Melovem
Melossikam
Melovem huwa mediċina li fiha s-sustanza attiva melossikam. Jiġi f’soluzzjoni għall-injezzjoni (5 mg/ml u 20 mg/ml u 30 mg/ml).
Melovem huwa ‘ġeneriku’. Dan ifisser li Melovem huwa simili għal ‘mediċina veterinarja ta’ referenza’ li fiha l-istess sustanza attiva. Filwaqt li l-mediċina ta’ referenza, Metacam, tiġi f’soluzzjonijiet ta’ 5 mg/ml u 20 mg/ml għal injezzjoni, Melovem jiġi wkoll bħala soluzzjoni għal injezzjoni ta’ 30 mg/ml.
Melovem jintuża fuq il-frat, flimkien ma’ terapija antibijotika adatta, biex jitnaqqsu s-sintomi tal- infezzjoni respiratorja akuta (infezzjoni fil-pulmun u fil-passaġġi tal-arja). Jintuża flimkien ma’ terapija orali ta’ reidratazzjoni (mediċini li jingħataw b’mod orali biex jistabbilizzaw il-livell tal-ilma fil-ġisem) kontra d-dijarrea f’għoġġiela ikbar minn ġimgħa jew fi frieħ ta’ età żgħira li ma jkunux qed jiġu mreddgħa. Is-soluzzjonijiet għal injezzjoni ta’ 20 mg/ml u 30 mg/ml jintużaw ukoll flimkien ma’ terapija antibijotika għat-trattament tal-mastite akuta (infjammazzjoni fil-glandola mammarja).
Is-soluzzjoni għal injezzjoni Melovem (5 mg/ml, 20 mg/ml u 30 mg/ml) tintuża fil-ħnieżer biex jitnaqqsu s-sintomi taz-zappip (disturb fil-mixi normali) u l-infjammazzjoni f’disturbi lokomotorji mhux infettivi tal-mixi (mard li jaffettwa l-abbiltà tal-mixi). Is-soluzzjoni għal injezzjoni ta’ 5 mg/ml tista’ tintuża għat-taffija tal-uġigħ postoperattiv assoċjat ma’ kirurġija minuri tat-tessut artab bħall-
kastrazzjoni (it-tneħħija tat-testikoli b’intervent kirurġiku). Is-soluzzjoni għal injezzjoni tista’ tintuża flimkien ma’ terapija antibijotika adatta għat-trattament ta’ mard wara t-tifrigħ (il-ħlas) bħas- settiċemija (batterji fid-demm) u t-tossjemija tat-tifrigħ stat tossiku) (is-sindromu tal-mastite-metrite- agalassija).
Is-soluzzjoni għall-injezzjoni Melovem (20 mg/ml) tintuża fiż-żwiemel biex ittaffi l-uġigħ koliku (uġigħ addominali) u l-infjamazzjoni u l-uġigħ f’disturbi muskuloskeletriċi.
Melovem fih il-melossikam li jappartjeni għal klassi ta’ mediċini msejħin mediċini anti-infjammatorji mhux sterojdali (NSAIDs). Il-melossikam taġixxi billi timblokka enzima msejħa ċikloossiġenażi li hija involuta fil-produzzjoni tal-prostaglandina. Peress li l-prostaglandini huma sustanzi li jiskattaw l- infjamazzjoni, l-uġigħ u t-tagħriq (fluwidu fl-għamla ta’ għaraq li joħroġ mill-vini matul l-infjamazzjoni) u d-deni, il-melossikam tnaqqas is-sinjali tal-mard.
Saru studji kemm fuq l-għoġġiela kif ukoll il-ħnieżer biex juru li Melovem huwa bijoekwivalenti għall- mediċina ta’ referenza, Metacam.
Peress li Melovem tqies bijoekwivalenti mal-mediċina ta’ referenza, il-benefiċċju tiegħu jitqies bħala analogu għal dak tal-mediċina ta’ referenza. Żewġ mediċini jkunu bijoekwivalenti meta jipproduċu l- istess livelli tas-sustanza attiva fil-ġisem.
Fil-bhejjem tal-ifrat u fil-ħnieżer ġiet osservata nefħa żgħira temporanja fis-sit tal-injezzjoni wara injezzjoni taħt il-ġilda u fil-muskolu. Jista’ jkun li fiż-żwiemel tiżviluppa nefħa temporanja fis-sit tal-
injezzjoni, iżda din tgħaddi mingħajr l-ebda ħtieġa ta’ intervent.
F’każijiet rari ħafna jistgħu jseħħu reazzjonijiet anafilaktojde gravi jew fatali (simili għal reazzjonijiet allerġiċi severi) wara li tingħata injezzjoni u dawn għandhom jiġu ttrattati skont is-sintomi.
Melovem ma għandux jintuża f’annimali li għandhom problemi fil-fwied, f’qalbhom jew fil-pulmun, li jbatu minn disturbi relatati mad-demm, jew li jbatu minn irritazzjoni jew ulċeri fil-musrana diġestiva. Melovem ma għandux jintuża f’annimali li jkunu ipersensittivi (allerġiċi) għas-sustanza attiva jew xi waħda mis-sustanzi l-oħra tiegħu. Għat-trattament tad-dijarrea tal-bhejjem tal-ifrat, Melovem m’għandux jintuża f’annimali li għandhom inqas minn ġimgħa. Melovem m’għandux jintuża fi żwiemel li għandhom inqas minn sitt ġimgħat.
Il-persuni ipersensittivi (allerġiċi) għall-NSAIDs għandhom jevitaw il-kuntatt ma’ Melovem. Jekk xi ħadd b’mod aċċidentali jinjetta ruħu bil-mediċina għandu minnufih jitlob parir mingħand tabib.
Il-perjodu ta’ tiżmim huwa ż-żmien li jrid jgħaddi wara li tingħata l-mediċina u qabel ma l-annimal ikun jista’ jinqatel u l-laħam tiegħu jintuża għall-konsum mill-bniedem jew qabel ma l-bajd jew il-ħalib
tiegħu jista’ jintuża għall-konsum mill-bniedem. Il-perjodu ta’ rtirar huwa wkoll iż-żmien permess wara l-amministrazzjoni tal-mediċina qabel ma l-ħalib ikun jista’ jintuża għall-konsum mil-bniedem.
Frat
Il-perjodu ta’ tiżmim għal-laħam huwa ta’ 15-il jum għall-bhejjem tal-ifrat u ħamest ijiem għall-ħalib. Ħnieżer
Għal-laħam il-perjodu ta' tiżmim huwa ta' ħamest ijiem. Żwiemel
Għal-laħam il-perjodu ta' tiżmim huwa ta' ħamest ijiem. Il-prodott mhux awtorizzat għall-użu fid-dwieb
li jipproduċu l-ħalib għall-konsum mill-bniedem.
Is-CVMP ikkunsidra li, skont ir-rekwiżiti tal-Unjoni Ewropea, Melovem intwera li huwa bijoekwivalenti għal Metacam. Għalhekk il-fehma tas-CVMP kienet li, l-istess bħal Metacam, il-benefiċċji ta’ Melovem huma akbar mir-riskji tiegħu għall-indikazzjonijiet approvati u l-Kumitat irrakkomanda li Melovem jingħata awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq. Il-bilanċ bejn il-benefiċċji u r-riskji jista' jiġi kkonsultat fil-modulu ta’ diskussjoni xjentifika ta' dan l-EPAR.
Il-Kummissjoni Ewropea tat awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq valida fl-Unjoni Ewropea kollha, għal Melovem fis-7 ta’ Lulju 2009. Informazzjoni dwar l-istatus tal-preskrizzjoni ta’ dan il-prodott tista’ tinstab fuq it-tikketta/il-pakkett ta’ barra.
Dan is-sommarju ġie aġġornat l-aħħar f’Lulju 2013.
EMA/308045/2009 EMEA/V/C/152
Melovem
Melossikam
Dan id-dokument huwa sommarju tar-Rapport Pubbliku Ewropew ta’ Valutazzjoni. Dan għandu l-għan li jispjega kif il-valutazzjoni li saret mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju (CVMP) abbażi tad-dokumentazzjoni pprovduta wasslet għar-rakkomandazzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet tal- użu tiegħu.
Dan id-dokument ma jistax jissostitwixxi diskussjoni wiċċ imb wiċċ mal-veterinarju tiegħek. Jekk teħtieġ iktar informazzjoni dwar il-kundizzjoni medika jew it-trattament tal-annimal tiegħek, ikkuntattja lill-veterinarju tiegħek. Jekk tixtieq iktar informazzjoni relatata mar-rakkomandazzjonijiet tas-CVMP, aqra d-diskussjoni xjentifika (ukoll parti mill-EPAR).
© 2015.
23 1B 18 B6 2F 5D 43 A8 E0 61 4A 51 5E A1 D1 C8 1E 60 DA 39 87 5A 7A A7 1B 17 54 D9 75 8A 31 B1 88 95 B5 78 A8 79 12 13 9F 95 01 84 5C 6F 1F B7 96 9D DA C1 03 F3 2A 1A A7 BD 66 41 62 4C 8F B7 91 75 F4 18 EB DC 2A F4 CA 1F B5 D1 CD FF B5 C1 3B 5F 69 30 B5 1C 92 A2 AC 55 E6 B3 C5 D3 2D 24 F2 89 94 6A 60 CC FC 2D 49 06 9C 05 7E 8B 19 51 68 4A 8D B6 43 C7 D7 18 15 EB BC 16 94 87 5F 52