0.375 mg/0.3 mL soluzzjoni għall-injezzjoni


image


JETREA

0.375 mg/0.3 mL soluzzjoni għall-injezzjoni


image

JETREA

0.375 mg/0.3 mL soluzzjoni għall-injezzjoni


image

Figura 1 Figura 2 Figura 3 Figura 4


Informazzjoni dwar il-ħażna

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta u fuq il-kartuna wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Aħżen fil-friża (-20 °C ± 5 °C). Wara li jinħall

Il-kunjett mhux miftuħ fil-kartuna oriġinali protett mid-dawl jista’ jinħażen fi friġġ (2 °C sa 8 °C) għal perjodu ta’ mhux aktar minn ġimgħa. Id-data ta’ meta jiskadi ta’ waqt l-użu l-ġdida għandha tiġi ikkalkulata u nnotata fuq il-kartuna qabel ma dan jitqiegħed fil-friġġ.


Ladarba jitneħħa mill-friża jew mill-friġġ, il-prodott mediċinali jista’ jinżamm f’temperatura ta’ inqas minn 25 °C għal perjodu ta’ mhux aktar minn 8 sigħat. Fl-aħħar ta’ dan il-perjodu il-prodott għandu jintuża jew jintrema.

Ladarba jinħall terġax tiffriża l-kunjett. Wara li jinfetaħ

Minn perspettiva mikrobijoloġika, il-prodott mediċinali għandu jintuża minnufih wara li jinfetaħ. Il-kunjett u kwalunkwe porzjon mhux użat tas-soluzzjoni jrid jintrema wara użu ta’ darba.