Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Micardis
telmisartan

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent Micardis 20 mg pilloli

telmisartan


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.


F’dan il-fuljett

  1. X’inhu Micardis u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Micardis

  3. Kif għandek tieħu Micardis

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen Micardis

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Micardis u gћalxiex jintuża


    Micardis jagħmel parti minn klassi ta’ mediċini magħrufa bħala antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II. Angiotensin II huwa sustanza magħmula fil-ġisem tiegħek li tikkawża li l-vini/arterji tad-demm tiegħek jidjiequ, u b’hekk tiżdied il-pressjoni tad-demm. Micardis jimblokka l-effett ta’ angiotensin II biex b’hekk il-vini u l-arterji jirrilassaw, u l-pressjoni tad-demm tiegħek tonqos.


    Micardis jintuża biex jittratta pressjoni għolja essenzjali (pressjoni tad-demm għolja) f’pazjenti adulti. ‘Essenzjali’ tfisser li l-pressjoni tad-demm għolja mhijiex ikkawżata minn xi kondizzjoni oħra.


    Jekk il-pressjoni tad-demm għolja ma tkunx ittrattata, tista’ tagħmel ħsara lill-vini jew lill-arterji f’diversi organi, u dan xi kultant jista’ jwassal għal attakk tal-qalb, insuffiċjenza tal-qalb jew tal- kliewi, puplesija, jew telf tal-vista. Ġeneralment ma jkunx hemm sintomi ta’ pressjoni tad-demm għolja qabel ma ssir il-ħsara. Għaldaqstant huwa importanti li tkejjel il-pressjoni tad-demm b’mod regolari biex tivverifika li qiegħda fil-medda normali.


    Micardis jintuża wkoll biex inaqqas avvenimenti kardjovaskulari (i.e. attakk ta’ qalb jew puplesija) f’adulti li huma f’riskju minħabba li għandhom provvista ta’ demm imnaqqsa jew imblukkata lejn il- qalb jew ir-riġlejn, jew li kellhom puplesija jew li għandhom dijabete ta’ riskju għoli. It-tabib tiegħek jista’ jgħidlek jekk għandekx riskju għoli għal dawn l-avvenimenti.


  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Micardis Tiħux Micardis

    • jekk inti allerġiku għal telmisartan jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis- sezzjoni 6).

    • jekk għandek aktar minn 3 xhur tqala. (Ikun aħjar ukoll li tevita Micardis waqt tqala bikrija – ara s-sezzjoni dwar it-tqala.)

    • jekk għandek problemi severi tal-fwied bħal kolestasi jew ostruzzjoni biljari (problemi fit- tnixxija tal-bila mill-fwied u mill-bużżieqa tal-marrara) jew kwalunkwe mard sever ieħor tal- fwied.

    • jekk għandek id-dijabete jew indeboliment fil-funzjoni tal-kliewi u qed tiġi ttrattat b’mediċina li tbaxxi l-pressjoni tad-demm li fiha aliskiren.

      Jekk xi waħda minn t’hawn fuq tapplika għalik, għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Micardis.


      Twissijiet u prekawzjonijiet

      Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu Micardis jekk qed tbati jew jekk fil-passat batejt minn kwalunkwe waħda mill-kondizzjonijiet jew mard li ġejjin:


    • Mard tal-kliewi jew trapjant tal-kliewi.

    • Stenożi tal-arterji tal-kliewi (tidjiq tal-arterji lejn kilwa waħda jew lejn iż-żewġ kliewi).

    • Mard tal-fwied.

    • Problemi tal-qalb.

    • Livelli għoljin ta’ aldosterone (iż-żamma tal-ilma u l-melħ fil-ġisem flimkien ma’ żbilanċ ta’ diversi minerali fid-demm).

    • Pressjoni tad-demm baxxa (ipotensjoni), x’aktarx li sseħħ jekk tkun deidratat (telf eċċessiv ta’ ilma mill-ġisem) jew jekk ikollok nuqqas ta’ melħ ikkawżat minn terapija dijuretika ('pilloli tal- awrina'), dieta b’livell baxx ta’ melħ, dijarea, jew rimettar.

    • Livelli għolja ta’ potassium fid-demm tiegħek.

    • Dijabete.


      Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu Micardis:

    • jekk qed tieħu kwalunkwe waħda mill-mediċini li ġejjin li jintużaw biex jittrattaw pressjoni tad- demm għolja:

      • inibitur ta’ ACE (pereżempju enalapril, lisinopril, ramipril), b’mod partikulari jekk għandek problemi tal-kliewi relatati mad-dijabete.

      • aliskiren.

        It-tabib tiegħek jista’ jiċċekkja l-funzjoni tal-kliewi, il-pressjoni tad-demm, u l-ammont ta’ elettroliti (eż. potassium) fid-demm tiegħek f’intervalli regolari. Ara wkoll l-informazzjoni taħt l-intestatura “Tiħux Micardis”.

    • jekk qed tieħu digoxin.


      Għandek tgħid lit-tabib tiegħek jekk taħseb li inti (jew jekk tista’ toħroġ) tqila. Micardis mhuwiex rakkomandat waqt tqala bikrija u m’għandux jittieħed jekk għandek aktar minn 3 xhur tqala, għax jista’ jikkawża ħsara serja lit-tarbija tiegħek jekk jintuża f’dik il-fażi (ara s-sezzjoni dwar it-tqala).

      F’każ ta’ operazzjoni jew loppju, għandek tgħid lit-tabib tiegħek li qed tieħu Micardis. Micardis jista’ jkun anqas effettiv biex inaqqas il-pressjoni tad-demm f’pazjenti suwed. Tfal u adolexxenti

      L-użu ta’ Micardis fit-tfal u l-adolexxenti sal-età ta’ 18-il sena mhuwiex rakkomandat.


      Mediċini oħra u Micardis

      Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra. It-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jibdel id-doża ta’ dawn il-medikazzjonijiet l-oħrajn, jew jieħu prekawzjonijiet oħrajn. F’xi każijiet, jista’ jkollok tieqaf tieħu waħda mill-mediċini. Dan japplika b’mod speċjali għall-mediċini elenkati hawn taħt li jittieħdu fl-istess ħin ma’ Micardis:


    • Mediċini li fihom il-lithium għat-trattament ta’ xi tipi ta’ depressjoni.

    • Mediċini li jistgħu jżidu il-livelli tal-potassium fid-demm bħal sostituti tal-melħ li fihom il- potassium, dijuretiċi li ma jneħħux il-potassium (ċerti 'pilloli tal-awrina'), inibituri ta’ ACE, antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II, NSAIDs (mediċini anti-infjammatorji mhux sterojdi, eż. aspirina jew ibuprofen), eparina, immunosoppressivi (eż. cyclosporin jew tacrolimus), u l- antibijotiku trimethoprim.

    • Dijuretiċi ('pilloli tal-awrina'), speċjalment jekk jittieħdu b’dożi għoljin flimkien ma’ Micardis, jistgħu jwasslu għal telf eċċessiv ta’ ilma mill-ġisem u pressjoni tad-demm baxxa (ipotensjoni).

    • Jekk qed tieħu inibitur ta’ ACE jew aliskiren (ara wkoll l-informazzjoni taħt l-intestaturi “Tiħux Micardis” u “Twissijiet u prekawzjonijiet”).

    • Digoxin.


    L-effett ta’ Micardis jista’ jitnaqqas meta tieħu NSAIDs (mediċini anti-infjammatorji mhux sterojdi, eż. aspirina jew ibuprofen) jew kortikosterojdi.


    Micardis jista’ jżid l-effett ta’ tnaqqis tal-pressjoni tad-demm ta’ mediċini oħra li jintużaw għat- trattament ta’ pressjoni tad-demm għolja jew ta’ mediċini b’potenzjal li jbaxxu l-pressjoni tad-demm (eż. baclofen, amifostine). Barra minn hekk, pressjoni tad-demm baxxa tista’ tiġi aggravata permezz ta’ alkoħol, barbiturati, narkotiċi jew antidepressanti. Tista’ tinnota dan bħala sturdament meta tqum bilwieqfa. Għandek tikkonsulta mat-tabib tiegħek jekk ikun hemm bżonn li taġġusta d-doża tal- mediċina l-oħra tiegħek waqt li tkun qed tieħu Micardis.


    Tqala u treddigħ

    Tqala

    Għandek tgħid lit-tabib tiegħek jekk taħseb li inti (jew jekk tista’ toħroġ) tqila. Normalment, it-tabib tiegħek ser jagħtik parir biex tieqaf tieħu Micardis qabel ma toħroġ tqila jew hekk kif issir taf li inti tqila, u ser jagħtik parir biex tieħu mediċina oħra minflok Micardis. Micardis mhuwiex rakkomandat waqt tqala bikrija, u m’għandux jittieħed meta mara jkollha aktar minn 3 xhur tqala, għax jista’ jikkawża ħsara serja lit-tarbija tiegħek jekk jintuża wara t-tielet xahar tat-tqala.


    Treddigħ

    Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tredda’ jew jekk ser tibda tredda’. Micardis mhuwiex rakkomandat

    għal ommijiet li jkunu qed ireddgħu, u t-tabib tiegħek jista’ jagħżel trattament ieħor għalik jekk tixtieq tredda’, speċjalment jekk it-tarbija tiegħek tkun tat-twelid, jew jekk tkun twieldet qabel iż-żmien.


    Sewqan u tħaddim ta’ magni

    Xi persuni jħossuhom storduti jew għajjenin meta jieħdu Micardis. Jekk tħossok stordut jew għajjien, m’għandekx issuq jew tħaddem magni.


    Micardis fih sorbitol

    Din il-mediċina fiha 84.32 mg sorbitol f’kull pillola.


    Micardis fih sodium

    Din il-mediċina fiha anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull pillola, jiġifieri essenzjalment ‘ħieles mis-sodium’.


  3. Kif għandek tieħu Micardis


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Id-doża rakkomandata hija ta’ pillola waħda kuljum. Ipprova ħu l-pillola fl-istess ħin kuljum.

    Tista’ tieħu Micardis mal-ikel jew mingħajr l-ikel. Il-pilloli għandhom jinbelgħu ma’ ftit ilma jew ma’ xi xarba oħra li mhix alkoħolika. Huwa importanti li tieħu Micardis kuljum sakemm it-tabib tiegħek jgħidlek biex tieqaf. Jekk tħoss li l-effett ta’ Micardis huwa qawwi jew dgħajjef wisq, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


    Għat-trattament ta’ pressjoni tad-demm għolja, id-doża tas-soltu ta’ Micardis għall-biċċa l-kbira tal- pazjenti hi ta’ pillola waħda ta’ 40 mg darba kuljum biex tikkontrolla l-pressjoni tad-demm għal perjodu ta’ 24 siegħa. It-tabib tiegħek irrakkomandalek doża aktar baxxa ta’ pillola waħda ta’ 20 mg kuljum. Micardis jista’ jintuża wkoll flimkien ma’ dijuretiċi ('pilloli tal-awrina') bħal hydrochlorothiazide, li ntwera li għandhom effett ta’ tnaqqis tal-pressjoni tad-demm addittiv ma’ Micardis.

    Għat-tnaqqis ta’ avvenimenti kardjovaskulari, id-doża tas-soltu ta’ Micardis hi ta’ pillola waħda ta’

    80 mg darba kuljum. Fil-bidu tat-terapija preventiva b’Micardis 80 mg, il-pressjoni tad-demm għandha tiġi mmonitorjata b’mod frekwenti.


    Jekk il-fwied tiegħek ma jkunx qed jaħdem kif suppost, id-doża tas-soltu m’għandhiex taqbeż 40 mg darba kuljum.


    Jekk tieħu Micardis aktar milli suppost

    Jekk aċċidentalment tieħu pilloli żejda, ikkuntattja lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek, jew lid- dipartiment tal-emerġenza tal-eqreb sptar immedjatament.


    Jekk tinsa tieħu Micardis

    Jekk tinsa tieħu doża, tinkwetax. Ħudha hekk kif tiftakar, imbagħad kompli bħas-soltu. Jekk ma tiħux il-pillola tiegħek f’jum wieħed, ħu d-doża normali tiegħek fil-jum ta’ wara. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal dożi individwali li tkun insejt tieħu.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    Xi effetti sekondarji jistgħu jkunu serji u jeħtieġu attenzjoni medika immedjata

    Għandek tkellem lit-tabib tiegħek immedjatament jekk ikollok xi wieħed mis-sintomi li ġejjin:


    Sepsis* (ta’ spiss imsejjaħ “avvelenament tad-demm”, huwa infezzjoni severa b’rispons infjammatorju tal-ġisem kollu), nefħa mgħaġġla tal-ġilda u l-mukuża (anġjoedima); dawn l-effetti sekondarji huma rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000) iżda huma serji ħafna u l-pazjenti għandhom jieqfu jieħdu l-mediċina u jkellmu lit-tabib tagħhom immedjatament. Jekk dawn l-effetti ma jiġux ittrattati, jistgħu jkunu fatali.


    Effetti sekondarji possibbli ta’ Micardis

    Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10):

    Pressjoni tad-demm baxxa (ipotensjoni) f’persuni ttrattati għal tnaqqis ta’ avvenimenti kardjovaskulari


    Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100):

    Infezzjonijiet fl-apparat tal-awrina, infezzjonijiet fil-parti ta’ fuq tal-apparat respiratorju (eż. uġigħ fil- griżmejn, sinuses infjammati, riħ komuni), defiċjenza ta’ ċelluli ħomor tad-demm (anemija), livelli għolja ta’ potassium, diffikultà biex torqod, tħossok imdejjaq/imdejqa (depressjoni), ħass ħażin (sinkope), sensazzjoni li kollox qed idur bik (sturdament), rata ta’ taħbit tal-qalb bil-mod (bradikardija), pressjoni tad-demm baxxa (ipotensjoni) f’persuni ttrattati għal pressjoni tad-demm għolja, sturdament meta wieħed iqum bilwieqfa (pressjoni baxxa ortostatika), qtugħ ta’ nifs, sogħla, uġigħ ta’ żaqq, dijarea, skonfort fiż-żaqq, nefħa fiż-żaqq, rimettar, ħakk, żieda fl-għaraq, raxx minħabba l-mediċina, uġigħ fid-dahar, bugħawwieġ fil-muskoli, uġigħ fil-muskoli (majalġja), indeboliment fil-kliewi inkluża insuffiċjenza akuta tal-kliewi, uġigħ fis-sider, sensazzjoni ta’ dgħufija, u żieda fil-livell ta’ krejatinina fid-demm.


    Effetti sekondarji rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000):

    Sepsis* (ta’ spiss imsejjaħ “avvelenament tad-demm”, huwa infezzjoni severa b’rispons infjammatorju mal-ġisem kollu li tista’ twassal għal mewt), żieda f’ċerti ċelluli bojod tad-demm (eosinofilija), għadd baxx ta’ plejtlits (tromboċitopenija), reazzjoni allerġika severa (reazzjoni anafilattika), reazzjoni allerġika (eż. raxx, ħakk, diffikultà biex tieħu n-nifs, tħarħir, nefħa tal-wiċċ jew pressjoni tad-demm baxxa), livelli baxxi ta’ zokkor fid-demm (f’pazjenti dijabetiċi, tħossok ansjuż/a, ngħas, indeboliment

    fil-vista, rata mgħaġġla ta’ taħbit tal-qalb (takikardija), ħalq xott, stonku mdardar, disturb fit-togħma (tibdil fis-sens tat-togħma), funzjoni anormali tal-fwied (pazjenti Ġappuniżi huma aktar probabbli li jkollhom dan l-effett sekondarju), nefħa mgħaġġla tal-ġilda u tal-mukuża li tista wkoll twassal għal mewt (anġjoedima wkoll b’riżultat fatali), ekżema (disturb tal-ġilda), ħmura tal-ġilda, ħorriqija (urtikarja), raxx sever ikkawżat mill-mediċina, uġigħ fil-ġogi (artralġja), uġigħ fl-estremitajiet, uġigħ fit-tendini, marda li tixbah lill-influwenza, tnaqqis fl-emoglobina (proteina fid-demm), żieda fil-livelli tal-uric acid, żieda fl-enzimi tal-fwied jew ta’ creatine phosphokinase fid-demm.


    Effetti sekondarji rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10,000): Ċikatriċi progressivi tat-tessut tal-pulmun (marda tal-interstizju tal-pulmun)**


    * Jista’ jkun li l-avveniment ikun ġara b’kumbinazzjoni, jew jista’ jkun marbut ma’ mekkaniżmu li bħalissa mhuwiex magħruf.


    **Każijiet ta’ ċikatriċi progressivi tat-tessut tal-pulmun ġew irrappurtati waqt it-teħid ta’ telmisartan. Madankollu, mhux magħruf jekk telmisartan kienx il-kawża.


    Rappurtar tal-effetti sekondarji

    image

    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji

    direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.


  5. Kif taħżen Micardis


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kaxxa tal-kartun wara “JIS”. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Dan il-prodott mediċinali m’għandux bżonn l-ebda kundizzjoni ta’ temperatura speċjali għall-ħażna. Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità. Neħħi l-pillola Micardis tiegħek mill-folja eżatt qabel ma teħodha biss.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Micardis

Is-sustanza attiva hi telmisartan. Kull pillola fiha 20 mg ta’ telmisartan.

Is-sustanzi mhux attivi l-oħra huma povidone (K25), meglumine, sodium hydroxide, sorbitol (E420) u magnesium stearate.


Kif jidher Micardis u l-kontenut tal-pakkett

Il-pilloli Micardis 20 mg huma bojod, b’forma tonda u mnaqqxa bin-numru tal-kowd '50H' fuq naħa waħda u l-logo tal-kumpanija fuq in-naħa l-oħra.


Micardis hu disponibbli f’pakketti b’folji li fihom 14, 28, 56 jew 98 pillola.


Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq fil-pajjiż tiegħek.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Boehringer Ingelheim International GmbH

Binger Str. 173

55216 Ingelheim am Rhein Il-Ġermanja

Manifattur


Boehringer Ingelheim Pharma GmbH & Co. KG Binger Strasse 173

55216 Ingelheim am Rhein Il-Ġermanja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq.


België/Belgique/Belgien

SCS Boehringer Ingelheim Comm.V Tél/Tel: +32 2 773 33 11

Lietuva

Boehringer Ingelheim RCV GmbH & Co KG Lietuvos filialas

Tel.: +370 5 2595942


България

Бьорингер Ингелхайм РЦВ ГмбХ и Ко. КГ - клон България

Тел: +359 2 958 79 98

Luxembourg/Luxemburg

SCS Boehringer Ingelheim Comm.V

Tél/Tel: +32 2 773 33 11


Česká republika

Boehringer Ingelheim spol. s r.o. Tel: +420 234 655 111

Magyarország

Boehringer Ingelheim RCV GmbH & Co KG Magyarországi Fióktelepe

Tel.: +36 1 299 89 00


Danmark

Boehringer Ingelheim Danmark A/S Tlf: +45 39 15 88 88

Malta

Boehringer Ingelheim Ireland Ltd. Tel: +353 1 295 9620


Deutschland

Boehringer Ingelheim Pharma GmbH & Co. KG Tel: +49 (0) 800 77 90 900

Nederland

Boehringer Ingelheim b.v. Tel: +31 (0) 800 22 55 889


Eesti

Boehringer Ingelheim RCV GmbH & Co KG Eesti Filiaal

Tel: +372 612 8000

Norge

Boehringer Ingelheim Norway KS Tlf: +47 66 76 13 00


Ελλάδα

Boehringer Ingelheim Ελλάς Μονοπρόσωπη Α.Ε. Tηλ: +30 2 10 89 06 300

Österreich

Boehringer Ingelheim RCV GmbH & Co KG Tel: +43 1 80 105-7870


España

Boehringer Ingelheim España, S.A. Tel: +34 93 404 51 00

Polska

Boehringer Ingelheim Sp.zo.o. Tel.: +48 22 699 0 699


France

Boehringer Ingelheim France S.A.S. Tél: +33 3 26 50 45 33

Portugal

Boehringer Ingelheim Portugal, Lda. Tel: +351 21 313 53 00


Hrvatska

Boehringer Ingelheim Zagreb d.o.o.

Tel: +385 1 2444 600

România

Boehringer Ingelheim Pharma Ges mbH Reprezentanţa din România

Tel: +4 021 302 28 00


Ireland

Boehringer Ingelheim Ireland Ltd. Tel: +353 1 295 9620

Slovenija

Boehringer Ingelheim Pharma Podružnica Ljubljana

Tel: +386 1 586 40 00

Ísland

Vistor hf.

Sími: +354 535 7000

Slovenská republika Boehringer Ingelheim Pharma organizačná zložka

Tel: +421 2 5810 1211


Italia

Boehringer Ingelheim Italia S.p.A. Tel: +39 02 5355 1

Suomi/Finland

Boehringer Ingelheim Finland Ky Puh/Tel: +358 10 3102 800


Κύπρος

Boehringer Ingelheim Ελλάς Μονοπρόσωπη Α.Ε. Tηλ: +30 2 10 89 06 300

Sverige

Boehringer Ingelheim AB Tel: +46 8 721 21 00


Latvija

Boehringer Ingelheim RCV GmbH & Co KG Latvijas filiāle

Tel: +371 67 240 011

United Kingdom (Northern Ireland)

Boehringer Ingelheim Ireland Ltd. Tel: +353 1 295 9620


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}.


Mediċini: .