Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Revasc
desirudin

FULJETT TA’ TAGĦRIF: INFORMAZZJONI GĦAL MIN QED JAGĦMEL UŻU MINNHA


Revasc 15 mg/0.5 ml trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni


Desirudin


Aqra dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina.


uġigħ u jniżżlu d-deni, u sustanzi oħra mhux sterojdi użati kontra l-infjammazzjoni.


Tqala u treddigħ


M’għandekx tingħata Revasc jekk inti tqila. Revasc jista’ jikkawża ħsara serja lit-tarbija tiegħek. Għalhekk hu importanti li tgħid lit-tabib tiegħek jekk inti tqila jew jekk qed tippjana li toħroġ tqila. Jekk inti mara f’età li jista’ jkollok it-tfal, jista’ jsir test tat-tqala mit-tabib tiegħek biex tiżgura li m’intix tqila.


Hu rakkomandat li ma treddax matul il-kura.


  1. KIF GĦANDEK TUŻA REVASC


    Sejjer tingħata Revasc bħala injezzjoni taħt il-ġilda.


    Tittieħed b’injezzjoni subkutanja, preferibbilment f’post addominali. L-injezzjonijiet għandhom jingħataw f’mhux anqas minn erba’ postijiet differenti, b’sistema ta’ rotazzjoni. L-ewwel injezzjoni trid tinbeda minn 5 sa 15-il minuta qabel l-operazzjoni, iżda wara l-anasteżija reġjonali li tinblokka n- nervaturi, jekk ser tintuża. It-trattament b’desirudin imbagħad irid jitkompla darbtejn kuljum wara l- operazzjoni sa 9, għall-massimu ta’ 12-il jum, jew sakemm il-pazjent ikun kompletament mobbli, liema jiġri l-ewwel. Bħalissa, m’hemx esperjenza klinika li tiffavorixxi l-użu ta’ Revasc għal aktar minn 12-il jum.


    Dożaġġ tas-soltu


    Dejjem għandek tieħu Revasc eżattament kif jgħidlek it-tabib tiegħek. Għandek tistaqsi lit-tabib jew l- ispiżjar tiegħek jekk m’intix ċert. Id-doża tas-soltu hija ta’ 15 mg injettata darbtejn kuljum għal 9

    ijiem sa massimu ta’ 12-il jum. Sejjer tingħata l-ewwel injezzjoni minn 5 sa 15-il minuta qabel l- operazzjoni. Jekk teħtieġ trattament aktar fit-tul minn 12-il jum, it-tabib jista’ jaqliblek fuq mediċina oħra.


    Jekk għandek mard tal-kliewi jew tal-fwied, it-tabib jew l-infermier jimmoniterjalek l-istat tat-tagħqid tad-demm, u jista’ jibdillek id-doża jew l-iskeda ta’ dożaġġ skond il-bżonn.


    Jekk tieħu aktar Revasc milli suppost:


    Doża eċċessiva ta’ Revasc tista’ twassal għall-ħruġ ta’ demm. Jekk dan sseħħ, Revasc ser jitwaqqaf u tingħata l-kura għall-ħruġ ta’ demm.


    Jekk tinsa tieħu Revasc


    Jekk tħalli barra doża waħda ta’ din il-mediċina, għandha tingħatalek mill-aktar fis. Jekk ikun kważi wasal il-ħin għad-doża li tmiss għandek taqbeż id-doża li tlift, u tmur lura għall-iskeda normali ta’ dożaġġ. Id-doża m’għandiex tkun irduppjata.


  2. EFFETTI SEKONDARJI LI JISTA’ JKOLLU


    Bħal kull mediċina oħra, Revasc jista’ jkollu effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd. Xi wħud minn dawn l-effetti jistgħu jkunu bħall-dawk ta’ l-operazzjoni. L-aktar effett komuni huwa l-ħruġ tad-demm.


    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    Għid lit-tabib jew l-infermier mill-aktar fis jekk jkollok kwalunkwe wieħed minn dawn l-effetti jokkorru, filwaqt li xi wħud minnhom jistgħu jkunu mifxula ma’ l-effetti ta’ l-operazzjoni.


    Effetti sekondarji komuni rappurtati (li x’aktarx li ser jaffettwaw bejn 1 minn kull 10 u 1 minn kull 100 pazjent):

    Għeja jew dgħjufija mhux tas-soltu (anemija), nawseja, tnixxija ta’ fluwidu mill-feriti, pressjoni tad-

    demm baxxa, deni, infjammazzjoni tal-vini li xi kultant tkun akkompanjata minn embolu, nefħa fis-sit ta’ l-injezzjoni, tbenġil, nefħa tal-riġlejn ikkawżata miż-żamma tal-fluwidu, reazzjonijiet allerġiċi mhux fatali.


    Effetti sekondarji mhux komuni (li x’aktarx li ser jaffettwaw bejn 1 minn kull 100 u 1 minn kull 1,000 pazjent):

    Żieda fl-enzimi tal-fwied, sturdament, ma tkunx tista’ torqod, konfużjoni, tħossok bla nifs, rimettar (bi

    jew mingħajr demm), stitikezza, demm fl-awrina tiegħek, diffikultà biex tagħmel l-awrina, raxx, ħakk (urtikarja), livelli baxxi ta’ potassium fid-demm, sensazzjoni ta’ ħruq meta tagħmel l-awrina kif ukoll b’żieda fil-frekwenza ta’ meta tagħmel l-awrina, fejqan bil-mod tal-feriti, ħruġ ta’ demm mill- imnieħer, pressjoni tad-demm għolja, uġigħ (li jinkludi uġigħ fir-riġlejn, fl-istonku u/jew fis-sider).


    Effetti sekondarji rari (li x’aktarx li ser jaffettwaw bejn 1 minn kull 1,000 u 1 minn kull 10,000 pazjent):

    Antikorpi anti-hirudin kienu osservati ma’ l-espożizzjoni mill-ġdid


    Ħruġ tad-demm fatali kienu irrapportati f’każijiet iżolati.


    Jekk xi wieħed mill-effetti sekondarji jiggrava, jew jekk tinnota xi effetti sekondarji li mhumiex imsemmijin f’dan il-fuljett, jekk jogħġbok għid lit-tabib, lin-ners jew lill-ispiżjar tiegħek.


  3. KIF TAĦŻEN REVASC


    Żomm fejn ma jintlaħaqx u ma jidhirx mit-tfal.

    Tużax Revasc wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-kartuna u l-pakkett.

    Taħżinx f’temperaturi ’l fuq minn 25°C. Żommu l-kunjett u l-ampulla fil-kaxxa tal-kartun ta’ barra. Wara li ssir it-taħlita, l-użu immedjat huwa irrakkomandat. Madankollu, l-istabbiltà tiegħu waqt l-użu

    ntweriet li tibqa’ tajba sa 24 siegħa, meta jinżamm bejn 2oC u 8oC (fil-friġġ).


    M’għandekx tuża Revasc jekk tara li t-taħlita għall-injezzjoni għandha frak viżibbli.


    Il-mediċini m’għandhomx jintremew ma’ l-ilma tad-dranaġġ jew ma’ l-iskart domestiku. Staqsi lill- ispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għandekx bżonn. Dawn il-miżuri jgħinu għal protezzjoni ta’ l-ambjent.


  4. AKTAR TAGĦRIF


X’fih Revasc


Is-sustanza attiva hi desirudin (15 mg/0.5 ml trab).

L-ingredjenti l-oħrajn fit-trab huma magnesium chloride u sodium hydroxide. Is-solvent fl-ingredjenti huma mannitol u ilma.


Tagħrif importanti dwar xi wħud mis-sustanzi ta’ Revasc


Dan il-prodott mediċinali fih anqas minn 1 mmol ta’ sodium (23 mg) f’kull 0.5 ml, i.e. hu essenzjalment ‘ħieles mis-sodium’.


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Id-dehra ta’ Revasc u d-daqs tal-pakkett


Revasc jikkonsisti f’kunjett li fih trab abjad trab u ampulla li fiha solvent ċar u bla kulur għal soluzzjoni għall-injezzjoni.


Daqsijiet tal-pakketti: 1 kunjett u 1 ampulla f’pakkett wieħed

2 kunjetti u 2 ampulli f’pakkett wieħed 10 kunjetti u 10 ampulli f’pakkett wieħed


Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għal skop kummerċjali.


Id-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-manifattur


Id-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq: Canyon Pharmaceuticals Limited

7th Floor

52-54 Gracechurch Street London EC3V 0EH

Renju Unit


Il-manifattur hu:

Canyon Pharmaceuticals GmbH Unter Gereuth 10

D-79353 Bahlingen a.K. Ġermanja


Dan il-fuljett kien approvat l-aħħar f’