Paġna ewlenija Paġna ewlenija
AstraZeneca

Ferriprox
deferiprone

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Ferriprox pilloli ta’ 500 mg miksija b’rita

deferiprone


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

ikun jista’ jimmonitorja n-newtropenija, it-tabib tiegħek għandu mnejn jitolbok tagħmel test tad- demm (biex jiċċekkja l-għadd ta’ ċelluli bojod tad-demm) b’mod regolari, sa anke darba fil-

ġimgħa, waqt li tkun qegħda fuq Ferriprox. Huwa importanti ħafna għalik li żżomm dawn l- appuntamenti kollha. Jekk jogħġbok irreferi għal kard tal-pazjent mehmuża mal-kartuna. Jekk ikollok xi sintomi ta’ infezzjoni bħal deni, uġigħ fil-griżmejn jew sintomi bħal tal-influwenza, fittex l-għajnuna medika minnufih. Iċ-ċelloli tad-demm tiegħek għandhom jiġu ċċekjati fi żmien 24 siegħa sabiex tkun tista’ tiġi skoperta kull agranuloċitożi potenzjali.

Jekk inti pożittiv għall-virus tal-immunodefiċjenza tal-bniedem (HIV, human immunodeficiency virus) jew jekk il-fwied jew il-kliewi tiegħek huma indeboliti b’mod sever, it-tabib tiegħek ser jirrakomanda aktar testijiet.


It-tabib tiegħek għandu wkoll jagħtik parir biex tmur għal testijiet biex tiċċekkja il-ħażna ta’ ħadid fil- ġisem. Ma’ dan, hu jew hi jista’/tista’ jitolbok/titolbok biex tagħmel xi bijopsiji tal-fwied.


Mediċini oħra u Ferriprox

M’għandekx tieħu mediċini li huma magħrufin li jikkawżaw newtropenija jew agranuloċitosi (ara t- taqsima, “Tiħux Ferriprox”). Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar, jew tista’ tieħu xi mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta.


Tiħux antaċidi li għandhom bażi tal-aluminju fl-istess ħin li qed tieħu Ferriprox.


Jekk jogħġbok ikkonsulta lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu vitamina Ċ b’Ferriprox.


Tqala u treddigħ

M’għandekx tieħu din il-mediċina jekk inti tqila jew jekk qed tipprova tinqabad tqila. Din il-mediċina tista’ tagħmel ħsara serja lit-tarbija tiegħek. Għandek tuża kontraċezzjoni effettiva waqt li tkun qed

tieħu Ferriprox. Staqsi lit-tabib tiegħek liema hu l-aħjar metodu għalik. Jekk toħroġ tqila waqt li tkun

qed tieħu Ferriprox, ieqaf immedjatament milli tieħu din il-mediċina u għid lit-tabib tiegħek.


Tużax Ferriprox jekk inti omm li qed tredda’. Jekk jogħġbok irreferi għal kard tal-pazjent mehmuża

mal-kartuna.


Sewqan u tħaddim ta’ magni

Mhux rilevanti.


  1. Kif għandek tieħu Ferriprox


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju. L-ammont ta’ Ferriprox li inti tieħu jiddependi mill-piż tiegħek. Id-doża li ssoltu tingħata hija 25 mg/kg, 3 darbiet kuljum, għal doża totali ta’ 75 mg/kg. Id- doża totali ta’ kuljum m’għandhiex taqbeż 100 mg/kg. Ħu l-ewwel doża tiegħek filgħodu. Ħu t-tieni doża tiegħek f’nofsinhar. Ħu t-tielet doża tiegħek filgħaxija. Ferripox jista’ jittieħed mal-ikel jew fuq stonku vojt; madankollu, għandek mnejn issibha aktar faċli tiftakar biex tieħu Ferriprox jekk tieħdu mal-ikliet tiegħek.


    Jekk tieħu Ferriprox aktar milli suppost

    M’hemmx rapporti ta’ doża eċċessiva akuta b’Ferriprox. Jekk inċidentalment tkun ħadt aktar mid-doża ta’ Ferriprox li għaliha ngħatajt riċetta, għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek.


    Jekk tinsa tieħu Ferriprox

    Ferriprox ikun l-aktar effettiv jekk ma tinsiex tieħu xi dożi. Jekk tinsa tieħu xi doża, ħudha hekk kif tiftakar u ħu d-doża li jmiss fil-ħin regolari skedat tagħha. Jekk tinsa tieħu aktar minn doża waħda,

    m’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu, imma kompli bl-iskeda

    normali tiegħek. Tbiddilx id-doża tiegħek ta’ kuljum qabel ma tkellem lit-tabib tiegħek.

  2. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    L-aktar effett kollaterali serju ta’ Ferriprox hu l-għadd baxx ħafna ta’ ċelluli bojod tad-demm (newtrofili). Din il-kundizzjoni, magħrufa bħala newtropenija jew agranuloċitosi seħħet 1 sa 2 persuni minn 100 li ħadu Ferriprox fl-istudji kliniċi. Għadd baxx ta’ċelluli tad-demm bojod jista’ jkun assoċjat ma’ infezzjoni serja jew li potenzjalment hi ta’ periklu għal ħajja. Irraporta minnufih lit-tabib tiegħek kull sintomu ta’ infezzjoni bħal: deni, uġigħ fil-griżmejn jew sintomi bħal tal-influwenza.


    Effetti kollaterali komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 f’10):

    • uġigħ addominali;

    • dardir;

    • remettar;

    - awrina b’kulur ħamrani/kannella.


    Jekk tħossok imdardar jew trid tirremetti, għandu mnejn jgħinek jekk tieħu l-Ferriprox ma’ xi ikel. Awrina b’kulur mhux tas-soltu hu effett komuni ħafna u mhuwiex ta’ periklu.


    Effetti kollaterali komuni (jistgħu jaffettwaw minn 1 f’10 persuni):

    • għadd baxx ta’ ċelluli bojod tad-demm (agranuloċitosi u newtropenija);

    • uġigħ ta’ ras;

    • dijarea;

    • żieda fl-enzimi tal-fwied;

    • għeja;

    • żieda fl-aptit.


      Mhux magħruf (il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mit-tagħrif disponibbli):

    • reazzjonijiet allerġiċi li jinkludu raxx tal-ġilda jew ħorriqija.


    Każijiet bħal uġigħ fil-ġogi u nefħa kienu jvarjaw minn uġigħ ħafif f’ġog wieħed jew aktar għal diżabilità severa. F’ħafna każijiet, l-uġigħ sparixxa waqt li l-pazjenti baqgħu jieħdu Ferriprox.


    Disturbi newroloġiċi (bħal rogħda, disturbi fil-mod kif timxi, tara doppju, kontrazzjonijiet involontarji tal-muskoli, problemi fil-koordinazzjoni tal-moviment) kienu rrappurtati fi tfal li, b’mod voluntarju, ingħataw riċetta li kienet aktar mid-doppju tad-doża massima rrakkomandata ta’ 100 mg/kg/jum għal diversi snin u ġew osservati anke fit-tfal b’dożi standard ta’ deferiprone. It-tfal irkupraw minn dawn is-sintomi wara li Ferriprox twaqqaf.


    Rappurtar tal-effetti sekondarji

    image

    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.


  3. Kif taħżen Ferriprox


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta u l-kartuna wara EXP. Id-

    data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30ºC.

    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  4. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


X’fih Ferriprox

Is-sustanza attiva hi deferiprone. Kull pillola ta’ 500 mg fiha 500 mg deferiprone.


Is-sustanzi mhux attivi l-oħra huma:

il-qalba tal-pillola: microcrystalline cellulose, magnesium stearate, colloidal silica anidru

kisja: hypromellose, macrogol, titanium dioxide


Kif jidher Ferriprox u l-kontenut tal-pakkett

Pillola miksija b’rita, b’forma ta’ kapsula, ta’ lewn abjad għal off-white, li għandha stampat fuqha

“APO” b’qasma fin-nofs u “500” fuq naħa waħda, u xejn fuq in-naħa l-oħra. Il-pillola għandha daqs ta’ 7.1 mm x 17.5 mm x 6.8 mm u għandha sinjal imnaqqax. Il-pillola tista’ tinqasam f’nofsijiet indaqs. Ferriprox hu ppakkjat fi fliexken ta’ 100 pillola.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

Chiesi Farmaceutici S.p.A. Via Palermo 26/A

43122 Parma

L-Italja


Il-Manifattur:

Eurofins PROXY Laboratories B.V. Archimedesweg 25

2333 CM Leiden

L-Olanda


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien

Chiesi sa/nv

Tél/Tel: + 32 (0)2 788 42 00

Lietuva

Chiesi Pharmaceuticals GmbH Tel: + 43 1 4073919


България

Chiesi Bulgaria EOOD

Тел.: +359 29201205

Luxembourg/Luxemburg

Chiesi sa/nv

Tél/Tel: + 32 (0)2 788 42 00


Česká republika

Chiesi CZ s.r.o.

Tel: + 420 261221745

Magyarország Chiesi Hungary Kft. Tel.: + 36-1-429 1060


Danmark

Chiesi Pharma AB Tlf: + 46 8 753 35 20

Malta

Chiesi Farmaceutici S.p.A. Tel: + 39 0521 2791


Deutschland

Chiesi GmbH

Tel: + 49 40 89724-0

Nederland

Chiesi Pharmaceuticals B.V. Tel: + 31 88 501 64 00

Eesti

Chiesi Pharmaceuticals GmbH Tel: + 43 1 4073919

Norge

Chiesi Pharma AB Tlf: + 46 8 753 35 20


Ελλάδα

DEMO ABEE

Τηλ: + 30 210 8161802

Österreich

Chiesi Pharmaceuticals GmbH Tel: + 43 1 4073919


España

Chiesi España, S.A.U. Tel: + 34 934948000

Polska

Chiesi Poland Sp. z.o.o. Tel.: + 48 22 620 1421


France

Chiesi S.A.S.

Tél: + 33 1 47688899

Portugal

Chiesi Farmaceutici S.p.A. Tel: + 39 0521 2791


Hrvatska

Chiesi Pharmaceuticals GmbH Tel: + 43 1 4073919

România

Chiesi Romania S.R.L. Tel: + 40 212023642


Ireland

Chiesi Farmaceutici S.p.A. Tel: + 39 0521 2791

Slovenija

Chiesi Slovenija d.o.o. Tel: + 386-1-43 00 901


Ísland

Chiesi Pharma AB Sími: +46 8 753 35 20

Slovenská republika Chiesi Slovakia s.r.o. Tel: + 421 259300060


Italia

Chiesi Italia S.p.A. Tel: + 39 0521 2791

Suomi/Finland

Chiesi Pharma AB Puh/Tel: +46 8 753 35 20


Κύπρος

The Star Medicines Importers Co. Ltd.

Τηλ: + 357 25 371056

Sverige

Chiesi Pharma AB Tel: +46 8 753 35 20


Latvija

Chiesi Pharmaceuticals GmbH Tel: + 43 1 4073919

United Kingdom (Northern Ireland)

Chiesi Farmaceutici S.p.A. Tel: + 39 0521 2791


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ .


.