Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Contacera
meloxicam


FIL-PAKKETT

FULJETT TA’ TAGĦRIF:

Contacera 20 mg/ml soluzzjoni għall-injezzjoni għall-baqar, majjali u żwiemel.


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ U TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦALL-MANIFATTURA RESPONSABBLI GĦALL-ĦRUĠ TAL-LOTT, JEKK DIFFERENTI


    Detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq:


    Zoetis Belgium SA Rue Laid Burniat 1 1348 Louvain-la-Neuve IL-BELĠJU


    Manifattur responsabbli għall-ħrug tal-lott:


    Chanelle Pharmaceuticals Manufacturing Ltd.

    Loughrea

    Co. Galway

    L-IRLANDA


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    Contacera 20 mg/ml soluzzjoni għall-injezzjoni għall-baqar, majjali u żwiemel.

    meloxicam


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA


    Millilitru fih: Meloxicam 20 mg

    Ethanol (96%) 159.8 mg

    Soluzzjoni safra, ċara.


  4. INDIKAZZJONI(JIET)


    Baqar:

    Għall-użu fi żmien ta’ infezzjoni akuta fis-sistema tan-nifs, flimkien ma’ terapija antibijotika adattata biex

    ittaffi s-sintomi kliniċi tal-marda lill-baqar.

    Għall-użu fit-trattament ta’ dijarea flimkien ma’ terapija ta’ idratazzjoni orali mill-ġdid, biex jitnaqqsu s- sintomi kliniċi f’għoġġiela li għandhom aktar minn ġimgħa jew baqar ta’ età żgħira.

    Għal terapija addizzjonali fit-trattament ta’ mastite akuta, flimkien ma’ terapija antibijotika adattata.

    Għas-solliev tal-uġigħ ta’ wara l-operazzjoni wara t-tneħħija tal-qrun fl-għoġġiela.


    Majjali:

    Għall-użu waqt mard mhux infettiv tal-mixi biex jitnaqqsu s-sintomi ta’ meta l-annimal ikun qed izappap u dawk tal-infjammazzjoni.

    Għal terapija addizzjonali fit-trattament ta’ settiċemija puwerperali u tossemija (sindrome mastite-metrite-

    agalaktja) flimkien ma’ terapija antibijotika adattata.

    Żwiemel:

    Għall-użu sabiex tittaffa l-infjammazzjoni u għas-solliev tal-uġigħ f’mard muskolu-skeletriku li jkun kemm akut kif ukoll kroniku.

    Għas-solliev tal-uġigħ marbut ma’ kolika ekwina.


  5. KONTRAINDIKAZZJONIJIET


    Tużax fuq żwiemel li għandhom inqas minn 6 ġimgħat. Tużax fuq dwieb tqal jew li qed ireddgħu.

    Tużax f’annimali li għandhom indeboliment fil-funzjoni tal-fwied, tal-qalb jew tal-kliewi, u mard emorraġiku, jew fejn ikun hemm evidenza ta’ leżjonijiet gastrointestinali ulċeroġeniċi. Tużax f’każ ta’ sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal xi sustanzi mhux attivi.

    Għat-trattament tad-dijarea fil-baqar, tużax f’annimali li għandhom inqas minn ġimgħa.


  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    Effetti mhux mixtieqa komuni jinkludu nefħa ħafifa temporanja fis-sit tal-injezzjoni wara għoti taħt il- ġilda fil-baqar u l-majjali. Dan ġie osservat f’inqas minn 10% tal-baqar ikkurati fi studji kliniċi.


    Reazzjonijiet avversi mhux komuni jinkludu nefħa temporanja fis-sit tal-injezzjoni fiż-żwiemel, iżda tfiq mingħajr ma jkun hemm l-ebda intervent.


    F’każijiet rari ħafna reazzjonijiet anafilattojdi li jistgħu jkunu serji (inkluż fatali) jistgħu jiġru u għandhom jiġu ttrattati b’mod sintomatiku.


    Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni:

    • komuni ħafna (aktar minn wieħed f’10 annimali kkurati li juru effett(i) mhux mixtieqa)

    • komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’100 annimal ikkurat)

    • mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’1,000 annimal ikkurat)

    • rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’10,000 annimal ikkurat)

    • rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f’10,000 annimal ikkurat, inklużi rapporti iżolati).


      Jekk tinnota xi effetti sekondarji serji anke dawk mhux imsemmija f’dan il-fuljett, jew taħseb li l-mediċina ma ħadmitx, jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek.


  7. SPEĊI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Baqar, majjali u żwiemel


    image

  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD(I) U METODU TA’ AMMINISTRAZZJONI


    Baqar:

    Injezzjoni waħda taħt il-ġilda jew ġol-vina, b’dożaġġ ta’ 0.5 mg ta’ meloxicam / kg ta’ piż tal-ġisem (i.e.

    2.5 ml / 100 kg ta’ piż tal-ġisem) flimkien ma’ terapija antibijotika, jew ma’ terapija orali ta’ idratazzjoni mill-ġdid, skont kif ikun xieraq.


    Majjali:

    Injezzjoni waħda fil-muskolu b’dożaġġ ta’ 0.4 mg ta’ meloxicam / kg ta’ piż tal-ġisem (i.e. 2 ml/100 / kg ta’ piż tal-ġisem) flimkien ma’ terapija antibijotika, kif ikun xieraq. Jekk ikun meħtieġ, it-tieni doża ta’ meloxicam tista’ tingħata wara 24 siegħa.


    Żwiemel:

    Injezzjoni waħda ġol-vina b’dożaġġ ta’ 0.6 mg ta’ meloxicam / kg ta’ piż tal-ġisem (i.e. 3 ml/ 100 kg ta’ piż tal-ġisem).

    Għall-użu sabiex tittaffa l-infjammazzjoni u għas-solliev tal-uġigħ f’mard muskolu-skeletriku li jkun kemm akut kif ukoll kroniku, meloxicam suspensjoni orali jista’ jintuża għat-tkomplija tat-trattament f’dożaġġ ta’ 0.6 mg ta’ meloxicam / kg ta’ piż tal-ġisem, 24 siegħa wara l-għoti tal-injezzjoni.


  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B’MOD KORRETT


    Evita li tintroduċi xi kontaminazzjoni waqt l-użu.

    Numru massimu ta’ fetħiet huwa ta’ 14 għal tappijiet tal-20 ml, 50 ml u 100 ml u 20 għal tapp tal-250 ml.


  10. PERJODU TA’ TIŻMIM


    Baqar: laħam u ġewwieni tal-annimali: 15-il jum; ħalib: 5 ijiem

    Majjali: laħam u ġewwieni tal-annimali: 5 ijiem

    Żwiemel: laħam u ġewwieni tal-annimali: 5 ijiem

    Mhux awtorizzat li jintuża fuq żwiemel li qed jaħilbu, u li l-ħalib tagħhom qed jintuża għall-konsum min-

    nies.


  11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA


    Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.

    Dan il-prodott mediċinali veterinarju m’għandux bżonn ta’ kundizzjonijiet ta’ ħażna speċjali. Iż-żmien kemm idum tajjeb il-prodott wara li jinfetaħ il-kontenitur għall-ewwel darba: 28 jum

    Tużax dan il-prodott mediċinali veterinarju wara d-data ta’ skadenza murija fuq il-kartuna u l-kunjett wara

    JIS. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar jum tax-xahar.


  12. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Trattament ta' għoġġiela b'Contacera 20 minuta qabel it-tneħħija tal-qrun tnaqqas l-uġigħ ta’ wara l- operazzjoni. Contacera waħdu mhux se jipprovdi solliev adegwat tal-uġigħ waqt il-proċedura tat-tneħħija tal-qrun. Biex tikseb solliev adegwat tal-uġigħ waqt l-operazzjoni, medikazzjoni fl-istess ħin b’analġesiku adattat hi meħtieġa.

    Prekawzjonijiet speċjali għall-użu fl-annimali:


    Jekk ikun hemm reazzjonijiet mhux mixtieqa, it-trattament għandu jitwaqqaf u għandu jittieħed il-parir ta’ veterinarju.

    Evita l-użu f’annimali li huma deidratati, ipovolemiċi jew ipotensivi severament, li jkunu jeħtieġu

    idratazzjoni mill-ġdid permezz ta’ injezzjoni, għax jista’ jkun hemm riskju potenzjali ta’ tossiċità tal- kliewi.

    F’każ ta’ solliev mhux adegwat tal-uġigħ meta użat fit-trattament ta’ kolika ekwina, għandha ssir

    evalwazzjoni mill-ġdid bl-attenzjoni tad-dijanjosi, għax din tista’ tindika l-ħtieġa ta’ intervent kirurġiku.


    Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu mill-persuna li tamministra l-prodott mediċinali veterinarju

    lill-annimali:


    Injezzjoni aċċidentali tiegħek innifsek tista’ tikkaġuna wġigħ. Nies li hu magħruf li għandhom sensittività eċċessiva għal Mediċini Mhux Sterojdi Kontra l-Infjammazzjoni (NSAIDs) għandhom jevitaw li jmissu mal-prodott mediċinali veterinarju.

    F’każ li tinjetta b’mod aċċidentali lilek innifsek, fittex parir mediku minnifih u uri l-fuljett ta’ informazzjoni jew it-tikketta lit-tabib.


    Tqala u treddigħ:

    Baqar u qżieqeż: Jista’ jintuża waqt it-tqala u t-treddigħ. Żwiemel: Tużax fuq dwieb tqal jew li qed ireddgħu.


    Interazzjonijiet ma’ prodotti mediċinal oħrajn u forom oħrajn ta’ interazzjoni:

    M’għandux jingħata flimkien ma’ glukokortikosterojdi, sustanzi anti-infjammatorji oħrajn mhux sterojdi u jew ma’ antikoagulanti.


    Doża eċċessiva (sintomi, proċeduri ta’ emerġenza, antidoti): F’każ ta’ doża eċċessiva, għandu jinbeda trattament sintomatiku.


  13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR IR-RIMI TA’ PRODOTTI MHUX UŻATI JEW

    MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Staqsi lill-kirurgu veterinarju tiegħek dwar kif l-aħjar li tarmi l-mediċini li ma jkunux aktar meħtieġa. Dawn il-miżuri għandhom jgħinu sabiex jipproteġu l-ambjent.


  14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT TA’ TAGĦRIF


    Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali veterinarju tinstab fuq il-websajt tal-Aġenzija Ewropea dwar il-Mediċini ()


  15. TAGĦRIF IEĦOR


Kaxxa tal-kartun b’kunjett tal-ħġieġ bla kulur wieħed, li jkun fih 20 ml, 50 ml, 100 ml jew 250 ml.


Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu qegħdin fis-suq.

FULJETT TA’ TAGĦRIF:

Contacera 15 mg/ml suspensjoni orali għaż-żwiemel


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAS-SID TAL-AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊ U TAS- SID TAL-AWTORIZZAZZJONI TAL-MANIFATTURA RESPONSABBLI LI JĦALLI L- KONSENJA TMUR FIS-SUQ, JEKK DIFFERENTI


    Detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq:


    Zoetis Belgium SA Rue Laid Burniat 1 1348 Louvain-la-Neuve BELĠJU


    Manifattur responsabbli għall-ħrug tal-lott:


    Chanelle Pharmaceuticals Manufacturing Ltd.

    Loughrea

    Co. Galway

    L-IRLANDA


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    Contacera 15 mg/ml suspensjoni orali għaż-żwiemel

    meloxicam


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA


    Kull ml fih:

    Meloxicam 15 mg Sodium benzoate 5 mg


  4. INDIKAZZJONI(JIET)


    Għas-serħan mill-infjammazzjoni u wġigħ f’mard muskolu-skeletriku li jkun kemm akut kif ukoll kroniku fiż-żwiemel.


  5. KONTRAINDIKAZZJONIJIET


    Tużax fuq dwieb tqal jew li qed ireddgħu.

    Tużax fuq żwiemel li jsofru minn mard gastrointestinali, bħal irritazzjoni jew emorraġija, jew annimali li għandhom indeboliment fil-funzjoni tal-fwied, tal-qalb jew tal-kliewi, u mard emorraġiku.

    Tużax f’każ ta’ sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal xi sustanzi mhux attivi.

    Tużax fuq żwiemel li għandhom inqas minn 6 ġimgħat.

  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    F’każijiet rari ħafna reazzjonijiet avversi li ġeneralment huma assoċjati ma’ Mediċini Mhux Sterojdi Kontra l-Infjammazzjoni (NSAIDs) kienu osservati fi provi kliniċi (urtikarja ħafifa, dijarea). Is-sintomi kienu riversibbli.


    F’każijiet rari ħafna ġew irrappurtati nuqqas ta’ aptit, letarġija, uġigħ addominali u kolite.

    F’każijiet rari ħafna reazzjonijiet anafilattojdi li jistgħu jkunu serji (inkluż fatali) jistgħu jiġru u għandhom jiġu ttrattati b’mod sintomatiku.


    Jekk ikun hemm reazzjonijiet mhux mixtieqa, it-trattament għandu jitwaqqaf u għandu jittieħed il-parir ta’ veterinarju.


    Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni:

    • komuni ħafna (aktar minn wieħed f’10 annimali kkurati li juru effett(i) mhux mixtieqa )

    • komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’100 annimal ikkurat)

    • mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’1,000 annimal ikkurat)

    • rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’10,000 annimal ikkurat)

    • rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f’10,000 annimal ikkurat, inklużi rapporti iżolati).


    Jekk tinnota xi effetti sekondarji serji anke dawk mhux imsemmija f’dan il-fuljett, jew taħseb li l-mediċina ma ħadmitx, jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek.


  7. SPEĊI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Żwiemel


  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD(I) U METODU TA’ AMMINISTRAZZJONI


    Suspensjoni orali biex tingħata f’dożaġġ ta’ 0.6 mg / kg ta’ piż tal-ġisem, darba kuljum, sa 14-il jum. Dan huwa ekwivalenti għal 1 ml ta’ Contacera għal kull 25 kg ta’ piż tal-ġisem taż-żwiemel. Per eżempju, żiemel li jiżen 400 kg se jirċievi 16 ml ta’ Contacera, żiemel li jiżen 500 kg se jirċievi 20 ml ta’ Contacera, u żiemel li jiżen 600 kg se jirċievi 24 ml ta’ Contacera.


    Ħawwad tajjeb qabel l-użu. Biex jingħata jew imħallat ma’ kwantità żgħira tal-ikel, qabel l-għalf, jew

    direttamemt fil-ħalq.

    Is-suspensjoni għandha tingħata permezz tas-siringa tal-kejl ipprovduta fil-pakkett. Is-siringa teħel fuq il- flixkun u għandha skala ta’ 2ml.

    Wara li tagħti l-mediċina, agħlaq il-flixkun billi terġa’ tpoġġi t-tapp f’postu, aħsel is-siringa tal-kejl b’ilma sħun u ħalliha tinxef.


  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B’MOD KORRETT


    Evita li tintroduċi xi kontaminazzjoni waqt l-użu.


  10. PERJODU TA’ TIŻMIM


    Laħam u ġewwieni tal-annimali: 3 ijiem.

    Mhux awtorizzat li jintuża fi żwiemel li jipproduċu l-ħalib għall-konsum min-nies


  11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA


    Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal. Tagħmlux fil-friża.

    Tużax dan il-prodott mediċinali veterinarju wara d-data (EXP) ta’ skadenza murija fuq il-pakkett u l- flixkun wara JIS. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar jum tax-xahar.

    Iż-żmien kemm idum tajjeb il-prodott wara li jinfetaħ il-kontenitur għall-ewwel darba: 3 xhur


  12. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Prekawzjonijiet speċjali għall-użu fl-annimali:

    Evita l-użu fi kwalunkwe annimal li jkun deidratat, ipovolemiku jew ipotensiv, għax hemm riskju potenzjali ta’ tossiċità tal-kliewi.


    Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu mill-persuna li tamministra l-prodott mediċinali veterinarju

    lill-annimali:

    Nies li hu magħruf li huma sensittivi għal Mediċini Mhux Sterojdi Kontra l-Infjammazzjoni (NSAIDs) għandhom jevitaw li jmissu mal-prodott mediċinali veterinarju.

    F’każ li tibilgħu, fittex parir mediku immedjatament u qis li turi l-fuljett ta’ informazzjoni jew it-tikketta

    lit-tabib.


    Tqala u treddigħ:

    Tużax fuq dwieb tqal jew li qed ireddgħu.


    Interazzjoni ma’ prodotti mediċinal oħrajn u forom oħrajn ta’ interazzjoni:

    Tagħtix flimkien ma’ glukokortikosterojdi, sustanzi anti-infjammatorji oħrajn mhux sterojdi jew ma’ antikoagulanti.


    Doża eċċessiva (sintomi, proċeduri ta’ emerġenza, antidoti): F’każ ta’ doża eċċessiva, għandu jinbeda trattament sintomatiku.


  13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR IR-RIMI TA’ PRODOTTI MHUX UŻATI JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Staqsi lill-kirurgu veterinarju tiegħek dwar kif l-aħjar li tarmi l-mediċini li ma jkunux aktar meħtieġa. Dawn il-miżuri għandhom jgħinu sabiex jipproteġu l-ambjent.


  14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT INFORMATTIV FIL-PAKKETT


    Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali veterinarju tinstab fuq il-websajt tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ().

  15. TAGĦRIF IEĦOR


Kaxxa tal-kartun fiha flixkun HDPE wieħed ta’ 100 jew 250 ml u tapp li jirreżisti tbagħbis u l-ftuħ mit-tfal żgħar u siringa tal-kejl tal-polypropylene.


Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu qegħdin fis-suq.