Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Stronghold
selamectin


FULJETT TA’ TAGĦRIF:

Stronghold Soluzzjoni għal użu topikali


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT- TQEGĦID FIS-SUQ U TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦALL- MANIFATTURA RESPONSABBLI GĦALL-ĦRUĠ TAL-LOTT, JEKK DIFFERENTI


    Detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-manifattur responsabbli għall-ħruġ tal-lott:


    Zoetis Belgium SA Rue Laid Burniat 1

    1348 Louvain-la-Neuve

    IL-BELĠJU


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    Stronghold 15 mg soluzzjoni għal użu topikali għall-qtates u l-klieb 2.5 kg Stronghold 30 mg soluzzjoni għal użu topikali għall-klieb 2.6-5.0 kg Stronghold 45 mg soluzzjoni għal użu topikali għall-qtates 2.6-7.5 kg Stronghold 60 mg soluzzjoni għal użu topikali għall-qtates 7.6-10.0 kg Stronghold 60 mg soluzzjoni għal użu topikali għall-klieb 5.1-10.0 kg Stronghold 120 mg soluzzjoni għal użu topikali għall-klieb 10.1-20.0 kg Stronghold 240 mg soluzzjoni għal użu topikali għall-klieb 20.1-40.0 kg Stronghold 360 mg soluzzjoni għal użu topikali għall-klieb 40.1-60.0 kg


    selamektin


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA


    Kull doża waħda (pipetta) tagħti:


    Stronghold 15 mg għall-klieb u l-qtates

    soluzzjoni 6% w/v

    selamektin

    15 mg

    Stronghold 30 mg għall-klieb

    soluzzjoni 12% w/v

    selamektin

    30 mg

    Stronghold 45 mg għall-qtates

    soluzzjoni 6% w/v

    selamektin

    45 mg

    Stronghold 60 mg għall-qtates

    soluzzjoni 6% w/v

    selamektin

    60 mg

    Stronghold 60 mg għall-klieb

    soluzzjoni 12% w/v

    selamektin

    60 mg

    Stronghold 120 mg għall-klieb

    soluzzjoni 12% w/v

    selamektin

    120 mg

    Stronghold 240 mg għall-klieb

    soluzzjoni 12% w/v

    selamektin

    240 mg

    Stronghold 360 mg għall-klieb

    soluzzjoni 12% w/v

    selamektin

    360 mg


    Ingredjenti Oħra


    Butylated hydroxytoluene 0.08%


    Soluzzjoni minn bla kulur sa safranija


  4. INDIKAZZJONI(JIET)


    Qtates u klieb:

    • Kura u prevenzjoni ta’ infestazzjonijiet tal-briegħed ikkawżat mill-ispeċi Ctenocephalides sa xahar wara li tingħata doża waħda. Dan jiġri billi l-prodott joqtol kemm il-bergħud kif ukoll il- larva u l-bajd tiegħu. Il-prodott joqtol il-bajd sa tliet ġimgħat wara li jingħata. Bi tnaqqis fil- popolazzjoni tal-briegħed, trattament kull xahar ta’ annimali tqal u li qed irreddgħu jgħin ukoll

      biex iħares il-btan sa seba’ ġimgħat minn infestazzjonijiet tal-briegħed. Il-prodott jista’ jintuża bħala parti minn programm ta’ kura tad-dermatite kkawżata minn allerġija għall-briegħed u billi joqtol il-bajd u l-larva jista’ jgħin biex jikkontrolla infestazzjonijiet tal-briegħed eżistenti fl- ambjent f’dawk l-inħawi fejn jersaq l-annimal.


    • Prevenzjoni tal-marda tal-heartworm ikkawżata mid-Dirofilaria immitis b’amministrazzjoni kull xahar. Stronghold jista’ jintuża bla periklu fuq annimali infettati bil-forma adulta tal- heartworm, imma prattika tajba veterinarja titlob li l-annimali kollha ta’ ’l fuq minn sitt xhur u li jgħixu f’pajjiżi fejn jeżistu parassiti li jġorru l-marda, għandhom jiġu ttestjati għal infezzjoni bil- forma adulta tal-heartworm qabel ma tinbeda l-kura bi Stronghold. Huwa rakkomandat ukoll li, bħala parti integrali minn strateġija għall-prevenzjoni tal-heartworm, il-klieb jiġu ttestjati kull ftit żmien għal infezzjonijiet bil-forma adulta tal-heartworm, anki f’każijiet fejn Stronghold ikun ingħata kull xahar. Dan il-prodott ma jaħdimx kontra l-forma adulta tad-D. immitis.


    • Kura għad-dud tal-widnejn (Otodectes cynotis).


      Qtates:

    • Kura għal infestazzjonijiet ta’ qamel li jigdem (Felicola subrostratus)

    • Kura għall-forma adulta tal-ħniex it-tondi (Toxocara cati)

    • Kura għall-forma adulta tal-hookworm fl-imsaren (Ancylostoma tubaeforme).


      Klieb:

    • Kura għal infestazzjonijiet ta’ qamel li jigdem (Trichodectes canis).

    • Kura għal sarcoptic mange (ikkawżata minn Sarcoptes scabiei).

    • Kura għall-forma adulta tal-ħniex todi (Toxocara canis) fl-imsaren.


  5. KONTRAINDIKAZZJONIJIET


    Tużax f’annimali ta’ taħt is-sitt ġimgħat. Tużax fi qtates li qed ibatu minn xi mard ieħor fl-istess żmien jew li jkunu debboli u ta’ piż baxx (għad-daqs u l-età tagħhom).


  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    L-użu tal-prodott mediċinali veterinarju fuq il-qtates ġieli kkaġuna, f’każi rari, telf żgħir u li jgħaddi ta’ pil fuq il-parti fejn ikun ġie applikat. F’każi rari ħafna jista’ jkun hemm irritazzjoni li tgħaddi fuq il-parti fejn ikun ġie applikat. In-nuqqas ta’ pil u irritazzjoni normalment jgħaddu waħedhom, imma f’xi każi tista’ tingħata xi kura biex ittaffi s-sintomi.


    F’każi rari l-applikazzjoni tal-prodott mediċinali veterinarju fil-qtates u l-klieb tista’ twassal biex il-pil fil-post fejn ġie applikat jitgħaqqad temporanjament u/jew f’xi każi titfaċċa kwantità żgħira ta’ trab abjad. Din hija ħaġa normali u titlaq fi żmien 24 siegħa minn meta jiġi applikat u ma taffettwax in- nuqqas ta’ periklu jew l-effett tal-prodott mediċinali veterinarju.


    Kif jiġri ma’ macrocyclic lactones oħrajn, f’każijiet rari ħafna, wara li jintuża l-prodott mediċinali veterinarju kemm fil-klieb kif ukoll fil-qtates, ġew osservati sinjali newroloġiċi, inklużi aċċessjonijiet, li huma riversibbli.


    Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni:

    • komuni ħafna (aktar minn wieħed f’10 annimali ttrattati li juru effett(i) mhux mixtieq(a) matul il- perjodu ta’ kura waħda)

    • komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’100 annimal ittrattati)

    • mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’1,000 annimal ttrattati)

    • rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’10,000 annimal ttrattati)

    • rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f’10,000 annimal ttrattati, inklużi rapporti iżolati).

    Jekk tinnota xi effetti serji anke dawk mhux imsemmija f’dan il-fuljett, jew taħseb li l-mediċina ma ħadmitx, jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek.


    Informazzjoni oħra


    Stronghold ġie ttestjat f’aktar minn mitt razza pura u mħallta ta’ klieb li jinkludu l-collie, u f’razez mħallta u sittax-il razza pura ta’ qtates mingħajr effetti oħra mhux mixtieqa.


  7. SPEĊJI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Qtates u klieb li jiżnu 2.5 kg jew anqas (Stronghold 15 mg soluzzjoni għal użu topikali għall-qtates u għall-klieb ≤ 2.5 kg)

    Klieb li jiżnu 2.6 kg-5.0 kg (Stronghold 30 mg soluzzjoni għal użu topikali għall-klieb 2.6–5.0 kg) Qtates li jiżnu 2.6 kg-7.5 kg (Stronghold 45 mg soluzzjoni għal użu topikali għall-qtates 2.6–7.5 kg) Qtates li jiżnu 7.6 kg-10.0 kg (Stronghold 60 mg soluzzjoni għal użu topikali għall-qtates 7.6–10.0 kg) Klieb li jiżnu 5.1 kg-10.0 kg (Stronghold 60 mg soluzzjoni għal użu topikali għall-klieb 5.1–10.0 kg) Klieb li jiżnu 10.1 kg-20.0 kg (Stronghold 120 mg soluzzjoni għal użu topikali għall-klieb 10.1–20.0 kg)

    Klieb li jiżnu 20.1 kg-40.0kg (Stronghold 240 mg soluzzjoni għal użu topikali għall-klieb 20.1–40.0 kg)

    Klieb li jiżnu 40.1 kg-60.0kg (Stronghold 360 mg soluzzjoni għal użu topikali għall-klieb 40.1–60.0 kg)


    image


  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD(I) U METODU TA’ AMMINISTRAZZJONI


    Għal użu topikali.


    Applika fuq il-ġilda fil-bażi tal-għonq quddiem l-għadam tal-ispalel.

    Stronghold għandu jkun amministrat fuq il-ġilda f’applikazzjoni waħda ta’ doża waħda li tagħti tal- anqas 6 mg/kg selamektin. Meta jkunu se jiġu ttrattati infestazzjonijiet jew infezzjonijiet flimkien fuq

    l-istess annimal f’ħin wieħed għandha tingħata applikazzjoni waħda biss tad-doża rrakkomandata ta’ 6

    mg /kg. It-tul proprju tal-perjodu tat-trattament għall-parassiti individwali huwa speċifikat hawn taħt. Applika Stronghold topikalment skont kif indikat fit-tabella li tmiss:

    Qtates

    (kg)

    Kulur tat- tapp tal- pipetta

    mg ta’ selamektin mogħtija

    Qawwa (mg/ml)

    Volum amministrat (daqs nominali tal-pipetta, ml)

    2.5

    Roża

    15

    60

    0.25

    2.6-7.5

    Ikħal

    45

    60

    0.75

    7.6-10.0

    Taupe

    60

    60

    1.0

    > 10

    Taħlita xierqa ta’ pipetti

    60

    Taħlita xierqa ta’ pipetti


    Klieb (kg)

    Kulur tat- tapp tal- pipetta

    mg ta’ selamektin mogħtija

    Qawwa (mg/ml)

    Volum amministrat (daqs nominali tal-pipetta, ml)

    2.5

    Roża

    15

    60

    0.25

    2.6-5.0

    Vjola

    30

    120

    0.25


    5.1-10.0

    Kannella

    60

    120

    0.5

    10.1-20.0

    Aħmar

    120

    120

    1.0

    20.1-40.0

    Aħdar

    240

    120

    2.0

    40.1-60.0

    Plum

    360

    120

    3.0

    > 60

    Taħlita xierqa ta’ pipetti

    60/120

    Taħlita xierqa ta’ pipetti

    Kura u prevenzjoni tal-briegħed (qtates u klieb) Annimali ta’ ’l fuq minn sitt ġimgħat:

    Wara li jingħata l-prodott mediċinali veterinarju lill-annimal, il-briegħad adulti u l-larvi jinqatlu u ma jkunx hemm aktar bajd vijabbli. Dan iżomm il-briegħed milli jirriproduċu u jista’ jgħin biex jikkontrolla infestazzjonijiet tal-briegħed eżistenti fl-ambjent f’dawk l-inħawi fejn jersaq l-annimal.


    Għall-prevenzjoni ta’ infestazzjonijiet tal-briegħed, il-prodott mediċinali veterinarju għandu jingħata lill-annimal kull xahar waqt l-istaġun tal-briegħed u xahar qabel ma l-briegħed isiru attivi. Dan jiżgura li l-briegħed fuq l-annimal jinqatlu, dawn ma jipproduċux bajd vijabbli u l-larvi (li jinsabu biss fl- ambjent) jinqatlu wkoll. B’hekk jinkiser iċ-ċiklu tal-ħajja tal-bergħud u ma jħallix infestazzjonijiet mill-briegħed.


    Għal użu bħala parti minn programm ta’ kura tad-dermatite kkawżata minn allerġija għall-briegħed, il- prodott mediċinali veterinarju għandu jingħata kull xahar.


    Kura ta’ annimali tqal u li qed ireddgħu biex jitħarsu il-ġriewi u l-friegħ minn infestazzjonijiet tal-briegħed:


    Billi l-popolazzjoni ta’ briegħed titnaqqas, il-kura ta’ kull xahar f’annimali tqal jew li qed ireddgħu tgħin biex tħares ’il boton minn infestazzjonijiet tal-briegħed sal-età ta’ seba’ ġimgħat.


    Prevenzjoni tal-mard tal-heartworm (qtates u klieb)


    Il-prodott mediċinali veterinarju jista’ jingħata s-sena kollha jew tal-anqas fi żmien xahar minn meta l- annimal ġie espost għan-nemus għall-ewwel darba, u kull xahar sakemm jagħlaq l-istaġun tan-nemus. L-aħħar doża għandha tingħata sa xahar wara li l-annimal l-aħħar ġie espost għan-nemus. Jekk tinqabeż xi doża jew l-intervall bejn doża u oħra jkun ta’ aktar minn xahar, għandha tingħata doża immedjata u terġa’ tibda tingħata mill-ġdid doża fix-xahar u b’hekk titnaqqas l-opportunità biex jiżviluppaw heartworms adulti. Meta jkun qed jiġi mibdul prodott għall-prevenzjoni tal-heartworm f’programm ta’ prevenzjoni tal-mard tal-heartworm, l-ewwel doża tal-prodott mediċinali veterinarju għanda tingħata fi żmien xahar mill-aħħar doża tal-mediċina ta’ qabel.


    Kura għal infezzjonijiet tal-ħniex tondi tal-imsaren (qtates u klieb)


    Għandha tingħata doża waħda tal-prodott mediċinali veterinarju.


    Kura għall-qamel li jigdem (qtates u klieb)


    Għandha tingħata doża waħda tal-prodott mediċinali veterinarju.


    Kura għad-dud tal-widnejn (qtates)


    Għandha tingħata doża waħda tal-prodott mediċinali veterinarju.

    Kura għad-dud tal-widnejn (klieb)


    Għandha tingħata doża waħda tal-prodott mediċinali veterinarju. Frak mhux imwaħħal għandu jitneħħa bil-mod mill-kanal ta’ barra tal-widna waqt kull trattament. Viżta veterinarja oħra xahar wara t-trattament hija rakkomandata billi xi annimali ikollhom bżonn it-tieni trattament.


    Kura għal infezzjonijiet tal-hookworm (qtates)


    Għandha tingħata doża waħda tal-prodott mediċinali veterinarju.


    Kura għal sarcoptic mange (klieb)


    Biex jitneħħa d-dud kollu, għandha tingħata doża waħda tal-prodott mediċinali veterinarju għal xahrejn fuq xulxin.


  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B’MOD KORRETT


    image

    Neħħi l-pipetta ta’ Stronghold mill-pakkett protettiv. image Filwaqt li żżomm il-pipetta wieqfa, agħfas it-tapp bis-saħħa biex ittaqqab is-

    siġill tal-applikatur, imbagħad neħħi t-tapp.


    image

    Ofroq il-pil fin-naħa t’isfel tal-għonq tal-annimal tiegħek quddiem l-għadmiet tal-ispalel biex tikxef roqgħa żgħira tal-ġilda.


    image

    Applika l-ponta tal-pipetta ta’ Stronghold direttament fuq il-ġilda mingħajr ma timmassaġġja. Agħfas il-pipetta bis-saħħa biex tiżvojta l-kontenut f’roqgħa waħda. Evita li tmiss il-prodott mediċinali veterinarju b’subgħajk.


    Tapplikax meta l-pil tal-annimal ikun imxarrab. Iżda jekk taħsel b’xampu jew tgħoddos l-annimal sagħtejn jew aktar wara l-kura, l-effikaċja tal-prodott mediċinali veterinarju ma tkunx imnaqqsa.


  10. PERJODU TA’ TIŻMIM


    Mhux applikabbli.

  11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA


    Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.

    Taħżinx f'temperatura ’l fuq minn 30 °C. Aħżen fil-pakkett tal-folja mhux miftuħ f’post xott. Tużax dan il-prodott mediċinali veterinarju wara d-data ta’ skadenza murija fuq it-tikketta.


  12. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Twissijiet speċjali għal kull speċi għal xiex huwa indikat:

    L-annimali jistgħu jinħaslu sagħtejn wara t-trattament mingħajr telf fl-effikaċja.

    Tapplikax meta l-pil tal-annimal ikun imxarrab. Iżda jekk taħsel b’xampu jew tgħoddos l-annimal sagħtejn jew aktar wara l-kura, l-effikaċja tal-prodott mediċinali veterinarju ma tkunx imnaqqsa. Għall-kura tad-dud tal-widnejn, tapplikax direttament fil-kanal tal-widnejn.

    Huwa importanti li tingħata d-doża kif indikat biex jitnaqqas l-ammont li l-annimal jista’ jilgħaq. Jekk l-annimal jilgħaq fit-tul, f’każi rari jista’ jkun hemm produzzjoni għolja ta’ bżieq fil-qtates, għal perjodu qasir.


    Prekawzjonijiet speċjali għall-użu fl-annimali

    Dan il-prodott għandu jiġi applikat biss fuq il-wiċċ tal-ġilda. Tagħtix mill-ħalq jew permezz ta’ injezzjoni.

    Żomm annimali kkurati l-bogħod minn nirien u affarijiet oħra li jistgħu iqabbdu n-nar għal mill-anqas

    tletin minuta jew sakemm il-pil ikun niexef.


    Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu mill-persuna li tamministra l-prodott mediċinali veterinarju lill-annimali:

    Dan il-prodott mediċinali veterinarju ieħu n-nar malajr: żomm il-bogħod mis-sħana, xrar tan-nar, fjammi jew affarijiet oħra li jistgħu iqabbdu n-nar.

    Tpejjipx, tikolx u tixrobx waqt li qed tmiss il-prodott.

    Aħsel idejk wara li tuża u aħsel fil-pront bis-sapun u bl-ilma jekk xi ftit mill-prodott imiss mal-ġilda. F’każ aċċidentali li fih jintlaqtu l-għajnejn, laħlaħ fil-pront b’ilma nadif u fittex kura medika fil-pront u uri l-fuljett ta’ tagħrif jew it-tikketta lit-tabib.

    Evita kuntatt dirett ma’ annimali kkurati sakemm tinxef ir-roqgħa fejn ġie applikat. Fil-jum tat- trattament it-tfal m’għandhomx imissu l-annimali ttrattati u l-annimali m’għandhomx jitħallew jorqdu mas-sidien tagħhom speċjalment it-tfal. Pipetti użati għandhom jintremew fil-pront u ma jitħallewx fejn jistgħu jidhru jew jintlaħqu mit-tfal.

    Persuni b’ġilda sensittiva jew b’allerġija magħrufa għal prodotti mediċinali veterinarji ta’ dan it-tip

    għandhom joqogħdu attenti metta jmissu l-prodott mediċinali veterinarju.


    Prekawzjonijiet oħra:

    Tħallix annimali kkurati jidħlu f’ilma ġieri tal-anqas sa sagħtejn minn meta tingħata l-kura.


    Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħrajn u forom oħra ta’ interazzjoni:

    Fi studji estensivi waqt l-użu ma kinux osservati effetti bejn il-prodott mediċinali veterinarju u prodotti mediċinali veterinarji komuni jew proċeduri mediċi u kirurġiċi.


    Doża eċċessiva (sintomi, proċeduri ta’ emerġenza, antidoti):

    Stronghold ingħata f’doża li kienet 10 darbiet aktar minn dik irrakkomandata, u ma dehrux effetti mhux mixtieqa. Il-prodott mediċinali veterinarju ingħata f’doża 3 darbiet aktar minn dik rakkomandata fi qtates u klieb li kellhom heartworms adulti u ma dehrux effetti mhux mixtieqa. Il-prodott mediċinali veterinarju ngħata wkoll f’doża 3 darbiet aktar minn dik rakkomandata fi qtates u klieb irġiel u nisa waqt it-tnissil kif ukoll f’nisa tqal u waqt li qed ireddgħu il-btan tagħhom, u f’doża ħames darbiet aktar minn dik irrakkomandata fi klieb tar-razza Collie sensittivi għall-ivermektin u ma dehrux effetti mhux mixtieqa.

  13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA’ PRODOTT MHUX UŻAT JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Il-mediċini m’għandhomx jiġu mormija mal-ilma maħmuġ.

    Selamektin jista’ jkollha effett ħażin fuq il-ħut jew fuq ċerti ħlejjaq tal-ilma li jservu bħala ikel għall- ħut. Il-kontenituri u materjal żejjed għandhom jintefgħu mal-iskart domestiku biex ma ssirx kontaminazzjoni minn fejn jista’ jgħaddi ilma ġieri.


  14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT TA’ TAGĦRIF


    https://ema.europa.eu/.


  15. TAGĦRIF IEĦOR


Stronghold jiġi f’pakketti ta’ tliet pipetti (pipetti tad-daqsijiet kollha), ta’ sitt pipetti (pipetti tad- daqsijiet kollha ħlief 15 mg selamektin), jew ta’ ħmistax-il pipetta (tubi ta’ 15 mg selamektin biss). Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu qegħdin fis-suq.