Paġna ewlenija Paġna ewlenija

RotaTeq
rotavirus vaccine, live

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent RotaTeq soluzzjoni orali

Tilqima ta’ rotavirus (ћaj)


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel ibnek/bintek jitlaqqmu peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Wara li ibnek/bintek jkunu rċivew RotaTeq, ikkuntattja tabib/professjonist fil-qasam tal-kura tas-saħħa minnufih jekk ibnek/bintek ikollhom uġigħ qawwi fl-istonku, rimettar persistenti, demm mal-ippurgar, żaqq minfuħa u/jew deni għoli (ara wkoll sezzjoni 4 “Effetti sekondarji possibbli”).


Bħal dejjem, jekk jogħġbok oqgħod attent/a li taħsel idejk sew wara li tbiddel ħrieqi maħmuġin.


Bħal tilqim ieħor, RotaTeq jista’ ma jipproteġix għal kollox lit-tfal kollha li jiġu mlaqqma anki wara li jingħataw it-tliet dożi kollha.


Jekk ibnek/bintek diġà ġew infettati b'rotavirus imma jkun għadhom ma mardux meta dawn jieħdu t- tilqima, RotaTeq jista’ ma jkunx kapaċi jipprevjeni l-marda.


RotaTeq ma jipproteġix kontra dijarea u rimettar minħabba kawżi oħra għajr rotavirus.


Mediċini oħra u RotaTeq


RotaTeq jistajingħata fl-istess ħin meta ibnek/bintek jirċievu t-tilqim l-ieħor normalment rakkommandat, bħal difterite, tetnu, pertussis (sogħla konvulżiva), Haemophilus influenzae tip b, poljomelite inattivata jew orali, epatite B, tilqim konjugat tal-pneumococcus u tilqim konjugat tal- meningococcus tal-grupp Ċ.


Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk ibnek/bintek qed jieħdu, ħadu dan l-aħħar jew jistgħu jieħdu xi mediċini oħra (jew tilqim ieħor).


RotaTeq ma’ ikel u xorb


M’hemm l-ebda restrizzjonijiet fuq it-teħid ta’ ikel jew xorb, inkluż ħalib tas-sider, qabel jew wara tilqima b’RotaTeq.


RotaTeq fih sucrose


Jekk qalulek li ibnek/bintek għandhom intolleranza għal xi tip tazokkor, informa lit- tabib/professjonist fil-kura tas-saħħa qabel jingħataw it-tilqima.


RotaTeq fih sodium


Din it-tilqima fiha 37.6 mg sodium (il-komponent prinċipali tal-melħ tat-tisjir/li jintuża mal-ikel) f’kull doża. Dan huwa ekwivalenti għal 1.88% tal-ammont massimu rakkomandat ta’ sodium li għandu jittieħed kuljum mad-dieta minn adult.


  1. Kif għandek tuża RotaTeq


    RotaTeq HUWA GĦAL UŻU ORALI BISS.


    Tabib jew infermier jagħtu d-doża rakkomandata ta’ RotaTeq lill-ibnek/bintek. It-tilqima tingħata billi jingħafas it-tubu bil-mod u t-tilqima tintefa fħalq ibnek/bintek.

    It-tilqima tista’ tingħata mingħajr ma jitqies it-teħid tal-ikel, likwidi jew ħalib tal-omm.

    F’każ li ibnek/bintek jobżqu jew itellgħu ħafna mid-doża tat-tilqima, doża waħda tasostituzzjoni tista

    tingħata fl-istess żjara tat-tilqima.


    Din it-tilqima taħt l-ebda ċirkostanza m’għandha tingħata b'injezzjoni.

    L-ewwel doża (2 ml) taRotaTeq tistatingħata minn età ta6 ġimgħat u trid tingħata qabel l-età ta’ 12–il ġimgħa (bejn wieħed u ieħor 3 xhur). RotaTeq jistajingħata lil trabi li twieldu qabel iż-żmien basta t-tqala tkun damet mill-inqas 25 ġimgħa. Dawn it-trabi għandhom jirċievu l-ewwel doża tat- tilqima bejn 6 u 12-il ġimgħa wara t-twelid.


    Ibnek/bintek se jirċievu 3 dożi ta' RotaTeq mogħtija mill-inqas erba' ġimgħat 'l bogħod minn xulxin. Huwa importanti li ibnek/bintek jirċievu t-3 dożi kollha tat-tilqima għall-protezzjoni kontra rotavirus. Huwa preferibbli li t-tliet dożi jingħataw sal-età ta' 20-22 ġimgħa u t-tliet dożi għandhom jingħataw sa mhux aktar tard mill-età ta' 32 ġimgħa.


    Meta RotaTeq jingħata lill-ibnek/bintek għall-ewwel doża, huwa rrakkomandat li ibnek/bintek jirċievu RotaTeq (u mhux tilqima oħra ta' rotavirus) biex itemmu l-kors tat-tilqim.


    Jekk tinsa appuntament għal RotaTeq


    Huwa importanti li ssegwi l-istruzzjonijiet tat-tabib/professjonist fil-kura tas-saħħa dwar iż-żjarat ta' ritorn ta’ ibnek/bintek għad-dożi li jkun imiss. Jekk tinsa jew jekk ma tkunx tista' tmur għand

    it-tabib/professjonista fil-kura tas-saħħa fid-data stipulata, staqsih/ha għal parir.


  2. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull tilqima u mediċina oħra, din it-tilqima tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    Ikkuntattja tabib/professjonist fil-qasam tal-kura tas-saħħa minnufiħ jekk ibnek/bintek ikollhom xi wieħed mis-sintomi li ġejjin:


    • Reazzjonijiet allerġiċi (ma tistax tittieħed stima tal-frekwenza mid-data disponibbli), li jistgħu jkunu qawwija (anafilassi), u jistgħu jinkludu: nefħa allerġika li tista’ taffettwa l-wiċċ, ix- xofftejn, l-ilsien jew il-gerżuma.


    • Bronkospażmu (rari, jista’ jaffettwa sa tarbija waħda minn kull 1,000). Dan jista’ jidher bħala tħarħir, sogħla jew diffikultà fit-teħid tan-nifs.


    • Uġigħ qawwi fl-istonku, rimettar persistenti, demm mal-ippurgar, żaqq minfuħa u/jew deni għoli. Dawn jistgħu jkunu sintomi ta’ effett sekondarju rari ħafna (jista’ jaffettwa sa tarbija waħda minn kull 10,000), iżda serju, imsejjaħ intussuxxezzjoni (sadda fil-musrana fejn parti mill-musrana tintewa f’parti oħra).


      L-effetti sekondarji l-oħra li ġejjin li ġew irrappurtati bl-użu ta’ RotaTeq kienu:


      • Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn tarbija waħda minn kull 10): deni, dijarea, rimettar


      • Komuni (jistgħu jaffettwaw sa tarbija waħda minn kull 10): infezzjonijiet fin-naħa ta’ fuq tal- apparat tan-nifs


      • Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa tarbija waħda minn kull 100): uġigħ fl-istonku (ara wkoll hawn fuq għal sinjali ta’ effett sekondarju rari ta’ intussuxxezzjoni), imnieħer inixxi, u griżmejn juġgħu, infezzjoni fil-widnejn, raxx, demm mal-ippurgar


      • Rari (jistgħu jaffettwaw sa tarbija waħda minn kull 1,000): ħorriqija


      • Mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima tal-frekwenza mid-data disponibbli): irritabilità

      Fi trabi li twieldu ħafna qabel iż-żmien (fi jew qabel 28 ġimgħa ta’ tqala) jista’ jkun hemm perjodu tażmien itwal min-normal għat-teħid tan-nifs 2-3 ijiem wara t-tilqima.


      Staqsi lit-tabib/professjonist fil-kura tas-saħħa jekk trid iktar informazzjoni dwar l-effetti sekondarji taRotaTeq.


      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      image

      Jekk ibnek/bintek ikollhom xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti

      sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’

      din il-mediċina.


  3. Kif taħżen RotaTeq


    Żomm din it-tilqima fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Aħżen u ġorr f’temperatura ta’ friġġ (2 °C sa 8 °C). Żomm it-tubu tad-doża fil-kartuna ta’ barra sabiex tilqa’ mid-dawl.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li mgħadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  4. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X'fih RotaTeq

Is-sustanzi attivi f’RotaTeq huma 5 razez ta’ human-bovine reassortant rotavirus: G1 2.2 x 106 Unitajiet tal-Infezzjoni

G2 2.8 x 106 Unitajiet tal-Infezzjoni

G3 2.2 x 106 Unitajiet tal-Infezzjoni

G4 2.0 x 106 Unitajiet tal-Infezzjoni

P1A[8] 2.3 x 106 Unitajiet tal-Infezzjoni


Is-sustanzi l-oħra f’RotaTeq huma: sucrose, sodium citrate, sodium dihydrogen phosphate monohydrate, sodium hydroxide, polysorbate 80, mezzi tal-kultura (li fihom imluħa mhux organiċi, aċidi amminiċi u vitamini), u ilma ppurifikat.


Kif jidher RotaTeq u l-kontenut tal-pakkett


Soluzzjoni orali


Din it-tilqima tinsab f'tubu ta' doża waħda u hija likwidu trasparenti isfar ċar li jista' jkollu sfumatura roża.


RotaTeq huwa disponibbli f'pakkett ta' 1, 10 tubi tad-dożaġġ. Jista' jkun li mhux il-pakketti tad- daqsijiet kollha jkunu fis-suq.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq: Merck Sharp & Dohme B.V., Waarderweg 39, 2031 BN Haarlem, L-Olanda.

Manifattur Responsabbli għall-Ħruġ tal-Lott: Merck Sharp and Dohme, B.V., Waarderweg 39, 2031 BN, Haarlem, L-Olanda


Għal kull tagħrif dwar dan il-prodott mediċinali, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad- Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq.


België/Belgique/Belgien

MSD Belgium

Tél/Tel: +32(0)27766211

dpoc_belux@merck.com

Lietuva

UAB Merck Sharp & Dohme Tel.: +370.5.2780.247

msd_lietuva@merck.com


България

Мерк Шарп и Доум България ЕООД, тел.: + 359 2 819 3737

info-msdbg@merck.com

Luxembourg/Luxemburg

MSD Belgium

Tél/Tel: +32(0)27766211

dpoc_belux@merck.com


Česká republika

Merck Sharp & Dohme s.r.o. Tel.: +420 233 010 111

dpoc_czechslovak@merck.com

Magyarország

MSD Pharma Hungary Kft. Tel.: + 36.1.888.5300

hungary_msd@merck.com


Danmark

MSD Danmark ApS Tlf: + 45 4482 4000

dkmail@merck.com

Malta

Merck Sharp & Dohme Cyprus Limited. Tel: 8007 4433 (+356 99917558)

malta_info@merck.com


Deutschland

MSD Sharp & Dohme GmbH

Tel: 0800 673 673 673 (+49 (0) 89 4561 0)

e-mail@msd.de

Nederland

Merck Sharp & Dohme B.V.

Tel: 0800 9999000

(+31 23 5153153)

medicalinfo.nl@merck.com


Eesti

Merck Sharp & Dohme OÜ Tel.: +372 6144 200

msdeesti@merck.com

Norge

MSD (Norge) AS Tlf: +47 32 20 73 00

msdnorge@msd.no


Ελλάδα

MSD Α.Φ.Β.Ε.Ε.

Τηλ: +30 210 98 97 300

dpoc_greece@merck.com

Österreich

Merck Sharp & Dohme Ges.m.b.H.

Tel: +43 (0) 1 26 044

msd-medizin@merck.com


España

Merck Sharp & Dohme de España, S.A. Tel: +34 91 321 06 00

msd_info@merck.com

Polska

MSD Polska Sp. z o.o. Tel.: +48.22.549.51.00

msdpolska@merck.com


France

MSD France

Tél: +33 (0)1 80 46 40 40

Portugal

Merck Sharp & Dohme, Lda Tel: +351 21 4465700

inform_pt@merck.com

Hrvatska

Merck Sharp & Dohme d.o.o. Tel: +385 1 66 11 333

croatia_info@merck.com

România

Merck Sharp & Dohme Romania S.R.L Tel: + 4021 529 29 00

msdromania@merck.com


Ireland

Merck Sharp & Dohme Ireland (Human Health) Limited

Tel: +353 (0)1 2998700

medinfo_ireland@merck.com

Slovenija

Merck Sharp & Dohme, inovativna zdravila d.o.o.

Tel: +386.1.520.4201

msd.slovenia@merck.com


Ísland

Vistor hf.

Sími: + 354 535 7000

Slovenská republika

Merck Sharp & Dohme, s. r. o Tel: +421 2 58282010

dpoc_czechslovak@merck.com


Italia

MSD Italia S.r.l.

Tel: +39 06 361911

medicalinformation.it@merck.com

Suomi/Finland

MSD Finland Oy

Puh/Tel: +358 (0)9 804 650

info@msd.fi


Κύπρος

Merck Sharp & Dohme Cyprus Limited Τηλ: 800 00 673 (+357 22866700)

cyprus_info@merck.com

Sverige

Merck Sharp & Dohme (Sweden) AB Tel: +46 77 5700488

medicinskinfo@merck.com


Latvija

SIA Merck Sharp & Dohme Latvija Tel: +371.67364.224

msd_lv@merck.com

United Kingdom (Northern Ireland)

Merck Sharp & Dohme Ireland (Human Health) Limited

Tel: +353 (0)1 2998700

medinfoNI@msd.com


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f':

image

.


---------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti tal-kura tas-saħħa:


image

Istruzzjonijiet


Biex tagħti t-tilqima:



Ċarrat il-borża ta' protezzjoni u neħħi t-tubu tad-dożaġġ.



Neħħi l-fluwidu mit-tarf tal-għoti billi żżomm it-tubu vertikalment u taptap fuq l-għatu li jinfetaħ billi ddawru.


Iftaħ it-tubu tad-dożaġġ b'żewġ movimenti faċli:


1. Taqqab it-tarf tal-għoti billi tissikka l-għatu lejn il-lemin sakemm dan jissikka.


2. Neħħi l-għatu billi ddawru lejn ix-xellug.


Agħti d-doża billi tagħfas bil-mod il-likwidu fil-ħalq tat-tifel/tifla lejn il- ħaddejn interni sakemm it-tubu tad-dożaġġ jitbattal. (Tista' tibqa' qatra fit- tarf tat-tubu.)

Armi t-tubu vojt u l-għatu f'reċipjenti tal-iskart bijoloġiku approvati skont ir- regolamenti lokali.


image

Kull fdal tal-prodott li ma jiġix użat jew skart li jibqa' wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.


Ara wkoll sezzjoni 3. Kif għandek tuża RotaTeq.