Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Prolia
denosumab

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Prolia 60 mg soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest

denosumab


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek.

Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’

tagħmlilhom il-ħsara, anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

It-tabib tiegħek se jagħtik kartuna biex tfakkar lill-pazjent, li jkun fiha informazzjoni importanti dwar is-sigurtà li jeħtieġ li tkun konxju tagħha qabel u matul it-trattament tiegħek bi Prolia.


F’dan il-fuljett

  1. X’inhu Prolia u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża Prolia

  3. Kif għandek tuża Prolia

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen Prolia

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu PROLIA u għalxiex jintuża X’inhu Prolia u kif jaħdem

    Prolia fih denosumab, proteina (antikorp monoklonali) li tfixkel l-azzjoni ta’ proteina oħra biex b’hekk tittratta t-telf tal-għadam u osteoporożi. Trattament bi Prolia isaħħaħ l-għadam u jnaqqas ir-riskju ta’ ksur.


    L-għadam huwa tessut ħaj li jinbidel kontinwament. Oestrogen jgħin biex iżomm l-għadam f’saħħtu. Wara l-menopawsa, il-livell ta’ oestrogen jonqos u b’hekk l-għadam jista’ jsir irqiq u fraġli. Eventwalment, dan jista’ jwassal għall-kondizzjoni li tissejjaħ osteoporożi. Osteoporożi tista’ sseħħ ukoll fl-irġiel minħabba numru ta’ kawżi inklużi x-xjuħija u/jew livell baxx tal-ormon maskili, testosterone. Tista’ sseħħ ukoll f’pazjenti li jirċievu glukokortikojdi. Ħafna pazjenti li għandhom l- osteoporożi m’għandhomx sintomi, madankollu xorta għandhom riskju ta’ ksur fl-għadam, speċjalment fis-sinsla tad-dahar, fil-ġenbejn u l-polz.


    Kirurġija jew mediċini li jwaqqfu l-produzzjoni ta’ oestrogen jew testosterone wżati biex jittrattaw pazjenti b’kanċer tas-sider jew tal-prostata wkoll jistgħu jwasslu għal telf tal-għadam. L-għadam isir aktar fraġli u r-riskju ta’ ksur jiżdied.


    Għalxiex jintuża Prolia


    Prolia jintuża biex jittratta:

    • osteoporożi f’nisa wara l-menopawsa u irġiel li għandhom riskju miżjud ta’ ksur (għadam miksur) biex inaqqas ir-riskju ta’ ksur fis-sinsla tad-dahar, ksur mhux fis-sinsla tad-dahar u ksur fil-ġenbejn.

    • telf ta’ għadam ikkawżat minn tnaqqis fil-livell tal-ormoni (testosterone) ikkawżat minn kirurġija jew trattament b’mediċini f’pazjenti b’kanċer tal-prostata.

    • telf ta’ għadam ikkawżat minn trattament fit-tul bi glukokortikojdi f’pazjenti li għandhom riskju miżjud ta’ ksur.

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża PROLIA Tużax Prolia

    • jekk għandek livelli baxxi ta’ kalċju fid-demm (ipokalċimija).

    • jekk inti allerġiku għal denosumab jew għal xi sustanzi oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis- sezzjoni 6).


      Twissijiet u prekawzjonijiet


      Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tuża Prolia.


      Waqt li qed tiġi ttrattat bi Prolia inti tista’ tiżviluppa infezzjoni fil-ġilda b’sintomi bħal parti minfuħa u ħamra fil-ġilda, l-aktar komuni fil-parti t’isfel tar-riġlejn, li tinħass sħuna u tuġgħa (ċellulite), u possibilment b’sintomi ta’ deni. Jekk jogħġbok għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk tiżviluppa kwalunkwe minn dawn is-sintomi.


      Għandek tieħu wkoll supplimenti tal-kalċju u tal-vitamina D waqt li tkun fuq trattament bi Prolia. It- tabib tiegħek se jiddiskuti dan miegħek.


      Inti jista’ jkollok livelli baxxi ta’ kalċju fid-demm tiegħek waqt li tirċievi Prolia. Jekk jogħġbok għid lit-tabib tiegħek immedjatament jekk tinnota xi sintomu minn dawn li ġejjin: spażmi, kontrazzjonijiet, jew bugħawwieġ fil-muskoli tiegħek, u/jew tnemnim jew tingiż fis-swaba tal-idejn jew tas-saqajn, jew madwar ħalqek, u/jew aċċessjonijiet, konfużjoni, jew telf ta’ koxjenza.


      Għid lit-tabib tiegħek jekk għandek jew qatt kellek problemi severi fil-kliewi, insuffiċjenza tal-kliewi jew kellek bżonn dijalisi jew qed tieħu mediċini li jissejħu glukokortikojdi (bħal prednisolone jew dexamethasone), għax dan jista’ jżid ir-riskju tiegħek li jkollok livell baxx ta’ kalċju fid-demm jekk ma tieħux supplimenti tal-kalċju.


      Problemi f’ħalqek, snien jew xedaq

      Effett sekondarju imsejjaħ osteonekrosi tax-xedaq (ONJ - osteonecrosis of the jaw) (ħsara fl-għadam fix-xedaq) ġie irrappurtat b’mod rari (jista’ jaffettwa sa persuna waħda minn kull 1,000 persuna) f’pazjenti li kienu qed jirċievu Prolia għall-osteoporożi. Ir-riskju ta’ ONJ jiżdied f’pazjenti ttrattati għal żmien twil (jista’ jaffettwa sa persuna waħda minn kull 200 persuna jekk jiġu ttrattati għal

      10 snin). ONJ tista’ sseħħ ukoll wara li twaqqaf it-trattament. Huwa importanti li tipprova tipprevjeni ONJ milli tiżviluppa għax tista’ tkun kondizzjoni li tuġgħa li għandha mnejn tkun diffiċli biex tittratta. Sabiex jitnaqqas ir-riskju li tiżviluppa ONJ, ħu dawn il-prekawzjonijiet li ġejjin:


      Qabel ma jirċievi t-trattament, għid lit-tabib jew lill-infermier tiegħek (professjonist tal-kura tas-saħħa) jekk inti:


    • għandek xi problemi f’ħalqek jew snienek bħal saħħa dentali batuta, mard tal-ħanek, jew qed tippjana li taqla’ xi sinna.

    • ma jirċivix kura dentali ta’ rutina jew ma kellekx eżaminazzjoni dentali għal żmien twil.

    • tpejjep (għax dan jista’ jżid ir-riskju ta’ problemi dentali).

    • kont ittrattat minn qabel b’bisphosphonate (użat biex jittratta jew jipprevjeni disturbi fl- għadam).

    • qed tieħu mediċini msejħa kortikosterojdi (bħal prednisolone jew dexamethasone).

    • għandek kanċer.

      It-tabib tiegħek jista’ jsaqsik tagħmel eżaminazzjoni dentali qabel tibda t-trattament bi Prolia. Waqt li qed tiġi ttrattat għandek iżżomm iġjene orali tajba u tagħmel eżaminazzjonijiet dentali ta’

      spiss. Jekk tilbes dentaturi għandek tiżgura ruħek li dawn jeħlu tajjeb. Jekk qed tirċievi trattament

      dentali jew se tagħmel kirurġija dentali (eż. qlugħ ta’ sinna), għarraf lit-tabib tiegħek dwar it- trattament dentali tiegħek u għid lid-dentist tiegħek li qed tiġi ttrattat bi Prolia.

      Ikkuntattja lit-tabib u dentist tiegħek immedjatament jekk ikollok xi problemi b’ħalqek jew snienek bħal snien laxki, uġigħ jew nefħa, jew feriti li ma jfiqux jew tnixxija għax dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ ONJ.


      Ksur mhux tas-soltu tal-għadma tal-koxxa

      Xi persuni kellhom ksur mhux tas-soltu fl-għadma tal-koxxa waqt li kienu qed jiġu ttrattati bi Prolia. Kellem lit-tabib tiegħek jekk ikollok uġigħ ġdid jew mhux tas-soltu f’ġenbejk, fl-irqiq ta’ bejn iż-żaqq u l-koxxa, jew fil-koxxa.


      Tfal u adolexxenti


      Prolia mhux rakkomandat għal tfal u adolexxenti b’età inqas minn 18-il sena. L-użu ta’ Prolia fi tfal u adolexxenti ma kienx studjat.


      Mediċini oħra u Prolia


      Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra. Huwa speċjalment importanti li tgħid lit-tabib tiegħek jekk qed tiġi ttrattat b’mediċina oħra li fiha denosumab.


      M’għandekx tieħu Prolia flimkien ma’ mediċina oħra li fiha denosumab.


      Tqala u treddigħ


      Prolia ma kienx ittestjat f’nisa tqal. Huwa importanti li tgħid lit-tabib tiegħek jekk inti tqila; taħseb li tista’ tkun tqila; jew qed tippjana li jkollok tarbija. Prolia mhux rakkomandat għall-użu jekk inti tqila. Nisa li jista’ jkollhom it-tfal għandhom jużaw metodi effettivi ta’ kontraċezzjoni waqt li jkunu qed jiġu ttrattati bi Prolia u għal mill-inqas 5 xhur wara li jwaqqfu t-trattament bi Prolia.


      Jekk toħroġ tqila waqt trattament bi Prolia jew wara inqas minn 5 xhur wara li twaqqaf it-trattament bi Prolia, jekk jogħġbok għarraf lit-tabib tiegħek.


      Mhux magħruf jekk Prolia jitneħħiex fil-ħalib tas-sider. Huwa mportanti li tgħid lit-tabib tiegħek jekk qed tredda’ jew qed tippjana li tredda’. Wara konsiderazzjoni tal-benefiċċju tat-treddigħ għat-tarbija u l-benefiċċju ta’ Prolia għall-omm, it-tabib tiegħek se jgħinek tiddeċiedi jekk twaqqafx it-treddigħ, jew jekk tieqafx tieħu Prolia.


      Jekk qed tredda’ waqt trattament bi Prolia, jekk jogħġbok għarraf lit-tabib tiegħek. Itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu xi mediċina.

      Sewqan u tħaddim ta’ magni


      Prolia m’għandu l-ebda influwenza jew influwenza żgħira ħafna fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni.


      Prolia fih sorbitol


      Din il-mediċina fiha 47 mg ta’ sorbitol f’kull mL ta’ soluzzjoni.


      Prolia fih sodium


      Din il-mediċina fiha anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull 60 mg, jiġifieri essenzjalment ‘ħielsa mis-sodium’.

  3. Kif għandek tuża PROLIA


    Id-doża rakkomandata hija siringa waħda mimlija għal-lest ta’ 60 mg mogħtija darba kull 6 xhur, bħala injezzjoni waħda taħt il-ġilda. L-aħjar postijiet li tinjetta huma n-naħa ta’ fuq ta’ kuxxtejk u l- addome. Il-persuna li tieħu ħsiebek tista’ tuża wkoll il-parti ta’ barra tad-driegħ tiegħek. Jekk jogħġbok ikkonsulta lit-tabib tiegħek dwar id-data għal injezzjoni potenzjali li jmiss. Kull pakkett ta’ Prolia fih kartuna biex tfakkar, li tista’ titneħħa mill-kartuna u tintuża biex jinżamm rekord tad-data tal-injezzjoni li jmiss.


    Waqt li qed tiġi ttrattat bi Prolia għandek tieħu wkoll supplimenti ta’ kalċju u vitamina D. It-tabib tiegħek se jiddiskuti dan miegħek.


    It-tabib tiegħek għandu mnejn jiddeċiedi li jkun aħjar li inti jew persuna li tieħu ħsiebek tinjettaw Prolia. It-tabib jew professjonist tal-kura tas-saħħa tiegħek se juruk jew lill-persuna li tieħu ħsiebek kif tużaw Prolia. Għall-istruzzjonijiet dwar kif tinjetta Prolia, jekk jogħġbok aqra s-sezzjoni fl-aħħar ta’ dan il-fuljett.


    Tħawwadx.


    Jekk tinsa tuża Prolia


    Jekk tintnesa doża ta’ Prolia, l-injezzjoni għandha tingħata malajr kemm jista’ jkun. Minn hemm ’il quddiem, l-injezzjonijiet għandhom jiġu skedati kull 6 xhur mid-data tal-aħħar injezzjoni.


    Jekk tieqaf tuża Prolia


    Biex tieħu l-aħjar benefiċċju mit-trattament tiegħek fit-tnaqqis tar-riskju ta’ ksur, huwa importanti li tibqa’ tuża Prolia sakemm jippreskrivihulek it-tabib tiegħek. Twaqqafx it-trattament mingħajr ma tikkuntattja lit-tabib tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    Pazjenti li qed jirċievu Prolia jistgħu jiżviluppaw infezzjonijiet tal-ġilda (fil-biċċa l-kbira ċellulite), b’mod mhux komuni. Jekk jogħġbok għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk tiżviluppa xi wieħed minn dawn is-sintomi waqt li qed tiġi ttrattat bi Prolia: parti minfuħa u ħamra fil-ġilda, l-aktar komuni fil-parti t’isfel tar-riġlejn, li tinħass sħuna u tuġgħa, u possibilment b’sintomi ta’ deni.


    Rarament, pazjenti li jkunu qed jirċievu Prolia jistgħu jiżviluppaw uġigħ fil-ħalq u/jew xedaq, nefħa jew feriti li ma jfiqux fil-ħalq jew xedaq, tnixxija, tnemnim jew sensazzjoni ta’ toqla fix-xedaq, jew sinna laxka. Dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ ħsara fl-għadam tax-xedaq (osteonekrosi). Għid lit-tabib u dentist tiegħek immedjatament jekk ikollok dawn is-sintomi waqt li qed tiġi ttrattat bi Prolia jew wara li twaqqaf it-trattament.


    Rarament, pazjenti li jkunu qed jirċievu Prolia jista’ jkollhom livelli baxxi ta’ kalċju fid-demm (ipokalċimija). Sintomi jinkludu spażmi, kontrazzjonijiet, jew bugħawwieġ fil-muskoli tiegħek, u/jew tnemnim jew tingiż fis-swaba ta’ idejk, swaba ta’ riġlejk jew madwar ħalqek u/jew aċċessjonijiet, konfużjoni, jew telf ta’ koxjenza. Jekk xi wieħed minn dawn japplika għalik, għid lit-tabib tiegħek immedjatament. Kalċju baxx fid-demm jista’ jwassal ukoll għal bidla fir-ritmu tal-qalb imsejħa titwil tal-QT li huwa osservat permezz ta’ elettrokardjogramma (ECG - electrocardiogram).


    Ksur mhux tas-soltu tal-għadma tal-koxxa jista’ jseħħ b’mod rari f’pazjenti li jirċievu Prolia.

    Ikkuntattja lit-tabib tiegħek jekk ikollok uġigħ ġdid jew mhux tas-soltu f’ġenbejk, fl-irqiq ta’ bejn

    iż-żaqq u l-koxxa, jew fil-koxxa peress li dan jista’ jkun indikazzjoni bikrija ta’ possibilità ta’ ksur tal- għadma tal-koxxa.


    Reazzjonijiet allerġiċi jistgħu jseħħu b’mod rari f’pazjenti li jirċievu Prolia. Is-sintomi jinkludu nefħa fil-wiċċ, xufftejn, ilsien, griżmejn jew partijiet oħra tal-ġisem; raxx, ħakk jew ħorriqija fil-ġilda, tħarħir jew diffikultà biex tieħu n-nifs. Jekk jogħġbok għid lit-tabib tiegħek jekk tiżviluppa xi wieħed minn dawn is-sintomi waqt li tkun qed tiġi ttrattat bi Prolia.


    Effetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna waħda minn kull 10):


    • uġigħ fl-għadam, ġogi u/jew fil-muskoli li kultant huwa sever,

    • uġigħ fid-dirgħajn jew fir-riġlejn (uġigħ fl-estremitajiet).


      Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10):


    • uġigħ waqt li tgħaddi l-awrina, awrina ta’ spiss, demm fl-awrina, inabilità li żżomm l-awrina,

    • infezzjoni fl-apparat respiratorju ta’ fuq,

    • uġigħ, tingiż jew tnemnim li jimxi l-isfel f’sieqek (xjatika),

    • stitikezza,

    • skonfort addominali,

    • raxx,

    • kondizzjoni fil-ġilda bil-ħakk, ħmura u/jew ġilda xotta (ekżema),

    • telf tax-xagħar (alopeċja).


      Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100):


    • deni, rimettar u uġigħ jew skomdu addominali (divertikulite),

    • infezzjoni fil-widnejn,

    • raxx li jista’ jseħħ fuq il-ġilda jew selħiet fil-ħalq (eruzzjonijiet lichenoid minħabba l-mediċina).


      Effetti sekondarji rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10 000):


    • reazzjoni allerġika li tista’ tagħmel ħsara lill-vażi tad-demm prinċipalment fil-ġilda (eż. tikek vjola jew ħomor fil-kannella, ħorriqija jew feriti fil-ġilda (vaskulite minn sensittività eċċessiva).


      Mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima tal-frekwenza mid-data disponibbli):


    • kellem lit-tabib tiegħek jekk għandek uġigħ fil-widnejn, tnixxija mill-widnejn u/jew infezzjoni fil-widnejn. Dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ ħsara fl-għadam tal-widna.


      Rappurtar tal-effetti sekondarji


      image

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.


  5. Kif taħżen PROLIA


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta u l-kartuna wara EXP. Id- data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

    Aħżen fi friġġ (2°C – 8°C). Tagħmlux fil-friża.

    Żomm il-kontenitur fil-kartuna ta’ barra sabiex tilqa’ mid-dawl..


    Qabel l-injezzjoni, is-siringa mimlija għal-lest tiegħek tista’ titħalla barra mill-friġġ biex tilħaq temperatura tal-kamra (sa 25°C). Dan jagħmel l-injezzjoni aktar komda. La darba s-siringa titħalla tilħaq temperatura tal-kamra (sa 25°C), għandha tintuża fi żmien 30 ġurnata.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Prolia

Is-sustanza attiva hi denosumab. Kull siringa mimlija għal-lest ta’ 1 mL fiha 60 mg denosumab (60 mg/mL).

Is-sustanzi l-oħra huma acetic acid, glacial, sodium hydroxide, sorbitol (E420), polysorbate 20 u ilma għall-injezzjonijiet.


Kif jidher Prolia u l-kontenut tal-pakkett


Prolia huwa soluzzjoni għall-injezzjoni ċara, mingħajr kulur sa kemmxejn safra, pprovduta f’siringa mimlija għal-lest, lesta għall-użu.


Kull pakkett fih siringa waħda mimlija għal-lest bi protezzjoni tal-labra. Kull pakkett fih siringa mimlija għal-lest waħda.


Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Amgen Europe B.V. Minervum 7061,

image

4817 ZK Breda, L-Olanda


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Amgen Europe B.V. Minervum 7061

4817 ZK Breda

image

L-Olanda


Manifattur

Amgen Technology (Ireland) Unlimited Company Pottery Road

Dun Laoghaire

image

Co Dublin L-Irlanda


Manifattur Amgen NV Telecomlaan 5-7

1831 Diegem

Il-Belġju

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq.


België/Belgique/Belgien

s.a. Amgen n.v.

Tel/Tél: +32 (0)2 7752711

Lietuva

Amgen Switzerland AG Vilniaus filialas Tel: +370 5 219 7474


България

Амджен България ЕООД Тел.: +359 (0)2 424 7440

Luxembourg/Luxemburg

s.a. Amgen Belgique/Belgien

Tel/Tél: +32 (0)2 7752711


Česká republika

Amgen s.r.o.

Tel: +420 221 773 500

Magyarország

Amgen Kft.

Tel.: +36 1 35 44 700


Danmark

Amgen, filial af Amgen AB, Sverige Tlf: +45 39617500

Malta

Amgen B.V.

The Netherlands

Tel: +31 (0)76 5732500


Deutschland

AMGEN GmbH

Tel.: +49 89 1490960

Nederland

Amgen B.V.

Tel: +31 (0)76 5732500


Eesti

Amgen Switzerland AG Vilniaus filialas Tel: +372 586 09553

Norge

Amgen AB

Tlf: +47 23308000


Ελλάδα

Amgen Ελλάς Φαρμακευτικά ΕΠΕ. Τηλ.: +30 210 3447000

Österreich

Amgen GmbH

Tel: +43 (0)1 50 217


España

Amgen S.A.

Tel: +34 93 600 18 60

Polska

Amgen Biotechnologia Sp. z o.o. Tel.: +48 22 581 3000


France

Amgen S.A.S

Tél: +33 (0)9 69 363 363

Portugal

Amgen Biofarmacêutica, Lda. Tel: +351 21 4220606


Hrvatska

Amgen d.o.o.

Tel: +385 (0)1 562 57 20

România

Amgen România SRL Tel: +4021 527 3000


Ireland

Amgen Ireland Limited Tel: +353 1 8527400

Slovenija

AMGEN zdravila d.o.o. Tel: +386 (0)1 585 1767


Ísland

Vistor hf.

Sími: +354 535 7000

Slovenská republika Amgen Slovakia s.r.o. Tel: +421 2 321 114 49

Italia

Amgen S.r.l.

Tel: +39 02 6241121

Suomi/Finland

Amgen AB, sivuliike Suomessa/Amgen AB, filial i Finland

Puh/Tel: +358 (0)9 54900500


Kύπρος

C.A. Papaellinas Ltd Τηλ: +357 22741 741

Sverige

Amgen AB

Tel: +46 (0)8 6951100


Latvija

Amgen Switzerland AG Rīgas filiāle Tel: +371 257 25888

United Kingdom (Northern Ireland)

Amgen Limited

Tel: +44 (0)1223 420305


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini:


---------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

image

image

image

Istruzjonijiet għall-użu:


Gwida għall-partijiet

Qabel l-użu

Wara l-użu


Planġer


Post fejn tpoġġi s-

swaba


Tikketta tas-siringa Parti tas-Siringa li

fiha l-mediċina

Protezzjoni tas-sigurtà

tas-siringa


Molla tas-sigurtà tal-

labra Tapp griż tal-labra


Planġer użat


Tikketta tas-siringa Parti tas-siringa użata

li fiha l-mediċina


Labra użata


Molla tas-sigurtà tal- labra użata


Tapp griż tal-labra imneħħi

image

Importanti


Qabel tuża Prolia siringa mimlija għal-lest li għandha protezzjoni awtomatika tal-labra, aqra din l-informazzjoni important: