Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Clopidogrel Qualimed
clopidogrel

FULJETT TA’ TAGĦRIF: INFORMAZZJONI GĦAL MIN QED JAGĦMEL UŻU MINNU


Clopidogrel Qualimed 75 mg pilloli miksija b’rita

Clopidogrel


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina.


  1. QABEL MA TIEĦU CLOPIDOGREL QUALIMED


    Tieħux Clopidogrel Qualimed:

    • jekk inti allerġiku/a (tbati minn sensittività eċċessiva) għal clopidogrel jew sustanzi oħra ta’ Clopidogrel Qualimed;

    • jekk għandek kundizzjoni oħra li attwalment qed tikkaġina emorraġija bħal ulċera fl-istonku jew fsada fil-moħħ;

    • jekk tbati minn mard sever tal-fwied


      Jekk taħseb li xi wieħed minn dawn japplika għalik, jew jekk m’intix żgur, kellem lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu Clopidogrel Qualimed.


      Oqgħod attent ħafna b’Clopidogrel Qualimed

      Jekk xi waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet msemmija hawn isfel tapplika għalik, inti għandek tgħarraf lit- tabib tiegħek qabel ma tibda tieħu Clopidogrel Qualimed:

      • tinsab f’riskju ogħla ta’ emorraġija bħal

        • kundizzjoni medika li tpoġġik f’riskju ta’ emorraġija interna (bħalma hi ulċera fl-istonku)

        • disturb fid-demm li jpoġġik f’riskju ta’ emorraġija interna (emorraġija ġo kull tessut, organi jew ġogi ta’ ġismek).

        • riċentement kellek ferriment serju

        • riċentement kellek intervent kirurġiku

        • ser ikollok xi intervent kirurġiku (li jinkludi wkoll kiruġija dentali) fis-sebat ijiem li jmiss

      • jekk kellek xi embolu f’arterja ta’ moħħok (puplesija iskemika) li seħħet fl-aħħar 7 ijiem

      • jekk tbati minn mard tal-fwied jew tal-kliewi.


        Waqt li qed tieħu Clopidogrel Qualimed:

    • Għandek tgħarraf lit-tabib tiegħek jekk hemm intevent kirurġiku (anke jekk ikun dentali) ippjanat

    • Għandek tgħarraf lit-tabib tiegħek minnufih jekk tiżviluppa kundizzjoni medika (magħrufa wkoll bħala Purpura Trombotika Tromboċitopenika jew TTP) li tinkludi deni u tbenġil taħt il-ġilda li jidher bħala dbabar żgħar ħomor, b’għeja sfinita spjegabbli jew mhix spjegabbli, konfużjoni, sfurija tal-ġilda jew l-għajnejn (suffejra) (ara sezzjoni 4 ‘EFFETTI SEKONDARJI POSSIBBLI LI JISTA’ JKOLLU)

    • Jekk taqta’ jew tweġġa’ lilek innifsek, jista’ jkun li l-fsada ddum aktar mis-soltu biex tieqaf. Dan hu marbut mal-mod kif taħdem il-mediċina tiegħek peress li tevita li jiffurmaw emboli tad-demm. Għal qtugħ minuri u ferrimenti eż. meta taqta’ lilek nnifsek waqt li qed tqaxxar, dan ġeneralment mhux ta’ tħassib. Madankollu, jekk inti mħasseb dwar il-fsada tiegħek, għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih (ara sezzjoni 4 EFFETTI SEKONDARJI LI JISTA’ JKOLLU)

      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    • It-tabib tiegħek għandu mnejn jordna testijiet tad-demm Clopidogrel Qualimed mhux maħsub biex jintuża fi tfal jew adoloxxenti.

      Meta tuża mediċini oħra

      Jekk jogħġbok għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta.

      Xi mediċini jistgħu jinfluenzaw kif jaħdem Clopidogrel Qualimed jew viċi versa.


      Għandek speċifikament tgħid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed tieħu

      • sustanzi kontra l-koagulazzjoni tad-demm li jittieħdu mill-ħalq, mediċini li jraqqu d-demm,

      • mediċina li hija anti-infjammatorju li mhux sterojde, normalment użat biex jiġi ittrattat l-uġigħ u/jew kundizzjonijiet infjammatorji tal- muskoli jew tal-ġogi,

      • heparin jew xi mediċina oħra li tinjetta biex traqqaq id-demm,

      • omeprazole, esomeprazole jew cimetidine, mediċini għat-taqlib tal-istonku

      • fluconazole, voriconazole, ciprofloxacin, jew chloramphenicol, mediċini li jittrattaw infezzjonijiet tal- batterja u tal-fungu,

      • fluoxetine, fluvoxamine, jew moclobemide, mediċinii li jittrattaw d-dipressjoni,

      • carbamazepine, jew oxcarbazepine, mediċini li jittrattaw xi tip ta’ epilessija,

      • ticlopidine, sustanzi oħra kontra l-plejtlets.


      Użu kull tant żmien ta’ acetylsalicylic acid (mhux aktar minn 1000 mg f’perijodu ta’ 24 siegħa), sustanza preżenti f’ħafna mediċini użata biex isserraħ l-uġigħ u tnaqqas id-deni, ġeneralment m’għandhiex toħloq problema, imma f’użu prolongat f’ċirkostanzi oħra għandha tiġi diskussa mat-tabib tiegħek.


      Meta tieħu Clopidogrel Qualimed mal-ikel u max-xorb

      Tista’ tieħu Clopidogrel Qualimed mal-ikel jew fuq stonku vojt.


      Tqala u treddigħ

      Ikun aħjar li ma tiħux dan il-prodott waqt it-tqalatużax din il-mediċina waqt it-tqala u t-treddigħ.

      Qabel ma tibda tieħu Clopidogrel, għandek tinforma lit-tabib jew lill-ispiżjar/a tiegħek jekk inti tqila jew taħseb li inti tqila. Jekk toħroġ tqila waqt li qiegħda tieħu Clopidogrel, għarraf minnufih lit-tabib tiegħek billi huwa rrakkomandat li ma tieħux clopidrogrel waqt it-tqala.


      M’għandekx tredda’ waqt li qiegħda tuża din il-mediċina.

      Jekk qiegħda tredda’ jew qiegħda taħseb biex tredda’, tkellem mat-tabib tiegħek qabel ma tieħu din il- mediċina.


      Itlob il-parir tat-tabib jew ta’ l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu xi mediċina.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni

      Clopidogrel Qualimed x’aktarx ma jaffettwax il-ħila tiegħek biex issuq jew tħaddem magni.


      Tagħrif importanti dwar xi wħud mis-sustanzi ta’ Clopidogrel Qualimed

      Il-mediċina tiegħek fiha wkoll żejt ir-riġnu idroġenat li tista’ tikkawża tqalligħ fl-istonku u dijarea.


  2. KIF GĦANDEK TIEĦU CLOPIDOGREL QUALIMED


    Dejjem għandek tieħu Clopidogrel Qualimed skont il-parir eżatt tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Id-doża li ġeneralment tingħata hi ta’ pillola ta’ 75 mg kuljum li għandha tittieħed mill-ħalq bi jew mingħajr ikel fl-istess ħin kuljum.


    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    Għandek tibqa’ tieħu Clopidogrel Qualimed sakemm it-tabib jibqa’ jgħidlek tieħdu.


    Jekk tieħu Clopidogrel Qualimed aktar milli suppost

    Għarraf lit-tabib jew mur fid-dipartiment ta’ l-emerġenza ta’ l-eqreb sptar minħabba r-riskju ogħla ta’ fsada.


    Jekk tinsa tieħu Clopidogrel Qualimed

    Jekk tinsa tieħu doża ta’ Clopidogrel Qualimed, imma tiftakar fi żmien 12-il siegħa mid-doża dwar dan, ħu l- pillola minnufih imbagħad ħu l-pillola li jmiss fil-ħin li teħodha s-soltu.

    Jekk tinsa tieħu d-doża ta’ Clopidogrel Qualimed, imma ma tiftakarx fi żmien 12-il siegħa dwar dan, tieħux id-doża li jkun missek ħadt imbagħad ħu l-pillola li jmiss fil-ħin li teħodha s-soltu. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull pillola li tkun insejt tieħu.


    Għad-daqsijiet tal-pakketti ta’ 7 pilloli, 14-il pillola, 28, 56 u 84 pillola, inti tista’ tiċċekkja d-data li fiha l- aħħar li ħadt il-pillola ta’ Clopidrogel Mylan billi tirreferi għal kalendarju stampat fuq il-folja.


    Meta tieqaf tieħu Clopidogrel Qualimed

    Twaqqafx il-kura mingħajr ma jgħidlek it-tabib tiegħek. Informa lit-tabib jew l-ispizjar tiegħek qabel twaqqaf il-kura.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ dan il-prodott, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  3. EFFETTI SEKONDARJI LI JISTA’ JKOLLU


    Bħal kull mediċina oħra, Clopidogrel Qualimed jista’ jkollu effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.


    L-effetti sekondarji jistgħu jseħħu b’ċerti frekwenzi, li huma mfissrin kif ġej:

    • Komuni ħafna (taffettwa aktar minn 1 f’kull 10 li jeħduh)

    • Komuni (taffettwa minn 1 sa 10 f’kull 100 li jeħduh)

    • Mhux komuni (taffettwa minn 1 sa 10 f’kull 1,000 li jeħduh)

    • Rari (taffettwa minn 1 sa 10 f’kull 10,000 li jeħduh)

    • Rari ħafna (taffettwa anqas minn 1 f’kull 10,000 li jeħduh)

    • Mhux magħruf (il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mit-tagħrif disponibbli)


    Ikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih, jekk ikollok:

    • Deni, sinjali ta’ infezzjoni jew għeja estrema. Dawn jistgħu jkunu dovuti għal xi tnaqqis fil-livelli ta’ ċelluli tad-demm tiegħek.

    • Sinjali ta’ problemi fil-fwied bħal sfurija tal-ġilda u l-abjad tal-għajnejn (suffejra), li jista’ jkun jew ma jkunx assoċjat ma’ emorraġija li tidher taħt il-ġilda bħala marki rqaq ħomor u/jew konfużjoni (ara sezzjoni 2 ‘Oqgħod attent ħafna meta tieħu Clopidogrel Qualimed’).

    • Nefħa fil-ħalq jew disturbi fil-ġilda bħal raxx, ħakk u nfafet fil-ġilda. Dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ reazzjoni allerġika.


      L-aktar effett sekondarju komuni hu l-emorraġija.

      Emorraġija tista’ sseħħ bħala emorraġija fl-istonku jew l-imsaren, tbenġil, ematoma (ġeneralment fsada jew tbenġil taħt il-ġilda), l-imnieħer jinfaraġ jew demm fl-awrina. F’għadd żgħir ta’ każijiet, emorraġija fl-għajn, ġewwa r-ras, il-pulmun jew il-ġogi ġew rapportati wkoll.


      Jekk tesperjenza emorraġija fuq tul ta’ żmien meta tieħu Clopidogrel Qualimed

      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

      Jekk taqta’ jew tferri lilek nnifesk, jista’ jkun li d-demm jieħu ftit aktar ħin mis-soltu biex jieqaf joħroġ. Dan hu marbut mal-mod kif il-mediċina tiegħek taħdem. Għal qtugħ żgħir u ferrimenti (eż. qtugħ ta’ meta tqaxxar) m’għandekx tinkwieta. Madankollu, jekk għandek xi dubju, l-emorraġija ssir serja jew jekk ikollok emorraġija f’partijiet mhux mistennija ta’ ġismek, għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih (ara sezzjoni 2 ‘Oqgħod attent ħafna b’Clopidogrel Qualimed’).


      Effetti kollaterali oħra huma

      Effetti kollaterali komuni: Dijarea, uġigħ addominali, indiġestjoni jew uġigħ fl-istonku


      Effetti kollaterali mhux komuni: Uġigħ ta’ ras, ulċeri fl-istonku, remettar, tqalligħ, stitikezza, ħafna gass fl- istonku jew l-imsaren, raxxijiet, ħakk, sturdament, sensazzjoni ta’ tnemnim u tirżiħ.


      Effetti kollaterali rari: Vertiġini.


      (Effetti kollaterali rari ħafna: suffejra, uġigħ addominali severi bi jew mingħajr uġigħ fid-dahar; deni, diffikultajiet biex tieħu n-nifs assoċjati ma’ tħarħir; reazzjonijiet allerġiċi ġeneralizzati, nefħa fil-ħalq, nfafet fuq il-ġilda; allerġiji fuq il-ġilda; infjammazzjoni tal-ħalq (stomatite) tnaqqis fil-pressjoni tad-demm; konfużjoni; alluċinazzjonijiet; uġigħ tal-għadam; uġigħ muskolari, tibdiliet fil-mod ta’ kif jintegħmu l- affarijiet.


      Barra minn hekk, it-tabib tiegħek ser jidentifika bidliet fid-demm jew ir-riżultati tal-awrina tiegħek.


      Jekk xi wieħed mill-effetti sekondarji jiggrava jew jekk tinnota xi effetti sekondarji li mhumiex imsemmijin f’dan il-fuljett, jekk jogħġbok, għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  4. KIF TAĦŻEN CLOPIDOGREL QUALIMED


    Żommu fejn ma jintlaħaqx u ma jidhirx mit-tfal.

    Tużax Clopidogrel Qualimed wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-kartuna ta’ barra, il-flixkun jew fuq il- folja wara JIS. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar jum ta’ dak ix-xahar.


    Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.

    Il-mediċini m’għandhomx jintremew ma’ l-ilma tad-dranaġġ jew ma’ l-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għandekx bżonn. Dawn il-miżuri jgħinu jipproteġu l-ambjent.


  5. AKTAR TAGĦRIF


X’fih Clopidogrel Qualimed:

Is-sustanza attiva hi clopidogrel. Kull pillola miksija b’rita fiha 75 mg ta’ clopidogrel (bħala hydrochloride).


L-ingredjenti l-oħra huma:


Id-Dehra ta’ Clopidogrel Qualimed u l-kontenuti tal-pakkett:

Il-pilloli miksija b’rita huma ta’ lewn roża f’għamla tonda u daqsxejn imbuzzata. Kaxxi disponibbli f’7, 14, 28, 30, 50, 56, 84, 90 u 100 pillola miksija b’rita ġo folji.

Kaxxi disponibbli f'7 pilloli, 14-il pillola, 28, 56, 84 pillola miksija b'rita ġo folji kalendarji. Kaxxi disponibbli ta' 30x1 u 50x1 pilloli miksija b'rita f'folji perforati ta' doża unika.


Jista’ jkun li mhux id-daqsijiet kollha jkunu għal skop kummerċjali.


Id-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq

Qualimed, 117 allee des Parcs, 69 800 Saint Priest, Franza


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Il-Manifattur:

KRKA, d.d., Novo mesto, Šmarješka cesta 6, 8501 Novo mesto, Is-Slovenja TAD Pharma GmbH, Heinz-Lohmann-Straße 5, 27472 Cuxhaven, il-Ġermanja


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur ta’ l- Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq.


België/Belgique/Belgien

Mylan bvba/sprl

Tél/Tel: + 0032 2 658 61 00

Luxembourg/Luxemburg

Mylan bvba/sprl

Tél/Tel: + 0032 2 658 61 00 (Belgium)


Bulgaria

Mylan SAS

Tel: +33 4 37 25 75 00 (France)

Hungary

Mylan Kft

Tel: 36 1 8026993


Ceská republika MylanPharmaceuticals s.r.o. Tel: +420 274 770 201

Malta

George Borg Barthet Ltd Tel: +356 21244205


Danmark

Mylan ApS

Tlf: + 45 3694 4568

Nederland

Mylan B.V

Tel: + 31 (0)33 2997080


Deutschland

Mylan dura GmbH

Tel: + 49-(0) 6151 9512 0

Norge

Mylan AB

Tlf: + 46 8-555 227 50 (Sverige)


Eesti

Mylan SAS

Tel: +33 4 37 25 75 00 (France)

Österreich

Arcana Arzneimittel GmbH Tel: +43 1 416 24 18

Greece

Generics Pharma Hellas ΕΠΕ Τηλ: +30 210 9936410

Polska

Mylan Sp.z.o.o

Tel: +48 22 5466400


España

Mylan Pharmaceuticals, S.L tel: + 34 93 3786400

Portugal

Mylan, Lda.

Phone: + 00351 21 412 7200


France

Qualimed

Tel: +33 4 37 25 75 00

România

Mylan SAS

Tel: +33 4 37 25 75 00 (France)


Ireland

Mc Dermott Laboratories Ltd Tel: + 1800 272 272

Allphar +353 1 4041600

Slovenija

Mylan SAS

Tel: +33 4 37 25 75 00 (France)


Ísland

Actavis Group PTC ehf Sími: + 354 5503300

Slovenská republika

Mylan sr.o

Tel: +421 2 32 604 901


Italia

Mylan S.p.A

Tel: + +39/02-61246921

Suomi/Finland

Mylan OY

Puh/Tel: + 358 9-46 60 03


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Cyprus

Pharmaceutical Trading Co Ltd Τηλ: +35 7 24656165

Sverige

Mylan AB

Tel: + 46 8-555 227 50


Latvija

Mylan SAS

Tel: +33 4 37 25 75 00 (France)

United Kingdom

Generics [UK] Ltd trading as Mylan Tel: +44 1707 853000


Lietuva

Mylan SAS

Tel: +33 4 37 25 75 00 (France)


Dan il-fuljett kien approvat l-aħħar f’: XX/SSSS


.