Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Clopidogrel Teva Pharma B.V.
clopidogrel

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Clopidogrel Teva Pharma B.V. 75 mg pilloli miksija b’rita

clopidogrel


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


F’dan il-fuljett:

  1. X’inhu Clopidogrel Teva Pharma B.V.u għal xiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Clopidogrel Teva Pharma B.V.

  3. Kif għandek tieħu Clopidogrel Teva Pharma B.V.

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen Clopidogrel Teva Pharma B.V.

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Clopidogrel Teva Pharma B.V. u gћalxiex jintuża


    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    Clopidogrel Teva Pharma B.V. fih clopidogrel u jappartjeni għal grupp ta’ mediċini li jissejħu “impedituri tal-aggregazzjoni tal-plejtlets.” Huwa jaħdem billi jwaqqaf ċertu partiċelli fid-demm tiegħek (“plejtlets”) milli jeħlu ma’ xulxin biex jifformaw emboli li jistgħu jimblokkaw partijiet importanti ta’ ġismek li jinkludu qalbek u moħħok.


    Jekk tbati minn ebusija fl-arteriji (“aterosklerosi”) hemm riskju ogħla li jiffurmaw emboli tad-demm fil-vażi tad-demm tiegħek. Fl-adulti Clopidogrel Teva Pharma B.V. innaqqas r-riskju li jiffurmaw emboli tad-demm li min-naħa l-oħra tnaqqas ir-riskju ta’ kundizzjonijiet serji milli jseħħu bħal attakk tal-qalb u puplesija.


    Inti ngħatatlek riċetta għal Clopidogrel Teva Pharma B.V. minħabba:


    • Għandek ebusija tal-arterji u riċentement kellek attakk f’qalbek, puplesija jew għandek kundizzjoni magħrufa bħala “mard arterjali periferiku” (mard tal-vażi tad-demm ħlief dawk tal- moħħ u tal-qalb).

    • Kellek uġigħ sever f’sidrek magħruf bħala ‘anġina mhux stabbli’ jew ‘infart mijokardjali’ (attakk tal-qalb). Għall-kura ta’ din il-kundizzjoni t-tabib tiegħek ikun qiegħed stent fl-arterja imblukkata jew li djieqet sabiex jerġa’ jistablixxi mill-ġdid influss effettiv tad-demm. Għandek tingħata wkoll acetylsalicylic acid (sustanza użata biex iserraħ mill-uġigħ u tnaqqas id-deni kif ukoll tevita li

      d-demm jgħaqqad) mingħand it-tabib tiegħek.

    • Għandek il-qalb li qiegħda tħabbat b’mod irregolari, kundizzjoni li tissejjaħ ‘fibrillazzjoni atrijali’ u ma tistax tieħu mediċini magħrufa bħala ‘antikoagulanti orali’ (mediċini li jaħdmu kontra l- vitamina K), li ma jħallux li jifformaw ċapep ġodda tad-demm u ma jħallux capep tad-demm li diġà fformaw milli jikbru. Għandhom ikunu qalulek li għal din il-kundizzjoni ‘l-antikoagulanti orali’ huma aktar effettivi milli acetylsalicylic acid jew mit-teħid flimkien ta’ Clopidogrel Teva Pharma B.V. u acetylsalicylic acid. It-tabib tiegħek għandu jkun għamillek riċetta għal Clopidogrel Teva Pharma B.V. u acetylsalicylic acid jekk ma tkunx tista’ tieħu ‘l-antikoagulanti orali’. u m’għandekx riskju ta’ fsada maġġura.

  2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Clopidogrel Teva Pharma B.V.


    Tiħux Clopidogrel Teva Pharma B.V.

    • Jekk inti allerġiku/a (tbati minn sensittività eċċessiva) għal clopidogrel jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6),

    • Jekk tbati minn mard sever tal-fwied

    • Jekk tbati minn kundizzjoni medika li fil-preżent qiegħda tikkawża fsada, bħal ulċera fl-istonku jew fsada ġewwa l-moħħ.

      Jekk taħseb li xi wieħed minn dawn japplika għalik, jew jekk m’intix żgur, kellem lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu Clopidrogel Teva Pharma B.V.


      Twissijiet u prekawzjonijiet

      Għarraf lit-tabib tiegħek qabel ma tibda tieħu din il-mediċina jekk:

    • Tinsab f’riskju ogħla ta’ emorraġija. Pereżempju:

      • Jekk riċentement kellek xi ferrita serja

      • Jekk riċentement kellek intervent kirurġiku jew ser ikollok xi intervent kirurġiku (li jinkludi

        wkoll kiruġija dentali)

      • Jekk tbati minn xi disturb tad-demm li jista’ jikkaġuna emorraġija (emorraġija ġo ġismek)

      • Jekk tbati minn xi mard ieħor li jista’ jgħolli l-probabilità ta’ emorraġija (eż. ulċeri fl-istonku

        jew feriti ġo għajnejk)

    • Kellek xi embolu f’arterja ta’ moħħok (puplesija iskemika) li seħħet fl-aħħar sebat ijiem

    • Jekk tbati minn mard tal-fwied jew tal-kliewi.

    • Jekk kellek xi allerġija jew reazzjoni għal kwalunkwe mediċina użata fil-kura tal-marda tiegħek.


      Waqt li qed tieħu Clopidrogel Teva Pharma B.V.:

      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    • Għandek tgħarraf lit-tabib tiegħek jekk hemm intevent kirurġiku (anke jekk ikun dentali) ippjanat

    • Għandek tgħarraf lit-tabib tiegħek minnufih jekk tiżviluppa kundizzjoni medika (magħrufa bħala

      Purpura Tromboċitopenika Trombotika) li tinkludi tibdil fl-imġieba tiegħek, uġigħ ta’ ras, koma, disturbi fil-vista, attakki pupletiċi (attakki tal-qamar), indeboliment tal-kliewi, deni, għeja kbira ħafna, debulezza jew fsada fl-istonku, l-imsaren jew il-ġilda ( li jinkludu dbabar żgħar ħomorjew żoni bi tbenġil kbir) (ara s-sezzjoni 4 ‘Effetti sekondarji possibbli’)

    • Jekk taqta’ jew tweġġa’ lilek innifsek, jista’ jkun li l-fsada ddum aktar mis-soltu biex tieqaf. Dan

      hu marbut mal-mod kif taħdem il-mediċina tiegħek peress li tevita li jiffurmaw emboli tad- demm. Għal qtugħ minuri u ferrimenti eż. meta taqta’ lilek nnifsek waqt li qed tqaxxar, dan ġeneralment mhux ta’ tħassib. Madankollu, jekk inti mħasseb dwar il-fsada tiegħek, għandek tikku8ntattja lit-tabib tiegħek minnufih (ara s-sezzjoni 4 ‘Effetti sekondarji possibbli’)

    • It-tabib tiegħek għandu mnejn jordna testijiet tad-demm


      Tfal u adolexxenti

      Tagħtix din il-mediċina lit-tfal għax ma taħdimx.


      Mediċini oħra u Clopidogrel Teva Pharma B.V.

      Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra, inkluż mediċini miksuba mingħajr riċetta tat-tabib


      Għarraf lit-tabib tiegħek jekk qed tuża jew riċentement użajt minn dawn il-mediċini li ġejjin:


    • Antikoagulanti orali (mediċini li jaġixxu kontra l-koagulazzjoni tad-demm li jittieħdu mill-ħalq) bħal warfarina. L-użu tagħhom ma’ Clopidrogel Teva Pharma B.V. mhux rakkomandat.

    • Impedituri ta’ glycoprotein IIb/IIIa (mediċini li jintużaw biex iwaqqfu d-demm milli jgħaqqad). eż. abciximab, eptifibatide jew tirofiban.

    • Eparina (mediċina li tintuża biex twaqqaf id-demm milli jgħaqqad).

    • Mediċini użati biex iħollu l-emboli tad-demm (eż. alteplase u streptokinase).

    • Mediċini mhux sterojdi ta’ kontra l-infjammazzjoni (mediċini użati biex jittrattaw kundizzjonijiet ta’ infjammazzjoni bl-uġigħ fil-ġogi jew il-muskoli). eż. ibuprofen, diclofenac u meloxicam.

    • Omeprazole, esomeprazole jew cimetidine, mediċini għal stonku mqalla’.

    • Fluconazole, voriconazole, ciprofloxacin jew chloramphenicol, mediċini użati għal kura ta’ infezzjonijiet batteriċi jew minħabba moffa.

    • Carbamazepine, jew oxcarbazepine, mediċini użati għall-kura ta’ xi forom ta’ epilessija

    • Ticlopidine, sustanza oħra li taġixxi kontra l-plejtlets

    • inibitur selettiv tal-ġbir mill-ġdid ta’ serotonin (li jinkludi iżda mhux limitat għal fluoxetine jew fluvoxamine), mediċini li ssoltu jintużaw fil-kura tad-dipressjoni,

    • moclobemide, mediċini li jittrattaw d-dipressjoni


      Meta tieħu dawn il-mediċini flimkien ma’ Clopidogrel Teva jista’ jkun hemm riskju ogħla ta’ emorraġija.


      Jekk ħassejt uġigħ qawwi f’sidrek (anġina mhux stabbli jew attakk tal-qalb), jista’ jingħatalek clopidogrel flimkien ma’ acetylsalicylic acid, sustanza inkorporata f’ħafna mediċini użati biex itaffu l- uġigħ u jnaqqsu d-deni. L-użu ta’ kultant ta’ acetylsalicylic acid (ta’ mhux aktar minn 1000 mg f’perijodu ta’ 24 siegħa) ġeneralment m’għandux joħloq problema , iżda l-użu fit-tul f’cirkostanzi oħrajn għandu jiġi diskuss mat-tabib tiegħek.


      Clopidogrel Teva Pharma B.V. ma’ ikel u xorb

      Tista’ tieħu Clopidogrel Teva Pharma B.V mal-ikel jew fuq stonku vojt.


      Fertilità, tqala u treddigħ

      Ikun aħjar li ma tużax din il-mediċina waqt it-tqala.


      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

      Jekk inti tqila jew qed tisusspetta li inti tqila, inti għandek tgħid lit-tabib tiegħek minnufih qabel ma tieħu Clopidogrel Teva . Jekk tinqabad tqila waqt li qed tieħu Clopidogrel Teva, ikkonsulta minnufih mat-tabib tiegħek peress li hu rakkomandat li ma tieħux clopidogrel meta tkun tqila.


      M’għandekx tredda’ waqt li tkun qed tieħu din il-mediċina.

      Jekk qed tredda’ jew qed tippjana li ser tredda’, għarraf lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu din il- mediċina.


      Itlob il-parir tat-tabib jew ta’ l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu xi mediċina.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni

      Clopidogrel Teva Pharma B.V. x’aktarx ma jaffettwax il-ħila tiegħek biex issuq jew tħaddem magni.


      Clopidogrel Teva Pharma B.V. fih il-lactose

      Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek intolleranza għal ċertu tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu din il-mediċina.


      Clopidogrel Teva Pharma B.V. fih il-castor oil idroġenat. Dan jista’ jikkawża taqlib tal-istonku u dijarea.


  3. Kif għandek tieħu Clopidogrel Teva Pharma B.V.


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Id-doża rrakkomandata hi ta’ pillola ta’ 75 mg kuljum li għandha tinbelgħa mal-ilma jew xi likwidu adattat ieħor. Għandek tieħu din il-mediċina b’mod regolari fl-istess ħin kuljum. Tista’ teħodha mal- ikel,jew mingħajr ikel.

    Jekk kellek uġigħ sever f’sidrek (anġina mhux stabbli’ jew attakk tal-qalb) it-tabib tiegħek jista’ jagħtik 300 mg ta’ Clopidogrel Teva Pharma B.V. darba fil-bidu tat-trattament. Imbagħad id-doża li ġeneralment tingħata hi ta’ pillola waħda ta’ 75 mg ta’ Clopidogrel Teva Pharma B.V kuljum.


    Għandek tibqa’ tieħu Clopidogrel Teva Pharma B.V. sakemm it-tabib jibqa’ jgħidlek tieħdu.


    Jekk tieħu Clopidogrel Teva Pharma B.V. aktar milli suppost

    Jekk int (jew xi ħadd ieħor) jibla’ għadd ta pilloli flimkien, jew jekk taħseb tifel jew tifla ikun bela’ xi wħud mill-pilloli, ikkuntattja d-dipartiment tal-emerġenza tal-eqreb sptar minnufih. Doża eċċessiva x’aktarx tikkawża riskju ogħla ta’ emorraġija. Jekk jogħġbok ħu dan il-fuljett, u l-pilloli li jkun għad baqa’ u r-reċipjent lill-isptar jew għand it-tabib sabiex ikunu jafu liema pilloli nbelgħu.


    Jekk tinsa tieħu Clopidogrel Teva Pharma B.V.

    Jekk tinsa tieħu doża ta’ Clopidogrel Teva Pharma B.V., imma tiftakar fi żmien 12-il siegħa mid-doża dwar dan, ħu l-pillola minnufih imbagħad ħu l-pillola li jmiss fil-ħin li teħodha s-soltu.


    Jekk tinsa tieħu d-doża ta’ Clopidogrel Teva Pharma B.V., imma ma tiftakarx fi żmien 12-il siegħa dwar dan, tieħux id-doża li jkun missek ħadt imbagħad ħu l-pillola li jmiss fil-ħin li teħodha s-soltu. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull pillola li tkun insejt tieħu.


    Jekk tieqaf tieħu Clopidogrel Teva Pharma B.V.

    M’għandekx tieqaf tieħu Clopidogrel Teva Pharma B.V.mingħajr ma tiddiskuti dan mat-tabib l-ewwel. Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.


    Xi wħud mill-effetti jistgħu jkunu serji. Jekk tbati mis-sintomi li ġejjin għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih:


    • Deni, sinjali ta’ infezzjoni (e.g. ġriżmejn jweġgħuk), ġilda pallida jew għeja estrema. Dan jista’ jkun dovut għal xi tnaqqis fil-livelli ta’ ċelluli tad-demm tiegħek.

    • Mġieba mibdula, uġigħ ta’ ras, koma, disturbi viżivi, attakki ta’ puplesija (attakki tal-qamar), insuffiċjenza tal-kliewi, deni, għeja sfinita, debolezza jew emorraġija fl-istonku, fl-imsaren jew il-ġilda (li tinkludi dbabar żfħar ħomor jew żoni kbar ta’ tbenġil). Dan jista’ jindika li int soffrejt minn kundizzjoni serja li tissejjaħ purpura tromboċitika trombotika (disturb rari fis-sistema fejn jgħaqqad id-demm li jifforma emboli tad-demm madwar il-ġisem)

      • Sinjali ta’ problemi fil-fwied bħal sfurija tal-ġilda u l-abjad tal-għajnejn (seffejra), li jista’ jkun jew ma jkunx assoċjat ma’ emorraġija li tidher taħt il-ġilda bħala marki rqaq ħomor u/jew konfużjoni (ara sezzjoni 2 ‘Twissijiet u Prekawzjonijiet’ ).

      • Nefħa fil-ħalq jew disturbi fil-ġilda bħal raxx, ħakk u nfafet fil-ġilda. Dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ reazzjoni allerġika.


        Emorraġija

        L-aktar effett kollaterali komuni rapportat (li jaffettwa utent 1 sa 10 f’kull 100) f’mediċini li fihom clopidogrel hu l-emorraġija. Sintomi ta’ emorraġija jistgħu jseħħu bħala emorraġija fl-istonku jew l-imsaren, tbenġil, ematoma (ġeneralment fsada jew tbenġil taħt il-ġilda), l-imnieħer jinfaraġ jew demm fl-awrina. t-tbenġil, ematoma (ġeneralment emorraġija jew tbenġil taħt il-ġilda), l-imnieħer jinfaraġ, emorraġija fl-istonku jew fl-imsaren jew demm fl-urina. F’għadd żgħir ta’ każijiet, emorraġija fl-għajn, ġewwa r-ras, il-pulmun jew il-ġogi ġew rapportati wkoll.

        Jekk taqta’ jew tferri lilek nnifesk, jista’ jkun li d-demm jieħu ftit aktar ħin mis-soltu biex jieqaf joħroġ. Dan hu marbut mal-mod kif il-mediċina tiegħek taħdem. Għal qtugħ żgħir u ferrimenti (eż. qtugħ ta’ meta tqaxxar) m’għandekx tinkwieta. Madankollu, jekk għandek xi dubju, l-emorraġija ssir serja jew jekk ikollok emorraġija f’partijiet mhux mistennija ta’ ġismek, għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih (ara sezzjoni 2 ‘Twissijiet u Prekawzjonijiet’ ).


        image

        Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10 persuni) :

      • Tbenġil. ematoma (emorraġija mhux tas-soltu taħt il-ġilda), l-imnieħer jinfaraġ, emorraġija fl- istonku jew l-imsaren, emorraġija ogħla fis-sit tal-ġerħa tat-titqib

      • Dijarea, uġigħ addominali, indiġestjoni jew uġigħ fl-istonku


        image

        Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100 persuna):

      • Uġigħ ta’ ras u sturdament

      • Emorraġija prolongata, emorraġija ġor-ras, emorraġija fl-għajnejn, demm fl-awrina u/jew purpura (dbabar irqaq ħomor fuq il-ġilda minħabba emorraġija taħt il-ġilda)

      • Raxx, ħakk u sensazzjoni ta’ tnemnin u tingiż

      • Ulċeri fl-istonku u fil-musrana ż-żgħira, tqalligħ, remettar, stitikezza u gass u infjammazzjoni tal- istonku li jwassal għal mard, nuqqas t’aptit u stonku mdardar

      • Tnaqqis fil-plejtlets tad-demm li jagħmel l-emorraġija jew it-tbenġil aktar probabbli

      • Disturbi fid-demm li jinkludu tnaqqis fl-għadd ta’ ċelluli bojod tad-demm li jżid il-probabilità ta’ infezzjonijiet.


        image

        Effetti sekondarji rari (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 1,000 persuna) :

      • Livelli mnaqqsa ta’ ċertu ċelluli bojod li jżidu r-riskju ta’ infezzjoni (newtropenja)

      • Vertiġini (sturdament akkumpanjat minn sensazzjoni ta’ tidwir)

      • Emorraġija ġol-addome


        Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

        Effetti sekondarji rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10,000 persuna):

      • Kundizzjoni serja li tissejjaħ purpura trombolitika trombotika (distub rari tas-sistema li biha jgħaqqad id-demm li tikkaġuna emboli multipli tad-demm jifformaw madwar il-ġisem). Sintomi jistgħu jinkludu mġieba mibdula, uġigħ ta’ ras, koma, disturbi fil-vista, attakki ta’ puplesija, insuffiċjenza renali, deni, għeja sfinita, debolezza, jew emorraġija fl-istonku, l-imsaren jew il-ġilda (li jinkludu dbabar ħomor żgħar jew ċapep imbenġla kbar)

      • Tnaqqis qawwi fl-għadd ta’ ċertu ċelluli tad-demm li jwassal għal żieda fir-riskju ta’ emorraġija jew tbenġil, żieda fir-riskju ta’ infezzjonijiet, ġilda pallida u għeja estrema

      • Reazzjoni allerġika ġenerali (per eżempju, sensazzjoni ta’ sħana ma’ ġismek kollu b’skonfort ġenerali f’daqqa sakemm tħossok ħażin); diffikultajiet biex tieħu n-nifs, nefħa jew infjammazzjoni tal-ħalq, allerġija tal-ġilda, infafet fil-ġilda

      • Konfużjoni jew alluċinazzjonijiet

      • Bidla fil-mod kif jintgħemu l-affarijiet

      • Uġigħ fil-ħalq (stomatite);

      • Infjammazzjoni fil-vażi tad-demm, tnaqqis fil-pressjoni baxxa

      • Sfurija tal-ġilda u l-abjad tal-għjnejn (suffejra)

      • Emorraġija fil-pulmun, il-griżmejn, l-istonku jew l-imsaren, l-addome jew il-ġogi

      • Emorraġija ta’ ġrieħi wara intervent kirurġiku jew emorraġija serja oħra

      • Uġigħ addominali sever bi jew mngħajr uġigħ fid-dahar, uġigħ fil-ġogi u uġigħ muskolari

      • Dijarea

      • Deni

      • Bidliet fil-livelli ta’ ċertu sustanzi fid-demm tiegħek. Dan jista’ jintgħaraf minn testijiet tad-demm


        Rappurtar tal-effetti sekondarji

        Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

  5. Kif taħżen Clopidrogel Teva Pharma B.V.


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna ta’ barra, il-flixkun jew fuq il-folja wara EXP. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25°C. Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.


    Fliexken HDPE ta’ 30 pillola:

    Armi 30 jum wara li jkun infetaħ il-flixkun l-ewwel darba


    Fliexken HDPE ta’ 100 pillola

    Armi 30 jum wara li jkun infetaħ il-flixkun l-ewwel darba


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għandekx bżonn. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Clopidogrel Teva Pharma B.V.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq: Teva Pharma B.V.,

Computerweg 10,

3542 DR Utrecht, L-Olanda


Manifattur:


TEVA Pharmaceutical Works Private Limited Company

Pallagi út 13,

image

4042 Debrecen, L-Ungerija


TEVA UK Ltd

Brampton Road, Hampden Park, Eastbourne, East Sussex, BN22 9AG

Ir-Renju Unit


Pharmachemie B.V.

Swensweg 5,

2031 GA Haarlem,

L-Olanda


TEVA Santé SA, Rue Bellocier, 89107 Sens, Franza


image

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq.


België/Belgique/Belgien

Teva Pharma Belgium N.V./S.A. Tel/Tél: +32 3 820 73 73

Lietuva

UAB “Sicor Biotech” Tel: +370 5 266 02 03


България

Тева Фармасютикълс България ЕООД

Teл: +359 2 489 95 82


Luxembourg/Luxemburg ratiopharm GmbH Allemagne/Deutschland Tél/Tel: +49 731 402 02


Česká republika

Teva Pharmaceuticals CR, s.r.o. Tel: +420 251 007 111


Magyarország

Teva Gyógyszergyár Zrt. Tel.: +36 1 288 64 00


Danmark

Teva Denmark A/S Tlf: +45 44 98 55 11


Malta

L-Irlanda

Teva Pharmaceuticals Ireland Tel: +353 51 321740


Deutschland ratiopharm GmbH Tel: +49 731 402 02


Nederland

Teva Nederland B.V. Tel: +31 (0) 800 0228400


Eesti

Teva Eesti esindus UAB Sicor Biotech Eesti filiaal

Tel: +372 661 0801


Norge

Teva Norway AS Tlf: +47 66 77 55 90


Ελλάδα

Teva Ελλάς Α.Ε.

Τηλ: +30 210 72 79 099


Österreich

ratiopharm Arzneimittel Vertriebs-GmbH Tel: +43 1 97007-0



España

Teva Pharma, S.L.U Tél: +(34) 91 387 32 80


Polska

Teva Pharmaceuticals Polska Sp. z o.o. Tel.: +(48) 22 345 93 00


France Teva Santé

Tél: +(33) 1 55 91 7800


Portugal

Teva Pharma - Produtos Farmacêuticos Lda Tel: (351) 21 476 75 50


Hrvatska

Pliva Hrvatska d.o.o. Tel:+ 385 1 37 20 000


România

Teva Pharmaceuticals S.R.L Tel: +4021 230 65 24


Ireland

Teva Pharmaceuticals Ireland Tel: +353 (0)51 321 740


Slovenija

Pliva Ljubljana d.o.o. Tel: +386 1 58 90 390


Ísland Finnland ratiopharm Oy

Sími: +358 20 180 5900


Slovenská republika

Teva Pharmaceuticals Slovakia s.r.o. Tel: +(421) 2 5726 7911


Italia

Teva Italia S.r.l.

Tel: +(39) 028917981


Suomi/Finland ratiopharm Oy

Puh/Tel: +358 20 180 5900


Κύπρος

Teva Ελλάς Α.Ε. Ελλάδα

Τηλ: +30 210 72 79 099


Sverige

Teva Sweden AB

Tel: +(46) 42 12 11 00


Latvija

UAB Sicor Biotech filiāle Latvijā Tel: +371 67 323 666


United Kingdom Teva UK Limited

Tel: +44 (0) 1977 628500


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’: <Xahar SSSS>


.