Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Glybera
alipogene tiparvovec

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall utent


Glybera 3 x 1012 kopji tal-genoma /ml soluzzjoni għal injezzjoni

Alipogene tiparvovec


▼ Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tingħata din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.



Mhuwiex magħruf jekk Glybera jgħaddix fil-ħalib tas-sider tal-bniedem. It-treddigħ mhuwiex

rakkomandat waqt kura bi Glybera.


Pazjenti irġiel għandhom jużaw kondoms għal mill-inqas 12-il xahar wara injezzjoni bi Glybera. L-

użu ta’ kondoms inaqqas l-ammont ta’ Glybera li jista’ jibqa fil-ġisem tal-mara.


Sewqan u tħaddim ta’ magni

Sturdament kien osservat b’mod komuni wara l-għoti ta’ Glybera. Għandek tikkunsidra dan waqt li

tkun qed issuq jew tħaddem magni. Kellem lit-tabib tiegħek dwar dan.


Informazzjoni importanti dwar xi whud mis-sustanzi ta’ Glybera

Glybera fih sodium u potassium. L-ammont ta’ sodium u ta’ potassium li tista’ tirċievi jiddependi fuq

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

l-għadd ta’ injezzjonijiet li teħtieġ; it-tabib tiegħek għandu jikkalkula dan skont il-piż tiegħek. Għandek tieħu dan f’konsiderazzjoni jekk tkun fuq dieta ta’ sodium ikkontrollat.

Din il-mediċina fiha potassium, inqas minn 1 mmol (39 mg) f’kull għotja f’27 sit tal-injezzjoni sa 60

sit tal-injezzjoni, jiġifieri essenzjalment ‘ħielsa mill-potassium’.


  1. Kif għandu jingħatalek Glybera


    Terapija bi Glybera għandha tkun taħt is-sorveljanza ta’ tabib speċjalizzat fil-kura ta’ pazjenti affettwati bil-kondizzjoni tiegħek u għandha tingħatalek minn tabib jew infermier ikkwalifikat u mħarreġ kif xieraq.


    Glybera jingħatalkek f’sezzjoni ta’ għoti terapewtiku uniku fi sptar. F’dan il-ħin sejrin jingħataw serje ta’ injezzjonijiet (27 sa 60 injezzjoni) fil-muskoli kemm fil-parti ta’ fuq kif ukoll fil-parti ta’ isfel tar- riġlejn. Id-doża li teħtieġ tiddependi fuq il-piż tiegħek u tiġi kkalkulata mit-tabib tiegħek.


    Minħabba l-għadd kbir ta’ injezzjonijiet individwali li se tirċievi matul is-sessjoni ta’ terapija bi Glybera, se tingħata jew loppju reġjonali fl-ispina (li se jmewwitlek riġlejk biss), jew loppju aktar lokalizzat qabel ma tingħata l-injezzjonijiet ta’ Glybera. It-tabib tiegħek se jkellmek dwar il-loppju u kif se jingħata.


    Wara li tkun ingħatat Glybera, tista’ tinnota li riġlejk ikollhom kulur safrani; dan jista’ jseħħ fil-każ li jkun intuża l-jodju biex inaddaflek (jisterilizzalek) saqajk qabel ma tirċievi l-mediċina. Dan jitlaq wara perjodu ta’ żmien qasir. Ikollok bżonn toqgħod l-isptar għal ftit sigħat jew għal lejl biex jiġi aċċertat li ma kellekx xi effetti sekondarji mill-mediċina jew mill-loppju.


    Glybera għandu jingħatalek f’sessjoni unika ta’ kura biss. L-għoti mill-ġdid ta’ Glybera wara din l- ewwel sessjoni ta’ kura mhux rakkomandat.

    Huwa importanti li waqt l-ewwel għoti ta’ Glybera, is-sistema immuni (difiża) tal-ġisem tiegħek ma tkunx attivata. Biex dan jiġi evitat, it-tabib tiegħek se jordnalek ukoll kura li trażżan is-sistema immuni (magħrufa bħala immunosoppressanti), li tibda 3 ijiem qabel il-ġurnata tal-injezzjoni bi Glybera u għal 12-il ġimgħa wara. Eżempji ta’ dawn l-immunosoppressanti huma ciclosporin, mycophenolate mofetil. Barra minn hekk methylprednisolone jista’ jingħata nofs siegħa qabel l-għoti ta’ Glybera. Huwa importanti li tieħu dawn il-mediċini skont l-istruzzjonijiet mogħtija. Tiqafx tieħu dawn mingħajr ma tkellem lit-tabib tiegħek.


    Jekk jogħġbok staqsi lit-tabib tiegħek għal aktar informazzjoni dwar il-mediċina immunosoppressanti eżatta li tkun qed tieħu.


    Jekk tieħu Glybera aktar milli suppost

    Peress li din il-mediċina tingħatalek minn tabib, huwa improbabbli li tingħata żżejjed. Jekk bi żball

    tirċievi żewġ dożi f’sit ta’ injezzjoni waħda dan jista’ jwassal għal aktar reazzjoni lokali bħal tbenġil

    jew sensittività. It-tabib tiegħek se jikkura dan kif xieraq.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek


  2. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

    Komuni ħafna (jistgħu jaffetwaw lil aktar minn persuna waħda minn kull 10)

    • uġigħ fir-riġel(riġlejn) (uġigħ fl-estremitajiet)

    • żieda fit-temperatura tal-ġisem

    • għeja

      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    • uġigħ ta’ ras

    • tbenġil fil-muskoli tal-parti ta’ fuq u ta’ isfel tar-riġlejn minħabba l-injezzjonijiet. Dawn idumu biss għal żmien qasir

    • Żieda tal-livell fid-demm tal-enzima tal-muskoli creatine kinase.


      Komuni (jistgħu jaffetwaw sa persuna 1 minn kull 10)

    • uġigħ addominali

    • nawsja

    • stitikezza

    • tertir ta’ bard

    • deni

    • uġigħ fil-muskoli u weġgħat fil-ġogi, weġgħat u ebusija

    • diffikultà fit-teħid tan-nifs, uġigħ fis-sider mat-teħid tan-nifs u palpitazzjonijiet li jistgħu jiġu kkawżati minn imblukkar tal-kanal tad-demm prinċipali tal-pulmun

    • sensazzjoni ta’ ħruq

    • pressjoni għolja għolja

    • sensazzjoni bħal dik ta’ insetti mixjin fuq (jew taħt) il-ġilda

    • żamma tal-ilma

    • tnaqqis fl-aptit

    • sturdament

    • raxx fil-ġilda

    • spażmi fil-muskoli

    • sturdament

    • tkabbir tax-xagħar

    • skonfort fis-sit tal-injezzjoni, nefħa, raxx u uġigħ.


      Effetti sekonardji mill-immunosoppressanti tiegħek

      Minbarra li tingħata Glybera, se tingħata mediċini oħrajn imsejħa immunosoppressanti (ara sezzjoni 3

      ‘Kif għandu jingħatalek Glybera’). Huwa importanti li ssaqsi lit-tabib tiegħek dwar l-effetti sekondarji ta’ dawn il-mediċini l-oħra. It-tabib tiegħek għandu jagħtik kopja tal-fuljett ta’ tagħrif tal-pazjent (bħal dan) għall-immunosoppressanti li teħtieġ tieħu. Tiqafx tehodhom mingħajr ma tkellem lit-tabib tiegħek.


      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett

      image

      sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti

      sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  3. Kif taħżen Glybera


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta wara ‘JIS’. Id-data ta’ meta

    tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Kunjetti għandhom jinħażu u jiġu ttrasportat iffriżati f’temperatura ta’ -25ºC sa -15ºC.


    Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.

    Ladarba jinħall, il-prodott mediċinali għandu jintuża immedjatament; jekk ma jintużax immedjatament, il- kunjetti għandhom jinħażnu fi friġġ f’temperatura ta’ 2ºC sa 8ºC, u għandhom jiġu protetti mid-dawl sa massimu ta’ 8 sigħat.

    Jekk ma jinħażinx ġo friġġ, il-prodott mediċinali jista’ jinħażen f’siringi f’mhux aktar minn 25°C, u għandu jiġi protett mid-dawl sa massimu ta’ 8 sigħat.

    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    Din il-mediċina fiha organiżmi ġenetikament modifikati u għandha tintrema skont ir-regoli lokali għal medicini bħal dawn.


  4. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


X’fih Glybera

Is-sustanza attiva hi alipogene tiparvovec.

Kull kunjett ta’ alipogene tiparvovec fih 1 ml ta’ soluzzjoni li, li fiha 3 x 1012 kopji tal-genoma (gc -

genome copies).


Kull pakkett speċifiku għall-pazjent fih ammont suffiċjenti ta’ kunjetti biex jagħti doża ta’ 1 x 1012

gc/kg tal-piż tal-ġisem lil kull pazjent.


Is-sustanzi l-oħra huma disodium phosphate, potassium chloride, potassium dihydrogen phosphate, sodium chloride, sucrose, u ilma għall-injezzjonijiet.


Kif jidher Glybera u l-kontenut tal-pakkett

Glybera huwa soluzzjoni għal injezzjoni ċara għal ftit opalexxenti, mingħajr kulur, li tiġi f'kunjett

trasparenti tal-

ħġieġ b’tapp tal-injezzjoni silikonizzat u sigil tat-tip flip-off.

Kull kaxxa tal-plastik trasparenti preformata u ssiġillata fiha jew 2 jew 3 kunjetti individwali b’folja li

tassorbi l- likwdu. Il-pakkett speċifiku għall-pazjenti fih għadd varjabbli ta’ kaxxi bbażat fuq il-piż tal-

ġisem tal-pazjent.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

uniQure biopharma B.V., Meibergdreef 61, 1105 BA Amsterdam, L-Olanda.

Manifattur

uniQure biopharma B.V., Meibergdreef 61, 1105 BA Amsterdam, L-Olanda.


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien

Chiesi SA/NV

Tél/Tel: +32 2 788 42 00

Lietuva

Chiesi Pharmaceuticals GmbH

Tel: + 43 1 4073919


България

Chiesi Bulgaria EOOD

Тел.: +359 29201205

Luxembourg/Luxemburg

Chiesi SA/NV

Tél/Tel: +32 2 788 42 00


Česká republika

Chiesi CZ s.r.o.

Tel: + 420 261221745

Magyarország Chiesi Hungary Kft. Tel.:++36-1-429 1060


Danmark

Chiesi Pharma AB Tlf: + 46 8 753 35 20

Malta

Chiesi Farmaceutici S.p.A Tel: + 39 0521 2791


Deutschland

Chiesi GmbH

Tel: + 49 40 89724-0

Nederland

Chiesi Pharmaceuticals B.V. Tel: +31 0 70 413 20 80


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Eesti

Chiesi Pharmaceuticals GmbH

Tel: + 43 1 4073919

Norge

Chiesi Pharma AB

Tlf: + 46 8 753 35 20


Ελλάδα

Chiesi Hellas AEBE

Τηλ: + 30 210 6179763

Österreich

Chiesi Pharmaceuticals GmbH

Tel: + 43 1 4073919


España

Chiesi España, S.A

Tel: + 34 93 494 8000

Polska

Chiesi Poland Sp. z.o.o.

Tel.: +48 22 620 1421


France

Chiesi SAS

Tél: + 33 1 47688899

Portugal

Chiesi Farmaceutici S.p.A.

Tel: + 39 0521 2791


Hrvatska

Chiesi Pharmaceuticals GmbH

Tel: + 43 1 4073919

România

Chiesi Romania S.R.L.

Tel: + 40 212023642


Ireland

Chiesi Ltd

Tel: + 44 0161 4885555

Slovenija

Chiesi Slovenija d.o.o.

Tel: ++386-1-43 00 901

Ísland

Chiesi Pharma AB Sími: + 46 8 753 35 20

Slovenská republika Chiesi Slovakia s.r.o. Tel: ++421 259300060


Italia

Chiesi Farmaceutici S.p.A. Tel: + 39 0521 2791

Suomi/Finland

Chiesi Pharma AB Puh/Tel: + 46 8 753 35 20


Κύπρος

Chiesi Farmaceutici S.p.A. Tηλ: + 39 0521 2791

Sverige

Chiesi Pharma AB Tel: + 46 8 753 35 20


Latvija

Chiesi Pharmaceuticals GmbH

Tel: + 43 1 4073919

United Kingdom

Chiesi Ltd

Tel: + 44 0161 4885555


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’


Din il-mediċina kienet awtorizzata taħt ‘ċirkustanzi eċċezzjonali’. Dan ifisser li minħabba li l-marda hija rari kien impossibbli li tinkiseb informazzjoni kompluta dwar din il-mediċina.

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini se tirrevedi kull tip ta’ informazzjoni ġdida dwar din il-mediċina

kull sena u dan il-fuljett se jiġi aġġornat kif meħtieġ.


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat


Hemm ukoll links għal siti elettroniċi oħra dwar mard rari u kura.


---------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------


It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti fil-qasam mediku:


Terapija bi Glybera għandha tiġi preskritta u għandha tingħata taħt is-superviżjoni ta’ tabib b’ kompetenza fil-kura ta’ pazjenti b’LPLD u fl-għoti ta’ terapija tal-ġeni, f’konsultazzjoni sħiħa mal- pazjent. Matul l-għoti ta’ Glybera kura medika u sorveljanza xierqa għandhom dejjem ikunu disponibbli f’każ ta’ avveniment anafilattiku wara l-għoti.


Pożoloġija

Id-doża massima totali ta’ Glybera għall-għoti hija ta’ 1 x 1012 gc/kg tal-piż tal-ġisem.


Glybera huwa awtorizzat għal kura ta’ darba biss. Ma hemm l-ebda tagħrif disponibbli dwar l-għoti

mill-ġdid ta’ Glybera, għalhekk Glybera m’għandux jerġa’ jingħata.


Glybera jingħata bħala serje unika ta’ injezzjonijiet fil-muskolu fir-riġlejn. Id-doża f’kull sit tal- injezzjoni hija ta’ 1.5 x 1012 gc, jew ta’ 0.5 ml ta’ soluzzjoni għal injezzjoni. Għal kull sit tal- injezzjoni, għandha tintuża siringa waħda ta’ 1 ml bil-volum immarkat b’mod ċar kull 0.5 ml. Il- volumi f’kull sit tal-injezzjoni m’għandhomx ikunu aktar minn 0.5 ml. Is-siringi m’għandhomx jintużaw aktar minn darba.


Il-kura għandha tiġi mmonitorjata permezz tal-kejl tal-antikorpi newtralizzanti u r-rispons u taċ-ċelluli T kontra AAV1 u LPLS447X u r-rispons taċ-ċellula T fil-linja bażi kif ukoll 6 u 12-il xahar wara l-kura.

Glybera għandu jintuża biss meta id-dijanjożi ta’ LPLD tkun ġiet ikkonfermata permezz ta’ test ġenetiku adekwat.


Biex jiġi kkalkulat l-għadd ta’ kunjetti, il-piż tal-pazjent jiġi ddeterminat sal-eqreb kg sħiħ. Il-piż tal- pazjent għandu jiġi diviż bi 3, u mqarreb għall-eqreb ogħla numru sħiħ. Dan huwa l-għadd ta’ kunjetti li għandhom jingħataw.


Biex jiġu kkalkulati l-għadd ta’ siti tal-injezzjoni u l-għadd ta’ siringi, il-piż tal-pazjent jiġi stabbilit sal-eqreb kg sħiħ. Il-piż tal-pazjent għandu jiġi diviż bi 3, imbagħad mingħajr ma dan in-numru jiġi mqarreb għall-eqreb numru sħiħ, jiġi multiplikat bi 2 u mqarreb sal-eqreb ogħla numru sħiħ. Dan huwa l-għadd ta’ siti tal-injezzjoni u l-għadd totali ta’ siringi (kull waħda mimlija b’0.5 ml) meħtieġa biex jingħata volum ta’ 0.5 ml f’kull sit tal-injezzjoni għall-kura tal-pazjent.


Eżempji ta’ skedi tipiċi ta’ dożi bbażati fuq il-piż tal-ġisem ta’ pazjenti huma murija fit-tabella hawn

taħt:


Piż tal-ġisem (kg)

Għadd ta’ kunjetti (1 ml)

Għadd ta’ siringi ta’ 1 mL

(kull waħda mimlija

b’0.5 ml)

Għadd ta’ siti tal-

injezzjoni

40

14

27

27

50

17

34

34

60

20

40

40

65

22

44

44

70

24

47

47

75

25

50

50

80

27

54

54

90

30

60

60


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Minn tlett ijiem qabel u sa 12-il ġimgħa wara l-għoti ta’ Glybera għandu jingħata kors immunosoppressiv: huwa rakkomandat ciclosporin (3 mg/kg/kuljum) u mycophenolate mofetil (2 x 1 g/kuljum).

Barra minn hekk, nofs siegħa qabel l-injezzoni ta’ Glybera għandu jingħata bolus ta’ 1 mg/kg ta’ methylprednisolone ġol-vina.


Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Glybera fit-tfal u fl-adolexxenti taħt it-18-il sena ma ġewx determinati

s’issa. Dejta mhux disponibbli.


Anzjani

Hemm esperjenza limitata fl-użu ta’ Glybera f’individwi anzjani. Ma huwa meħtieġ l-ebda aġġustament tad-doża ta’ Glybera fil-popolazzjoni anzjana.

Id-doża ta’ immunosoppressanti jista’ jkollha bżonn tiġi aġġustata.


Indeboliment renali jew epatiku

Hemm esperjenza limitata dwar l-użu ta’ Glybera f’pazjenti b’indeboliment renali jew epatiku.

Ma huwa meħtieġ l-ebda aġġustament tad-doża ta’ Glybera.


Metodu ta’ kif għandu jingħata

Wara l-injezzjoni ġol-muskolu, il-pazjent se jirċievi injezzjonijiet multipli ta’ 0.5 ml (injezzjoni waħda

kull siringa), imqassma fuq il-muskoli kemm fil-parti ta’ fuq kif ukoll ta’ isfel tar-riglejn, taħt

kondizzjonijiet asettiċi bħal jodju.


Huwa rrakkomandat loppju spinali jew reġjonali qabel l-għoti ġol-muskolu, minħabba l-għadd ta’

injezzjonijiet meħtieġa. F’każ ta’ kontraindikazzjoni għal proċedura bħal din, huwa rrakkomandat li tingħata sedazzjoni fil-fond minflok.


Glybera m’għandu, taħt l-ebda ċirkostanza, jingħata ġol-vina jew arterja.


Biex tiġi żgurata injezzjoni ġol-muskolu, hija rakkomandata gwida elettrofiżjoloġika jew permezz ta’

ultrasound tal-injezzjonijiet.


Istruzzjonijiet għall-użu, immaniġġar u rimi

Irreferi għal-linji gwida lokali dwar il-bijosigurtà applikabbli għall-immaniġġar u r-rimi ta’ prodotti

mediċinali li fihom organiżmi ġenetikament modifikati.


L-uċuh tal-xogħol u materjali li potenzjalment setgħu ġew f’kuntatt ma’ Glybera għandhom jiġu dekontaminati b’disinfettanti xierqa kontra l-virusis b’attività għal virusis non-enveloped (bħal hypochlorite u chlorine releasers) għal mill-inqas 10 minuti.


Preparazzjoni ta’ Glybera għall-għoti

Wara li l-ammont ta’ Glybera li għandu jingħata jkun ġie kkalkulat (ara sezzjoni 4.2), neħħi l-għadd korrett ta’ kunjetti għall-użu ta’ darba mill-friża biex jinħallu f’temperatura tal-kamra (15ºC sa 25ºC), għal madwar 30-45 minuta qabel ma timtela s-siringa.


Wara li jinħall, kull kunjett għandu jinqaleb bil-mod għal darbtejn biex jiġi żgurat taħlit uniformi. Il- kunjetti għandhom jiġu spezzjonati viżwalment għal frak u għall-kulur. Is-soluzzjoni ċara għal ftit opalexxenti u mingħajr kulur għandha tkun ħielsa minn frak viżibbli. Għandhom jintużaw biss soluzzjonijiet ċari u mingħajr kulur u mingħajr frak viżibbli. Jekk kunjett jidher bil-ħsara, is-siringi għall-injezzjoni m’għandhomx jiġu ppreparati u l-proċedura ta’ injezzjoni għandha tiġi posposta u ri- skedata. Id-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq għandu jiġi infurmat immedjatament.


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Glybera jiġi f’pakkett speċifiku għall-pazjent u għalhekk għandu jkun fih l-ammont preċiż ta’ kunjetti għal kull pazjent, ikkalkulat skont il-piż tal-pazjent.


L-ammont ikkalkulat ta’ siringi għandu jimtela mill-kunjetti maħlula, u għandom jiġu ttikkettati u mqiegħda f’kontenitur protett mid-dawl adegwat għat-trasport lejn il-kamra fejn il-pazjent ikun sejjer jirċievi l-injezzjonijiet ġol-muskolu.


Biex tiġi evitata xi injezzjoni ta’ frak mit-tapp minħabba żewġ estrazzjonijiet, trid tintuża labra waħda għal ġbid mill-kunjett (li għandha titħalla ġewwa t-tapp) u labra separata għal kull siringa.