Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Zostavax
shingles (herpes zoster) vaccine (live)

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


ZOSTAVAX

Trab u solvent għal suspensjoni għall-injezzjoni

vaċċin kontra l-ħruq ta’ Sant’Antnin (herpes zoster) (ħaj)


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel ma titlaqqam peress li fih informazzjoni importanti għalik.


F'dan il-fuljett


  1. X’inhu ZOSTAVAX u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel qabel ma tirċievi ZOSTAVAX

  3. Kif għandek tuża ZOSTAVAX

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen ZOSTAVAX

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu ZOSTAVAX u għalxiex jintuża


    ZOSTAVAX huwa vaċċin użat biex jimpedixxi l-ħruq ta' Sant'Antnin (zoster) u post-herpetic neuralgia relatata ma' zoster (PHN), l-uġigħ fin-nervituri li jdum sewwa li jsegwi l-ħruq ta' Sant'Antnin.


    ZOSTAVAX huwa wżat għat-tilqim ta' individwi ta' 50 sena jew aktar.


    ZOSTAVAX ma jistax jintuża sabiex ifejjaq il-ħruq ta' Sant'Antnin eżistenti jew l-uġigħ assoċjat ma' ħruq ta' Sant'Antnin eżistenti.


    Tagħrif dwar ħruq ta' Sant'Antnin:


    X'inhu ħruq ta' Sant'Antnin?

    Il-ħruq ta' Sant'Antnin huwa raxx li jtella' nfafet u jikkawża uġigħ, . Normalment dan ifeġġ f'parti waħda tal-ġisem u jista' jibqa' preżenti għal bosta ġimgħat. Jista' jwassal għal uġigħ qawwi u fit-tul u marki fuq il-ġilda. B'mod inqas komuni, jista' jkun hemm infezzjonijiet tal-ġilda b'batterji, debbulizza, paraliżi tal-muskoli, telf tas-smigħ jew tal-vista. Il-ħruq ta' Sant'Antnin huwa kkawżat mill-istess virus tal-ġidri r-riħ. Wara li tkun ħadt il-ġidri r-riħ, il-virus li jkun ikkawżah jibqa' f'ġismek fiċ-ċelloli tan- nervituri. Xi kultant, wara ħafna snin, il-virus jerġa' jsir attiv u jikkawża l-ħruq ta' Sant'Antnin.


    X'inhu PHN?

    Wara li l-infafet tal-ħruq ta' Sant'Antnin ifiequ, l-uġigħ jista' jibqa' preżenti għal xhur jew snin u dan jista' jkun qawwi. Dan l-uġigħ fin-nervituri fit-tul huwa msejjaħ post-herpetic neuralgia jew PHN.


  2. X’għandek tkun taf qabel qabel ma tirċievi ZOSTAVAX Tiħux ZOSTAVAX

    • jekk inti allerġiku għal xi sustanza ta’ din it-tilqima (inkluż neomycin (li jista’ jkun preżenti bħala traċċa ta’ residwu) jew għal xi sustanza oħra mniżżla fis-sezzjoni 6).

    • jekk tbati minn xi mard tad-demm jew minn xi tip ta' kanċer li jdgħajjef is-sistema tal-immunità tiegħek

    • jekk it-tabib tiegħek qallek li inti għandek sistema tal-immunità mdgħajjfa minħabba marda, mediċini jew trattament ieħor

    • jekk għandek tuberkolożi attiva mhux trattata

    • jekk inti tqila (barra dan, it-tqala għandha tiġi evitata għal xahar wara t-tilqim, ara Tqala u treddigħ)


      Twissijiet u prekawzjonijiet

      Jekk kellek xi waħda minn dawn li ġejjin, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tirċievi ZOSTAVAX:

    • jekk għandek jew qatt kellek problemi mediċi jew xi allerġiji

    • jekk għandek id-deni

    • jekk inti infettat bl-HIV


      Għid lit-tabib tiegħek jekk qatt kellek reazzjoni allerġika għal xi waħda mis-sustanzi (inkluż neomycin (li jista’ jkun preżenti bħala traċċa ta’ residwu) jew għal xi sustanza oħra elenkata fis-sezzjoni 6) qabel ma tingħata din it-tilqima.


      Bħal ħafna tilqim, ZOSTAVAX mhux bilfors jagħti protezzjoni totali lill-persuni kollha li jieħdu t- tilqima.


      Jekk għandek disturb fit-tagħqid tad-demm jew livelli baxxi ta’ plejtlits, it-tilqima għandha tingħata taħt il-ġilda minħabba li jista’ jseħħ ħruġ ta’ demm wara għoti ġol-muskolu.


      Mediċini oħra u ZOSTAVAX

      Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini jew tilqim ieħor.


      ZOSTAVAX jista' jingħata fl-istess ħin li jingħata l-vaċċin inattivat kontra l-influwenza. Iż-żewġ vaċċini għandhom jingħataw b'żewġ injezzjonijiet separati f'partijiet differenti tal-ġisem.


      Għal aktar informazzjoni dwar l-għoti ta’ ZOSTAVAX u vaċċin polisakkaride pnewmokokkali ta’ 23 valenti fl-istess ħin, kellem lit-tabib tiegħek jew lil min qed jipprovdilek il-kura tas-saħħa.


      Tqala u treddigħ

      ZOSTAVAX ma għandux jingħata lil nisa tqal. Nisa li jista' jkollhom it-tfal għandhom jieħdu l- prekawzjonijiet meħtieġa sabiex jevitaw tqala għal xahar wara li jieħdu t-tilqima.


      Avża lit-tabib tiegħek jekk qed tredda' jew għandek il-ħsieb li tredda'. It-tabib tiegħek jiddeċiedi jekk għandekx tingħata ZOSTAVAX.


      Itlob il-parir tat-tabib jew ta’ l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu xi mediċina.


      Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni

      M'hemm ebda tagħrif li jissuġġerixxi li ZOSTAVAX jaffettwa l-ħila biex issuq jew tħaddem magni.


      ZOSTAVAX fih sodium

      Din il-mediċina fiha anqas minn 1 mmol sodium (23 milligramma) f’kull doża, jiġifieri essenzjalment ‘ħieles mis-sodium’.


      ZOSTAVAX fih potassium

      Din il-mediċina fiha anqas minn 1 mmol potassium (39 milligramma) f’kull doża, jiġifieri essenzjalment ‘ħieles mill-potassium’.

  3. Kif għandek tuża ZOSTAVAX


    ZOSTAVAX għandu jiġi injettat taħt il-ġilda jew ġo muskolu, preferibbilment fil-parti ta' fuq tad- dirgħajn.


    Jekk inti għandek disturb fit-tagħqid tad-demm jew livelli baxxi ta’ plejtlits fid-demm, l-injezzjoni se tingħata taħt il-ġilda.


    ZOSTAVAX jingħata bħala doża waħda.


    L-istruzzjonijiet dwar ir-rikonstituzzjoni maħsubin għal professjonisti fil-qasam tal-kura tas- saħħa huma nklużi fil-parti ta' l-aħħar tal-fuljett.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull tilqima u mediċina oħra, din it-tilqima tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    B’mod rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000), jistgħu jseħħu reazzjonijiet allerġiċi. Xi wħud minn dawn ir-reazzjonijiet jistgħu jkunu serji u jistgħu jinkludu diffikultà fit-teħid tan-nifs jew biex tibla’. Jekk inti għandek reazzjoni allerġika, ċempel lit-tabib tiegħek minnufih.


    Kienu osservati l-effetti sekondarji li ġejjin:

    • Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 minn kull 10): Ħmura, uġigħ, nefħa u ħakk fis-sit tal-injezzjoni*

    • Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10): Sħana, tbenġil, għoqda iebsa, u raxx fis- sit tal-injezzjoni*; uġigħ ta’ ras*; uġigħ fi driegħ jew f’riġel*; uġigħ fil-ġogi, uġigħ fil-muskoli; deni; raxx

    • Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100): Nawsja; glandola minfuħa (għonq, taħt l-abt)

    • Rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000): Ħorriqija fis-sit tal-injezzjoni

    • Rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10,000): Variċella (ġidri r-riħ); ħruq ta’ Sant’Antnin; ħsara fir-retina kkawżata minn infjammazzjoni li twassal għal bidla fil-vista (f’pazjenti fuq terapija immunosoppressiva).


    *Dawn ir-reazzjonijiet avversi kienu osservati fi provi kliniċi u permezz ta’ sorveljanza wara t- tqegħid fis-suq; il-biċċa l-kbira ta’ dawk osservati fil-provi kliniċi ġew irrappurtati li kienu ħfief fl-intensità tagħhom.


    Rappurtar tal-effetti sekondarji

    image

    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din it-tilqima.


  5. Kif taħżen ZOSTAVAX


    Żomm din it-tilqima fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din it-tilqima wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kaxxa ta' barra wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Żommu kiesaħ waqt il-ħażna u l-ġarr (2 C – 8 C). Tagħmlux fil-friża. Żomm il-kunjett fil-kartuna ta’ barra biex tilqa’ mid-dawl.

    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X'fih ZOSTAVAX

Wara rikostituzzjoni, doża waħda (0.65 mL) fiha: Is-sustanza attiva hi:

Virus tal-variċella-zoster1, razza Oka/Merck, (ħaj, attenwat) mhux inqas minn 19,400 PFU (unitajiet li jiffurmaw plakka).

1Prodott f'ċelloli diploid umani (MRC-5) Is-sustanzi l-oħra huma:

Trab

Sucrose, hydrolysed gelatin, sodium chloride (NaCl), potassium dihydrogen phosphate, potassium chloride (KCl), monosodium L-glutamate monohydrate, disodium phosphate, sodium hydroxide (NaOH) (għall-aġġustament tal-pH) u urea.


Solvent

Ilma għall-injezzjonijiet


Kif jidher ZOSTAVAX u l-kontenut tal-pakkett

It-tilqima hija f'għamla ta' trab għal suspensjoni għall-injezzjoni f'kunjett ta' doża waħda, li għandha tiġi rikonstitwita bis-solvent mogħti mal-kunjett tat-trab.


It-trab huwa ċappa kristallina kumpatta minn abjad sa offwajt. Is-solvent huwa likwidu ċar u bla kulur.


ZOSTAVAX huwa disponibbli f'pakketti ta' 1 jew 10. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq: Merck Sharp and Dohme B.V., Waarderweg 39, 2031 BN Haarlem, L-Olanda


Manifattur: Merck Sharp and Dohme B.V., Waarderweg 39, 2031 BN Haarlem, L-Olanda


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jgħoġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq.


België/Belgique/Belgien

MSD Belgium

Tél/Tel: +32(0)27766211

dpoc_belux@merck.com

Lietuva

UAB Merck Sharp & Dohme Tel.: +370.5.2780.247

msd_lietuva@merck.com


България

Мерк Шарп и Доум България ЕООД, тел.: + 359 2 819 3737

info-msdbg@merck.com

Luxembourg/Luxemburg

MSD Belgium

Tél/Tel: +32(0)27766211

dpoc_belux@merck.com


Česká republika

Merck Sharp & Dohme s.r.o. Tel.: +420 233 010 111

dpoc_czechslovak@merck.com

Magyarország

MSD Pharma Hungary Kft. Tel.: + 36.1.888.5300

hungary_msd@merck.com

Danmark

MSD Danmark ApS Tlf: + 45 4482 4000

dkmail@merck.com

Malta

Merck Sharp & Dohme Cyprus Limited. Tel: 8007 4433 (+356 99917558)

malta_info@merck.com


Deutschland

MSD Sharp & Dohme GmbH

Tel: 0800 673 673 673 (+49 (0) 89 4561 0)

e-mail@msd.de

Nederland

Merck Sharp & Dohme B.V.

Tel: 0800 9999000 (+31 23 5153153)

medicalinfo.nl@merck.com


Eesti

Merck Sharp & Dohme OÜ, Tel: +372.614.4200

msdeesti@merck.com

Norge

MSD (Norge) AS Tlf: +47 32 20 73 00

msdnorge@msd.no


Ελλάδα

MSD Α.Φ.Β.Ε.Ε.

Τηλ: +30 210 98 97 300

dpoc_greece@merck.com

Österreich

Merck Sharp & Dohme Ges.m.b.H. Tel: +43 (0) 1 26 044

dpoc_austria@merck.com


España

Merck Sharp & Dohme de España, S.A. Tel: +34 91 321 06 00

msd_info@merck.com

Polska

MSD Polska Sp. z o.o. Tel.: +48.22.549.51.00

msdpolska@merck.com


France

MSD France

Tél: +33 (0)1 80 46 40 40

Portugal

Merck Sharp & Dohme, Lda Tel: +351 21 4465700

inform_pt@merck.com


Hrvatska

Merck Sharp & Dohme d.o.o. Tel: +385 1 66 11 333

croatia_info@merck.com

România

Merck Sharp & Dohme Romania S.R.L Tel: + 4021 529 29 00

msdromania@merck.com


Ireland

Merck Sharp & Dohme Ireland (Human Health) Limited

Tel: +353 (0)1 2998700

medinfo_ireland@merck.com

Slovenija

Merck Sharp & Dohme, inovativna zdravila d.o.o.

Tel: +386.1.520.4201

msd.slovenia@merck.com


Ísland

Vistor hf.

Sími: + 354 535 7000

Slovenská republika

Merck Sharp & Dohme, s. r. o Tel: +421 2 58282010

dpoc_czechslovak@merck.com


Italia

MSD Italia S.r.l.

Tel: 800 23 99 89 (+39 06 361911)

medicalinformation.it@msd.com

Suomi/Finland

MSD Finland Oy

Puh/Tel: +358 (0)9 804 650

info@msd.fi


Κύπρος

Merck Sharp & Dohme Cyprus Limited Τηλ: 800 00 673 (+357 22866700)

cyprus_info@merck.com

Sverige

Merck Sharp & Dohme (Sweden) AB Tel: +46 77 5700488

medicinskinfo@merck.com

Latvija

SIA Merck Sharp & Dohme Latvija Tel: +371.67364.224

msd_lv@merck.com

United Kingdom (Northern Ireland)

Merck Sharp & Dohme (Human Health) Limited Tel: +353 (0)1 2998700

medinfoNI@msd.com


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’<{XX/SSSS}><{xahar SSSS}>.



.


image


It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti tal-kura tas-saħħa:


Qabel ma jitħallat mas-solvent, it-trab tat-tilqima jkun ċappa kristallina kumpatta minn abjad sa offwajt.

Is-solvent huwa likwidu ċar u bla kulur. Meta jiġi rikostitwit, ZOSTAVAX ikun likwidu kemxejn imdardar sa transluċidu, minn offwajt sa isfar ċar.


Evita kuntatt ma’ diżinfettanti minħabba li jistgħu jinattivaw il-virus tat-tilqima. Biex tirrikostitwixxi l-vaċċin, uża s-solvent provdut.

Huwa importanti li tintuża siringa u labra sterilizzati separati għal kull pazjent sabiex tiġi evitata t- trasmissjoni ta’ aġenti infettivi minn individwu għal ieħor.


Għandha tintuża labra waħda għar-rikostituzzjoni u labra separata ġdida, għall-injezzjoni.


Istruzzjonijiet ta' rikonstituzzjoni


Iġbed il-kontenut kollu tal-kunjett tas-solvent f'siringa. Injetta l-kontenut kollu tas-siringa ġol-kunjett li fih it-trab. Ħawwad bil-mod sabiex jinħall kollu.


It-tilqima rrikostitwita għandha tiġi eżaminata viżwalment għal kwalunkwe frak u/jew dehra fiżika mhux normali qabel ma tingħata. F’każ li jiġi osservat xi wieħed minn dawn, armi t-tilqima.


Huwa rakkomandat li t-tilqima tingħata minnufih wara r-rikostituzzjoni, sabiex jitnaqqas it-telf tal-qawwa tagħha. Armi t-tilqima rikostitwita jekk ma tintużax fi żmien 30 minuta.


Tagħmilx it-tilqima rikostitwita fil-friża.


Iġbed il-kontenut kollu tat-tilqima rikostitwita mill-kunjett għal ġo siringa, ibdel il-labra u injetta l- volum kollu permezz tar-rotta ta’ taħt il-ġilda jew ta’ ġol-muskolu.


Kull fdal tal-prodott li ma jkunx intuża jew skart li jibqa' wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.


Ara wkoll sezzjoni 3. Kif għandek tuża ZOSTAVAX