Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Litak
cladribine

FULJETT TA’ TAGĦRIF: INFORMAZZJONI GĦALL-UTENT


LITAK 2 mg/ml soluzzjoni għall-injezzjoni

cladribine


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tuża LITAK.


Fi kwalunkwe ħin matul jew wara l-kura tiegħek, għid lit-tabib jew lill-infermier tiegħek minnufih jekk: tesperjenza vista mċajpra, telf tal-vista jew vista doppja, diffikultà biex titkellem, dgħjufija fi driegħ jew f’riġel, tibdil fil-mod kif timxi jew problemi bil-bilanċ tiegħek, tnemnim persistenti, sensazzjoni mnaqqsa jew telf ta’ sensazzjoni, telf ta’ memorja jew konfużjoni. Dawn kollha jistgħu jkunu sintomi ta’ kundizzjoni serja u potenzjalment fatali tal-moħħ magħrufa bħala lewkoenċefalopatija multifokali progressiva (PML).


Jekk kellek dawn is-sintomi qabel il-kura bi cladribine, għid lit-tabib tiegħek dwar kwalunkwe tibdil f’dawn is-sintomi.

Għid lit-tabib tiegħek jekk għandek jew kellek:


Qabel u waqt it-trattament b’LITAK, int ser ikollok testijiet regolari tad-demm sabiex jiġi verifikat li ma jkunx ta’ periklu għalik li tkompli bit-trattament. It-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li għandek tirċievi trasfużjonijiet tad-demm biex ittejjeb il-livell tiegħek ċelluli tad-demm. Barra minn hekk, il- funzjoni xierqa tal-fwied u l-kliewi tiegħek ser tiġi eżaminata.


Jekk trid tnissel tarbija, jekk jogħġbok għarraf lit-tabib tiegħek qabel ma tibda t-trattament b’LITAK. M’għandekx tnissel tarbija matul it-trattament u sa 6 xhur wara li jieqaf it-trattament b’LITAK. It- tabib tiegħek jista’ jinfurmak dwar il-possibbiltà li taħżen sperma fi friża speċjali (konservazzjoni krijoġenika).


Mediċini oħra u LITAK

Jekk jogħġbok għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta. B’mod partikulari, għid lit-tabib tiegħek jekk qed tuża kwalunkwe mediċina li fiha:


Kif jidher LITAK u l-kontenut tal-pakkett

LITAK hu disponibbli f’kunjetti tal-ħġieġ li fihom 5 ml ta’ soluzzjoni għall-injezzjoni ċara u bla kulur. Daqs tal-pakkett ta’ 1 jew 5 kunjetti. Jista’ jkun li mhux id-daqsijiet kollha jkunu għal skop kummerċjali.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Lipomed GmbH Hegenheimer Strasse 2 D-79576 Weil/Rhein Il-Ġermanja


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lid-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat- Tqegħid fis-Suq.


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar fi


.


ISTRUZZJONIJIET GĦALL-INJEZZJONI


Din is-sezzjoni fiha informazzjoni dwar kif għandek tagħti injezzjoni b’LITAK. Huwa importanti li ma tippruvax tinjetta lilek innifsek ħlief jekk ma tkunx ingħatajt struzzjonijiet mit-tabib jew mill- infermier tiegħek. It-tabib tiegħek ser jgħidlek kemm LITAK ikollok bżonn u kemm ta’ sikwit għandek tinjetta lilek nnifsek. LITAK għandu jiġi injettat ġot-tessut appena taħt il-ġilda (injezzjoni taħt il-ġilda). Jekk ikollok xi mistoqsija dwar l-għoti tal-injezzjoni, jekk jogħġbok staqsi lit-tabib jew lill-infermier tiegħek għall-għajnuna.

LITAK hu ċitotossiku u għalhekk għandu jiġi mmaniġġjat bl-attenzjoni. Meta LITAK ma jingħatax mill-pazjent stess, l-użu ta’ ingwanti u ħwejjeġ protettivi li jintremew wara li jintużaw, hu rakkomandat meta timmaniġġja u tagħti LITAK. Jekk LITAK imiss mal-ġilda jew l-għajnejn, laħlaħ il-wiċċ involut minnufih b’ammonti kbar ta’ ilma. Nisa tqal iridu jevitaw kuntatt ma’ LITAK.


X’għandi bżonn għall-injezzjoni?


Sabiex tagħti injezzjoni taħt il-ġilda lilek innifsek, ser ikollok bżonn:



X’għandi nagħmel qabel ma nagħti l-injezzjoni ta’ LITAK lili nnifsi taħt il-ġilda?


  1. Qabel ma’ tinjetta, ħalli LITAK jilħaq it-temperatura tal-kamra.


  2. Aħsel idejk sew.


  3. Sib post fejn tista’ toqgħod komdu, imdawwal tajjeb u qiegħed kull ħaġa li teħtieġ fejn tista tilħaqha.


Kif għandi nipprepara l-injezzjoni?


Qabel ma tinjetta LITAK, inti għandek tagħmel li ġej:


  1. Neħħi l-għatu aħmar protettiv minn fuq il-kunjett ta’ LITAK. Tneħħix it-tapp tal-lastku tal- kunjett. Aħsel it-tapp tal-lastku tal-kunjett b’biċċa bl-alkoħol. Oħrog s-siringa mill-ippakkjar mingħajr ma tmiss it-tarf tas-siringa. Neħħi l-labra tal-injezzjoni mill-l-ippakkjar u poġġiha b’mod ferm f’postha fuq ir-ras tas-siringa Neħħi l-protezzjoni tal-labra mingħajr ma tmiss il- labra.


  2. Imbotta l-labra ġot-tapp tal-lastku tal-kunjett u aqleb il-kunjett u s-siringa rashom ’l isfel. Kun żgur li t-tarf tal-labra qiegħed fis-soluzzjoni.


  3. Iġbed il-volum korrett ta’ LITAK fis-siringa billi tiġbed lura l-‘plunger’ (it-tabib tiegħek għandu jgħidlek kemm ml ta’ LITAK għandek bżonn biex tinjetta).


  4. Iġbed il-labra ’l barra mill-kunjett.


  5. Aċċerta ruħek li ma baqax arja fis-siringa: ipponta l-labra ’l fuq u imbotta l-arja ’l barra.


  6. Ara li għandek il-volum korrett.


  7. Injetta minnufih.

Fejn għandi nagħti l-injezzjoni?


image

Fejn għandi nagħti l-injezzjoni?


L-aktar postijiet adattati biex tinjetta lilek innifsek huma murija hawnhekk: in-naħa ta’ fuq tal-koxox u ż-żaqq, ħlief għall-erja ta’ madwar iż-żokra. Jekk xi ħadd ieħor ser jinjettak, jista’ juża wkoll il-wiċċ ta’ barra tan-naħa ta’ fuq ta’ l-idejn jew tal-warrani.


image

  1. Iddiżinfetta l-ġilda tiegħek billi tuża biċċa bl- alkoħol, stenna sakemm l-erja tinxef u oqros l-il-ġilda bejn sebgħek il-kbir u s-saba’ l- werrej, mingħajr ma tagħfasha.


  2. Daħħal il-labra kollha kemm hi ġol-ġilda f’angola ta’ madwar 45°, kif muri fl-istampa.


    image

  3. Iġbed ftit il-‘plunger’ biex tiċċekkja li l-ebda vina jew arterja tad-demm ma kienet imtaqba. Jekk tara d-demm fis-siringa, neħħi l-labra u poġġiha mill-ġdid f’post ieħor.


  4. Injetta l-likwidu bil-mod u b’mod konsistenti għal madwar minuta, bil-ġilda dejjem miżmuma maqrusa.


  5. Wara li tinjetta l-likwidu, neħħi l-labra.


  6. Qiegħed is-siringa użata f’kontenitur li ma jittaqqabx. Uża siringa u labra tal-injezzjoni ġdida għal kull injezzjoni. Il-kunjetti għandhom jintużaw darba biss. Kull porzjon tal-prodott li jibqa’ għandu jkun irritornat għand it-tabib jew l-spiżjar tiegħek biex jintrema kif suppost.


Kif tarmi s-siringi użati


Qiegħed is-siringi wżati f’kontenitur li ma jittaqqabx u żommu fejn ma jintlaħaqx u ma jidhirx mit- tfal.


Armi l-kontenitur li ma jittaqqabx kif jgħidlek it-tabib, l-infermier jew l-ispiżjar tiegħek. Titfax is-siringi wżati fil-landa taż-żibel normali tad-dar.