Zarzio
filgrastim
Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.
Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek.
Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.
Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan
jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.
X’inhu Zarzio u għalxiex jintuża
X’għandek tkun taf qabel ma tuża Zarzio
Kif għandek tuża Zarzio
Effetti sekondarji possibbli
Kif taħżen Zarzio
Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra
Zarzio hu fattur tat-tkabbir taċ-ċelluli tad-demm bojod (fattur li jistimula kolonji ta’ granuloċiti) u jappartjeni għal grupp ta’ proteini msejħa cytokines. Fatturi tat-tkabbir huma proteini li jsiru b’mod naturali fil-ġisem iżda jistgħu wkoll isiru bl-użu tal-bijoteknoloġija għall-użu bħala mediċina. Zarzio jaħdem billi jinkoraġġixxi l-mudullun biex jipproduċi iktar ċelluli bojod tad-demm.
Tnaqqis fin-numru ta’ ċelluli tad-demm bojod (newtropenija) jista’ jseħħ għal diversi raġunijiet u dan jagħmel lil ġismek inqas kapaċi biex jiġġieled kontra l-infezzjonijiet. Zarzio jistimula l-mudullun biex jipproduċi ċelluli bojod ġodda malajr.
Zarziojista’jintuża:
biex iżid in-numru ta’ ċelluli tad-demm bojod wara l-kura bil-kimoterapija biex jgħin
fil-prevenzjoni tal-infezzjonijiet;
biex iżid in-numru ta’ ċelluli tad-demm bojod wara trapjant tal-mudullun biex jgħin
fil-prevenzjoni tal-infezzjonijiet;
qabel kimoterapija b’doża għolja biex twassal għall-mudullun biex jipproduċi iktar ċelluli staminali li jistgħu jinġabru u jingħataw lura lilek wara l-kura tiegħek. Dawn jistgħu jittieħdu mingħandek jew mingħand donatur. Iċ-ċelluli staminali mbagħad imorru lura ġol-mudullun u jipproduċu ċelluli tad-demm;
biex iżidu n-numru ta’ ċelluli tad-demm bojod jekk inti tbati minn newtropenija kronika severa
biex jgħinu fil-prevenzjoni tal-infezzjonijiet;
f’pazjenti b’infezzjoni avvanzata tal-HIV, u dan se jgħin fil-prevenzjoni tal-infezzjonijiet.
jekk inti allerġiku għal filgrastim jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla
fis-sezzjoni 6)
Kellem lit-tabib jew, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek qabel tuża Zarzio.
Jekk jogħġbok avża lit-tabib tiegħek qabel tibda l-kura jekk għandek:
l-osteoporożi (mard tal-għadam);
anemija taċ-ċelluli sickle għax Zarzio jista’ jikkawża kriżijiet taċ-ċelluli sickle.
Jekk jogħġbok għid lit-tabib tiegħek minnufih waqt kura b’Zarzio, jekk inti:
ikollok uġigħ ta’ żaqq (addominali) fuq in-naħa tax-xellug fil-parti ta’ fuq, uġigħ taħt il-qafas ta’ sidrek fin-naħa tax-xellug jew fit-tarf tal-ispalla tax-xellug tiegħek [dawn jistgħu jkunu sintomi ta’ tkabbir tal-milsa (splenomegalija), jew possibbilment ta’ ftuq tal-milsa].
tinnota fsada jew tbenġil mhux normali [dawn jistgħu jkunu sintomi ta’ tnaqqis fl-għadd ta’
plejtlits tad-demm (tromboċitopenija) b’abilità mnaqqsa li d-demm tiegħek jagħqad].
ikollok sinjali għal għarrieda ta’ allerġija bħal raxx, ħakk jew ħorriqija fuq il-ġilda, nefħa
tal-wiċċ, xufftejn, ilsien jew partijiet oħrajn tal-ġisem, qtugħ ta’ nifs, tħarħir jew problemi biex tieħu n-nifs, għax dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ reazzjoni allerġija severa (sensittività eċċessiva).
ikollok nefħa f’wiċċek jew fl-għekiesi, demm fl-awrina tiegħek jew awrina ta’ lewn kannella
jew tinnota li tgħaddi awrina inqas mis-soltu (glomerulonefrite).
Infjammazzjoni tal-aorta (l-arterja l-kbira tad-demm li tittrasporta d-demm mill-qalb għall-ġisem) ġiet irrappurtata b'mod rari f’pazjenti bil-kanċer u f’donaturi b’saħħithom. Is-sintomi jistgħu jinkludu deni, uġigħ fl-addome, telqa, uġigħ fid-dahar u żieda fil-markaturi infjammatorji. Kellem lit-tabib tiegħek jekk ikollok dawn is-sintomi.
Jekk ikollok telf ta’ rispons jew ma jirnexxilekx iżżomm rispons bil-kura ta’ filgrastim, it-tabib tiegħek se jinvestiga r-raġunijiet għal dan, li jinkludu jekk inti żviluppajtx antikorpi li jinnewtralizzaw l-attività ta’ filgrastim.
It-tabib tiegħek jista’ jkun irid jimmonitorjak mill-qrib, ara sezzjoni 4 tal-fuljett ta’ tagħrif.
Jekk inti pazjent b’newtropenija kronika severa u tista’ tkun f’riskju li tiżviluppa kanċer tad-demm (lewkimja, sindromi majelodisplastiċi [MDS]. Għandek tkellem lit-tabib tiegħek dwar ir-riskji tiegħek li tiżviluppa kanċer tad-demm u x’testijiet għandhom isiru. Jekk tiżviluppa jew x’aktarx li se tiżviluppa kanċers tad-demm, m’għandekx tuża Zarzio, sakemm ma tingħatax istruzzjonijiet oħra
mit-tabib tiegħek.
Jekk inti donatur ta’ ċelluli staminali, inti jrid ikollok bejn 16 u 60 sena.
Zarzio huwa wiehed mill-grupp ta’ prodotti li jistimolaw il-produzzjoni ta’ ċelloli bojod tad-demm. Il- professjonist tiegħek fil-qasam tas saħħa għandu dejjem iżomm nota’ tal-prodott partikolari li qed tuza.
Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.
Zarzio ma ġiex ittestjat f’nisa tqal jew li kienu qed ireddgħu.
Zarzio mhux irrikkmandat waqt it-tqala.
Hu importanti li tgħid lit-tabib tiegħek jekk inti:
tqila jew qed tredda’;
taħseb li tista tkun tqila; jew
jew qed tippjana li jkollok tarbija.
Jekk toħroġ tqila matul il-kura b’Zarzio, jekk jogħġbok informa lit-tabib tiegħek.
Ħlief jekk it-tabib tiegħek jgħidlek biex tagħmel mod ieħor, inti trid tieqaf tredda’ jekk tuża Zarzio.
Zarzio jista’ jkollu effett żgħir fuq il-ħila tiegħek biex issuq u tħaddem magni. Din il-mediċina tista’
tikkawżalek sturdament. Hu rakkomandat li tistenna u tara kif tħossok wara li tieħu Zarzio u qabel ma ssuq jew tħaddem xi makkinarju.
Zarzio fih sorbitol (E420).
Sorbitol huwa sors ta’ fructose. Jekk inti (jew ibnek / bintek) għandek intolleranza ereditarja għal fructose (hereditary fructose intolerance - HFI), disturb ġenetiku rari, inti (jew it-tifel / tifla tiegħek) m’għandekx tingħata din il-mediċina. Pazjenti b’HFI ma jistgħux ikissru l-fructose, li jista’ jikkawża effetti sekondarji serji.
Għandek tgħid lit-tabib tiegħek qabel ma tingħata din il-mediċina jekk inti (jew ibnek / bintek) għandek HFI jew jekk it-tifel / tifla tiegħek ma jistax / tistax jieħu / tieħu ikel jew xorb ħelu aktar għax iħossuhom ma jifilħux, jirremettu jew iħossu effetti spjaċevoli bħal nefħa, bugħawwieġ fl-istonku jew dijarea.
Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.
Zarzio normalment jingħata bħala injezzjoni ta’ kuljum fit-tessut li jkun immedjatment taħt il-ġilda (magħrufa bħala injezzjoni taħt il-ġilda). Jista’ jingħata wkoll bħala injezzjoni ta’ kuljum ġol-vini (magħrufa bħala infużjoni ġol-vini). Id-doża normali tvarja skont il-marda u l-piż tiegħek. It-tabib tiegħek se jgħidlek kemm għandek Zarzio.
Pazjenti li jkollhom trapjant tal-mudullun wara kimoterapija:
Normalment tirċievi l-ewwel doża tiegħek ta’ Zarzio mill-inqas 24 siegħa wara l-kimoterapija tiegħek
u mill-inqas 24 siegħa wara li tirċievi t-trapjant tal-mudullun tiegħek.
Inti, jew in-nies li jieħdu ħsiebek, tista’ tiġi mgħallem kif tagħti injezzjonijiet taħt il-ġilda biex tkun tista’ tkompli l-kura tiegħek id-dar. Madankollu, m’għandekx tipprova dan ħlief jekk l-ewwel tkun ġejt imħarreġ kif suppost mill-professjonist fil-qasam tas-saħħa tiegħek.
Int se jkollok bżonn tieħu Zarzio sakemm l-għadd taċ-ċelluli tad-demm bojod tiegħek ikun normali. Sejrin isirulek testijiet tad-demm biex jiġi mmonitorjat in-numru ta’ ċelluli tad-demm bojod f’ġismek. It-tabib tiegħek se jgħidlek kemm għandek iddum tieħu Zarzio.
Zarzio jintuża għall-kura tat-tfal li jkunu qed jirċievu kimoterapija jew li jbatu minn għadd baxx sever ta’ ċelluli tad-demm bojod (newtropenija). Id-dożaġġ fit-tfal li jirċievu kimoterapija huwa l-istess bħal dak tal-adulti.
Iżżidx id-doża li t-tabib tiegħek ikun tak. Jekk taħseb li tkun injettajt aktar milli suppost, ikkuntattja
lit-tabib tiegħek immedjatament.
Jekk tkun insejt tieħu injezzjoni, jew injettajt ftit wisq, ikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.
Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar jew
lill-infermier tiegħek.
Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.
jekk ikollok reazzjoni allerġika li tinkludi dgħufija, tnaqqis fil-pressjoni tad-demm, diffikultà
biex tieħu n-nifs, nefħa tal-wiċċ (anafilassi), raxx tal-ġilda, raxx bil-ħakk (urtikarja), nefħa
tal-wiċċ u tax-xufftejn, tal-ħalq, tal-ilsien jew tal-gerżuma (anġjoedema) u qtugħ ta’ nifs
(dispneja).
jekk ikollok sogħla, deni u diffikultà biex tieħu n-nifs (dispneja) għax dan jista’ jkun sinjal ta’
Sindrome ta’ Problemi Respiratorji Akuti (ARDS - Acute Respiratory Distress Syndrome).
jekk ikollok uġigħ fin-naħa ta’ fuq ta’ żaqqek (uġigħ addominali) fuq ix-xellug, uġigħ taħt
il-kustilji tax-xellug jew uġigħ fit-tarf ta’ spallejk, għax jista’ jkun hemm problema fil-milsa tiegħek [tkabbir tal-milsa (splenomegalija) jew ftuq tal-milsa].
jekk qed tirċievi kura għal newtropenija kronika severa u għandek demm fl-awrina (ematurija).
It-tabib tiegħek jista’ jittestja l-awrina tiegħek b’mod regolari jekk ikollok dan l-effett sekondarju jew jekk tinstab il-proteina fl-awrina tiegħek (proteinurija).
jekk ikollok xi wieħed minn dawn li ġejjin jew kombinazzjoni ta' l-effetti sekondarji li ġejjin:
nefħa, li tista' tkun assoċjata ma’ mogħdija tal-ilma inqas frekwenti, diffikultà biex tieħu nifs, nefħa addominali u sensazzjoni ta’ milja, u sensazzjoni ġenerali ta' għeja. Dawn
is-sintomi ġeneralment jiżviluppaw b'mod rapidu.
Dawn jistgħu jkunu sintomi ta' kundizzjoni li tissejjaħ "Sindromu ta' Tnixxija tal-Kapillari" li
tikkawża demm li jnixxi mill-vini ż-żgħar f’ġisemek u teħtieġ attenzjoni medika urġenti.
jekk ikollok kombinazzjoni ta’ xi wieħed mis-sintomi li ġejjin:
deni, jew tertir, jew tħoss ħafna kesħa, rata għolja tat-taħbit tal-qalb, konfużjoni jew diżorjentament, qtugħ ta’ nifs, uġigħ kbir jew skumdità u ġilda umda jew għarqana.
Dawn jistgħu jkunu sintomi ta’ kundizzjoni msejħa “sepsis” (imsejħa wkoll "avvelenament tad- demm"), infezzjoni severa b’rispons infjammatorju mal-ġisem kollu li jista’ jkun ta’ theddida għall-ħajja u jeħtieġ attenzjoni medika urġenti.jekk ikollok ħsara fil-kliewi (glomerulonefrite). Ħsara fil-kliewi kienet osservata f’pazjenti li rċevew filgrastim. Ċempel lit-tabib tiegħek minnufih jekk ikollok nefħa f’wiċċek jew fl-għekiesi, demm fl-awrina tiegħek jew awrina ta’ lewn kannella jew tinnota li tgħaddi awrina inqas mis-soltu.
Effett sekondarju komuni tal-użu ta’ filgrastim hu wġigħ fil-muskoli jew fl-għadam tiegħek (uġigħ muskoloskeletriku), li jista’ jkun megħjun billi tieħu mediċini standard għas-serħan mill-uġigħ (analġeżiċi). F’pazjenti li jkun qed isirilhom trapjant ta’ ċelluli staminali jew tal-mudullun, tista’ sseħħ Graft versus Host Disease – din hi reazzjoni taċ-ċelluli tad-donatur kontra l-pazjent li jkun qed jirċievi t-trapjant; sinjali u sintomi jinkludu raxx fuq il-pali ta’ jdejk jew fil-qiegħ ta’ saqajk u ulċeri u feriti
fil-ħalq, fl-imsaren, fil-fwied, fil-ġilda jew fl-għajnejn, fil-pulmun, fil-vaġina u fil-ġogi tiegħek. Xi ħaġa li tidher b’mod komuni ħafna fid-donaturi normali taċ-ċelluli staminali hi ż-żieda fiċ-ċelluli tad-demm bojod (lewkoċitożi) u tnaqqis tal-plejtlits li jnaqqas il-kapaċità tad-demm li jagħqad (tromboċitopenija), dawn se jiġu mmonitorjati mit-tabib tiegħek.
tnaqqis tal-plejtlits li jnaqqas il-ħila tad-demm li jagħqad (tromboċitopenija)
għadd baxx ta’ ċelluli tad-demm ħomor (anemija)
uġigħ ta’ ras
dijarea
rimettar
nawseja
telf jew nuqqas mhux tas-soltu ta’ xagħar (alopeċja)
għeja (għeja kbira)
dulur u nefħa tal-kisja tal-apparat diġestiv li hemm mill-ħalq sal-anus (infjammazzjoni fil-mukuża)
deni
infjammazzjoni tal-pulmun (bronkite)
infezzjoni fl-apparat respiratorju ta’ fuq
infezzjoni fil-passaġġ urinarju
tnaqqis fl-aptit
problemi biex torqod (insomnja)
sturdament
sensazzjoni mnaqqsa ta’ sensittività, speċjalment fil-ġilda (ipoesteżija)
tingiż jew tnemnim tal-idejn jew is-saqajn (paraesteżija)
pressjoni baxxa (ipotensjoni)
pressjoni għolja (ipertensjoni)
sogħla
tisgħol id-demm (emoptisi)
uġigħ f’ħalqek u fil-griżmejn (uġigħ orofarinġeali)
tinfaraġ (epistassi)
stitikezza
uġigħ fil-ħalq
tkabbir tal-fwied (epatomegalija)
raxx
ħmura tal-ġilda (eritema)
spażmu tal-muskolu
uġigħ meta tagħmel l-awrina (disurija)
uġigħ fis-sider
uġigħ
dgħufija ġeneralizzata (astenja)
tħossok ma tiflaħx b’mod ġenerali (telqa)
nefħa fl-idejn u fis-saqajn (edema periferali)
żieda ta’ ċerti enzimi fid-demm
tibdil fil-kimika tad-demm
reazzjoni tat-trasfużjoni
żieda fiċ-ċelluli tad-demm bojod (lewkoċitożi)
reazzjoni allerġika (sensittività eċċessiva)
rifjut tal-mudullun ittrapjantat (Graft versus Host Disease)
livelli għolja ta’ uric acid fid-demm, li jistgħu jikkawżaw il-gotta (iperuriċemija) (Żieda ta’ uric
acid fid-demm)
ħsara tal-fwied ikkawżata mill-imblukkar tal-vini ż-żgħar fil-fwied (mard venookklużiv)
il-pulmun ma jaħdimx kif suppost, u jikkawża qtugħ ta’ nifs (insuffiċjenza respiratorja)
nefħa u/jew fluwidi fil-pulmun (edema pulmonari)
infjammazzjoni tal-pulmun (mard interstizjali tal-pulmun)
x-rays anormali tal-pulmun (infiltrazzjoni tal-pulmun)
ħruġ ta’ demm mill-pulmun (emorraġija pulmonari)
nuqqas ta’ assorbiment ta’ ossiġnu fil-pulmun (ipoksija)
raxx tal-ġilda b’ħotob (raxx makuo-papulari)
marda li tikkawża li l-għadam isir inqas dens, u tagħmlu iktar dgħajjef, iktar fraġli u x’aktarx li jinkiser (osteoporożi)
reazzjoni fis-sit tal-injezzjoni
uġigħ sever fl-għadam, fis-sider, fl-imsaren jew fil-ġogi (kriżi taċ-ċelluli sickle)
reazzjonijiet allerġiċi għal għarrieda li jistgħu jkunu fatali (reazzjoni anafilattika)
uġigħ u nefħa tal-ġogi, simili għal gotta (psewdogotta)
tibdil ta’ kif ġismek jirregola l-fluwidi f’ġismek li jista’ jirriżulta f’nefħa (disturbi fil-volum tal- fluwidi)
infjammazzjoni tal-vini jew arterji fil-ġilda (vaskulite tal-ġilda)
feriti mtellgħa ’l fuq ta’ kulur l-għanbaqar u bl-uġigħ fuq id-dirgħajn/riġlejn u xi kultant fil-wiċċ
u fl-għonq, flimkien ma’ deni (is-sindrome ta’ Sweet)
aggravament ta’ artrite rewmatojde
tibdil mhux tas-soltu fl-awrina
tnaqqis fid-densità tal-għadam
infjammazzjoni tal-aorta (l-arterja l-kbira tad-demm li tittrasporta d-demm mill-qalb għall- ġisem), ara sezzjoni 2.
Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.
Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.
Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna fuq it-tikketta tas-siringa wara EXP. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.
Aħżen fi friġġ (2°C - 8°C).
Żomm is-siringa mimlija għal-lest fil-kartuna ta’ barra sabiex tilqa’ mid-dawl.
Iffriżar aċċidentali mhux se jagħmel ħsara lil Zarzio.
Is-siringa tista’ titneħħa minn ġol-friġġ u titħalla f’temperatura ambjentali tal-kamra għal perijodu wieħed li ma jdumx aktar minn 8 ijiem (imma mhux aktar minn 25°C). Fi tmiem dan il-perijodu, il-prodott m’għandux jitqiegħed fil-friġġ, u għandu jintrema.
Tużax din il-mediċina jekk tinnota tibdil fil-kulur, li s-soluzzjoni tkun imċajpra jew ikun fiha l-frak. Il-likwidu għandu jkun ċar u bla kulur sa ftit safrani.
Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.
Is-sustanza attiva hi filgrastim.
Zarzio 30 MU/0.5 mL soluzzjoni għall-injezzjoni jew infużjoni f’siringa mimlija għal-lest: Kull siringa mimlija għal-lest fiha 30 MU ta’ filgrastim f’0.5 mL li jikkorrispondi għal 60 MU/mL. Zarzio 48 MU/0.5 mL soluzzjoni għall-injezzjoni jew infużjoni f’siringa mimlija għal-lest: Kull siringa mimlija għal-lest fiha 48 MU ta’ filgrastim f’0.5 mL li jikkorrispondi għal 96 MU/mL.
Is-sustanzi mhux attivi l-oħra huma glutamic acid, sorbitol (E420), polysorbate 80 u ilma
għall-injezzjonijiet.
Zarzio hu soluzzjoni ċara u bla kulur jew kemm kemm safra għall-injezzjoni jew infużjoni f’siringa
mimlija għal-lest.
Zarzio hu disponibbli f’pakketti li fihom 1, 3, 5 jew 10 siringi mimlija għal-lest b’labra tal-injezzjoni
bi jew mingħajr protezzjoni tas-sigurtà tal-labra.
Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.
Sandoz GmbH Biochemiestr. 10
6250 Kundl
L-Awstrija
Sandoz GmbH Biochemiestr. 10
6336 Langkampfen L-Awstrija
-------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------
Din is-sezzjoni fiha tagħrif dwar kif għandek tagħti injezzjoni ta’ Zarzio lilek innifsek. Huwa importanti li ma tippruvax tinjetta lilek innifsek ħlief jekk tkun ingħatajt taħriġ speċjali mingħand it-tabib jew l-infermiera tiegħek. Zarzio hu pprovdut bi jew mingħajr protezzjoni
tas-sigurtà tal-labra, u t-tabib jew l-infermiera tiegħek ser juruk kif tużaha. Jekk m’intix ċert/a dwar kif tinjetta, jew jekk ikollok xi mistoqsijiet, jekk jogħġbok staqsi it-tabib jew l-infermiera tiegħek biex
jgħinuk.
Aħsel idejk.
Neħħi siringa waħda mill-pakkett u neħħi l-għatu protettiv minn fuq il-labra tal-injezzjoni.
Is-siringi huma mnaqqxa bi ċrieki tal-gradwazzjoni sabiex jippermettu l-użu parzjali jekk ikun meħtieġ. Kull ċirku tal-gradwazzjoni jikkorrispondi għal volum ta’ 0.1 mL. Jekk ikun meħtieġ użu parzjali tas-siringa, neħħi s-soluzzjoni mhux mixtieqa qabel l-injezzjoni.
Naddaf il-ġilda fis-sit tal-injezzjoni billi tuża tajjara bl-alkoħol.
Ifforma tiwja fil-ġilda billi toqros il-ġilda bejn is-saba’ l-kbir u s-saba’ l-werrej.
Daħħal il-labra ġot-tiwja tal-ġilda b’azzjoni mgħaġġla u soda. Injetta s-soluzzjoni ta’ Zarzio taħt
il-ġilda kif urik it-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar
tiegħek jekk ikollok xi dubju.
Siringamimlijagħal-lestmingħajrprotezzjonitas-sigurtà tal-labra
Filwaqt li żżomm dejjem il-ġilda tiegħek maqrusa, agħfas il-planġer bil-mod u b’mod konsistenti.
Wara li tinjetta l-likwidu, neħħi l-labra u l-erħi l-ġilda.
Poġġi s-siringa użata fir-reċipjent għar-rimi. Uża kull siringa għal injezzjoni waħda biss.
Siringamimlijagħal-lest bi protezzjoni tas-sigurtà tal-labra
Filwaqt li żżomm il-ġilda tiegħek maqrusa, agħfas il-planġer bil-mod u b’mod konsistenti sakemm id-doża kollha tkun ingħatat u l-planġer ma jkunx jista’ jingħafas iktar. Ibqa agħfas il-planġer!
Wara li tinjetta l-likwidu, neħħi l-labra filwaqt li tkompli tagħfas il-planġer, u mbagħad erħi l-ġilda tiegħek.
Erħi l-planġer. Il-protezzjoni tas-sigurtà tal-labra ser tiċċaqlaq malajr biex
tgħatti l-labra.
Armi kwalunkwe prodott mhux użat jew materjal għall-iskart. Uża biss kull siringa għal injezzjoni waħda.
-------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------
Is-soluzzjoni għandha tiġi eżaminata viżwalment qabel l-użu. Għandhom jintużaw biss soluzzjonijiet li jkunu ċari u mingħajr partikuli. L-espożizzjoni aċċidentali għal temperaturi taħt iż-żero mhux ser taffettwa b’mod negattiv l-istabbiltà ta’ Zarzio.
Zarzio ma fih ebda preservattiv. Minħabba r-riskju possibbli ta’ kontaminazzjoni mikrobjali, is-siringi
b’Zarzio jintużaw darba biss.
Dilwizzjoni qabel l-għoti(mhuxtabilfors)
Jekk ikun meħtieġ, Zarzio jista’ jiġi dilwit f’soluzzjoni ta’ 50 mg/mL (5%) ta’ glucose. Zarzio
m’għandux jiġi dilwit b’soluzzjonijiet ta’ sodium chloride.
Id-dilwizzjoni għal konċentrazzjoni finali ta’ < 0.2 MU/mL (2 μg/mL) mhijiex rakkomandata fi
kwalunkwe ħin.
Għal pazjenti kkurati b’filgrastim dilwit għal konċentrazzjonijiet ta’ < 1.5 MU/mL (15 μg/mL),
l-albumina tas-serum uman (HSA) għandha tiġi miżjuda għal konċentrazzjoni finali ta’ 2 mg/mL.
Eżempju: F’volum finali 20 mL, dożi totali ta’ filgrastim inqas minn 30 MU (300 μg) għandhom jingħataw ma’ soluzzjoni ta’ 0.2 mL ta’ albumina tas-serum uman (Ph. Eur.) 200 mg/mL (20%).
Meta jkun dilwiti f’soluzzjoni ta’ 50 mg/mL (5%) ta’ glucose, filgrastim hu kompatibbli mal-ħġieġ u ma’ varjetà ta’ plastiks li jinkludu polyvinylchloride, polyolefin (copolymer ta’ polypropylene u polyethylene) u polypropylene.
Wara d-dilwizzjoni: L-istabbiltà kimika u fiżika waqt l-użu tas-soluzzjoni dilwita għall-infużjoni ntweriet għal 24 siegħa f’temperatura ta’ bejn 2°C sa 8°C. Mill-aspett mikrobijoloġiku, il-prodott għandu jintuża immedjatament. Jekk ma jintużax immedjatament, iż-żmien tal-ħażna waqt l-użu u l-kundizzjonijiet ta’ qabel l-użu huma r-responsabbiltà tal-utent, u normalment ma jkunux itwal
minn 24 siegħa f’temperatura ta’ 2°C sa 8°C, ħlief jekk id-dilwizzjoni ma tkunx saret f’kundizzjonijiet
asettiċi kkontrollati u vverifikati.
Kiftużas-siringamimlijagħal-lest bi protezzjoni tas-sigurtà tal-labra
Il-protezzjoni tas-sigurtà tal-labra tgħatti l-labra biex jiġi evitat korriment ikkawżat mit-tingiż tal-labra. Dan ma jaffettwax l-operat normali tas-siringa. Agħfas il-planġer bil-mod u b’mod konsistenti sakemm id-doża kollha tkun ingħatat u l-planġer ma jkunx jista’ jingħafas iktar. Filwaqt li tkompli tagħfas il-planġer, neħħi s-siringa mill-pazjent. Il-protezzjoni tas-sigurtà tal-labra ser tgħatti l-labra meta terħi l-planġer.
Kiftużas-siringamimlijagħal-lestmingħajrprotezzjonitas-sigurtà tal-labra
Agħti d-doża skont il-protokoll standard. Rimi
Kull fdal tal-prodott li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif
jitolbu l-liġijiet lokali.