Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Easotic
hydrocortisone aceponate, miconazole nitrate, gentamicin sulfate


B. FULJETT TA' TAGĦRIF FIL-PAKKETT

FULJETT TATAGĦRIF

Easotic suspensjoni ta’ qtar fil-widnejn għal klieb


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAS-SID TAL-AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊ, U L- ISEM U L-INDIRIZZ TAS-SID TAL-AWTORIZZAZZJONI TAL-MANIFATTURA RESPONSABBLI LI JĦALLI L-KONSENJA TMUR FIS-SUQ, JEKK DIFFERENTI


    Detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-manifattur responsabbli għall-ħrug tal-lott: VIRBAC

    1ère avenue 2065 m LID

    06516 Carros FRANZA


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    Easotic suspensjoni ta’ qtar fil-widnejn għall-klieb


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZI ATTIVI U INGREDJENTI OĦRA


    Idrokortiżon aċeponat 1.11 mg/ml

    Mikonażol bħala nitrat 15.1 mg/ml

    Gentamiċina bħala sulfat 1,505 IU/ml


  4. INDIKAZZJONIJIET


    Il-kura ta’ otite akuta esterna, u otite rikurrenti esterna li tkun marret għal agħar, assoċjata ma’ batterja suxxettibbli għal ġentamiċina u fungi suxxettibbli għal mikonażol speċjalment Malasseżija pakidermatite .


  5. KONTRAINDIKAZZJONIJIET


    Tużax f'każijiet ta' sensittività eċċessiva għal sustanza attiva jew sustanzi mhux attivi, għal kortikosterojdi, għal aġenti oħra antifungali ażoli u għal aminoglikosidi oħra.

    Tużax jekk it-tanbur tal-widna hu mtaqqab.

    Tużax flimkien ma’ sustanzi li huma magħrufa li jikkawżaw ototossiċità.


  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    Ħmura ħafifa għal moderata tal-widna kienet komuni (2.4% ta’ klieb ikkurati). Papuli kienu osservati mhux komunement (f’inqas minn 1% tal-klieb ikkurati). Fil-każi kollha, il-kura bil-prodott mediċinali veterinarju ma waqfitx u l-klieb kollha rkupraw mingħajr ebda terapija speċifika.

    F’każijiet rari ħafna, l-użu tal-prodott mediċinali veterinarju ġie assoċjat ma’ telf ta’ smigħ (telf ta’ smigħ parzjali jew truxija), l-iktar fi klieb anzjani.

    Fuq bażi ta’ esperjenza tas-sigurtà ta' wara t-tqegħid fis-suq, titjib fis-smigħ ġie osservat fil-biċċa l- kbira tal-klieb bi truxija/telf tas-smigħ u ġie ikkonfermat fejqan komplut f '70% tal-każijiet li kellhom insegwiment adegwat.

    Fost il-klieb b' irkupru sħiħ, it-titjib deher aktar malajr. L-irkupru ġie osservat sa minn ġimgħa wara l-

    bidu tas-sinjali, bil-maġġoranza tal-klieb jirkupraw fi żmien xahar; f 'minoranza ta' rapporti, it-truxija damet sa xahrejn.

    Jekk isseħħ truxija jew telf ta’ smigħ parzjali, il-kura għandha tieqaf. Ara t-taqsima 4.5 tal-SPC. F’każijiet rari ħafna, ġew osservati reazzjonijiet Ipersensittivi tat-Tip-I (nefħa fil-wiċċ, ħakk allerġiku). Jekk jiġri dan, il-kura għandha tieqaf.


    Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni:

    • komuni ħafna (aktar minn wieħed f’10 annimali ttrattati li juru effetti mhux mixtieqa)

    • komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’100 annimal ittrattat)

    • mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’1,000 annimal ittrattat)

    • rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’10,000 annimal ittrattat)

    • rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f’10,000 annimal ittrattat, inklużi rapporti iżolati).


    Jekk tinnota xi effetti kollaterali serji jew effetti oħra mhux elenkati f’dan il-fuljett tal-pakkett jew jekk

    taħseb li l-mediċina ma ħadmitx, jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek.


  7. SPEĊJI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Klieb


  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊJE, MODI U METODU TA' AMMINISTRAZZJONI


    Użu fil-widna. Millilitru fih 1.11 mg idrokortiżon aċeponat, 15.1 mg mikonażol (bħala nitrat) u 1,505 IU ġentamiċina (bħala sulfat).


    Huwa rakkomandat li l-kanal estern tal-widna jitnaddaf u jkun ixxuttat qabel it-trattament, u xagħar żejjed madwar fejn se jkun trattat għandu jinqata’.


    [Kontenitur ta’ multidożi:]

    Ħawwad il-flixkun sewwa qabel ma tagħti l-ewwel darba, u ara li l-pompa tkun ġibdet billi tagħfasha.

    Id-dożaġġ rrakkomandat hu ta’ 1 ml tal-prodott mediċinali veterinarju f’kull widna nfettata darba

    kuljum għal ħamest ijiem konsekuttivi.


    image

    Daħħal il-kanula atrawmatika fil-kanal tal-widna. Agħti doża waħda (1 ml) tal-prodott fkull widna affettwata. Din id-doża tingħata sewwa battivazzjoni waħda tal-pompa. Il-pompa mingħajr arja tippermetti li jingħata l-prodott hi xinhi l-pożizzjoni tal-flixkun.


    Doża waħda /widna / kull ġurnata għal ħamest ijiem


    ikun xi jkun id-daqs tkun xi tkun il-pożizzjoni


    Il-prodott kif inhu ppreżentat jippermetti l-kura ta’ kelb li jkun qed ibati minn otite bilaterali.


    [Kontenitur ta’ doża waħda:]

    Biex tagħti doża waħda (1 ml) tal-prodott fil-widna affettwata:

    • Oħroġ pipetta waħda mill-kaxxa. Ħawwad il-pipetta sew qabel ma tużaha.

    • Biex tiftaħ: żomm il-pipetta wieqfa u aqsam il-biċċa ta’ fuq tal-kanula

    • Daħħal il-kanula atrawmatika fil-kanal tal-widna. Agħfas bil-mod imma b’mod sod fin-nofs tal- korp tal-pipetta.


  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B'MOD KORRETT


    Wara l-għoti, il-bażi tal-widna għandha mnejn tkun immassaġġjata għal ftit ħin u b’mod ġentili biex tħalli l-preparazzjoni tippenetra l-parti t’isfel tal-kanal tal-widna.

    Il-prodott mediċinali veterinarju għandu jintuża f’temperatura tal-kamra (i.e. tinstillax prodott kiesaħ).


  10. PERIJODU(I) TA' TIŻMIM


    Mhux applikabbli


  11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA


    Żomm fejn ma jintlaħaqx u ma jidhirx mit-tfal.

    Taħżnux ftemperatura ogħla minn 25°C.

    Tużax dan il-prodott veterinarju wara d-data tal-iskadenza fuq it-tikketta.

    Żmien li l-prodott jibqatajjeb wara li jkun tneħħa mill-ewwel ippakkjar : 10 ijiem.


  12. TWISSIJIET SPEĊJALI


    L-otite batterjali u fungali spiss hi sekondarja fin-natura u għandu jintuża dijanjosi adegwata biex jiġu

    ddeterminati il-fatturi primarji involuti.

    Jekk ikun hemm sensittività eċċessiva għal kwalunkwe komponiment, il-kura għandha titwaqqaf u tinbeda terapija adegwata.

    L-użu ta’ prodott mediċinali veterinarju għandu jkun ibbażat fuq l-identifikazzjoni ta’ organiżmi li jinfettaw u l-ittestjar għas-suxxettibilità u jieħu nkonsiderazzjoni l-policies uffiċjali u lokali antimikrobjali

    L-użu ta’ prodott mediċinali veterinarju li jiddevja mill-istruzzjonijiet mogħtija fis-Sommarju tal- Karatteristiċi tal-Prodott għandhom mnejn iżidu il-prevalenza ta’ batterja u fungi li huma reżistenti

    għal gentamiċina u mikonażol rispettivament u għandhom mnejn inaqqsu l-effettività tal-kura permezz ta’ aminoglikosidi u aġenti antifungali ażoli, minħabba l-potenzjal ta’ reżistenza inkroċjata.

    F’każ ta’ otite parasitika, għandha tingħata kura akariċidjali adegwata.

    Ġentamiċina hi magħrufa li hi assoċjata ma’ ototossiċità meta tingħata permezz ta’ mod sistemiku

    f’dożi ogħla minn dożi terapewtiċi.


    Attenzjoni speċjali għandha tingħata mill-persuna li tagħti l-prodott veterinarju mediku lill-annimali F’każ ta’ kuntatt aċċidentali mal-ġilda, hu rrakkomandat li taħsel sewwa bl-ilma.

    Evita kuntatt mal-għajnejn. F’każ ta’ kuntatt aċċidentali laħlaħ bħafna ilma. F’każ ta’ irritazzjoni tal-

    għajnejn, fittex tabib.

    Jekk tibilgħu b’mod aċċidentali, fittex parir mediku mill-ewwel u qis li turi l-fuljett ta' informazzjoni li

    jkun fih ġewwa jew it-tikketta lit-tabib.


    Tqala u treddigħ

    Is-sigurtà tal-prodott mediċinali veterinarju ma ġietx stabbilita waqt it-tqala u fi żmien il-ħalib. Assorbiment sistematiku ta’ idrokortiżon aċeponat , ġentamiċina sulfat u mikonażol nitrat kienu negliġibbli, mhux probabbli li jkun hemm ħsara fit-tqala, ħsara lil fetu jew ħsara lil omm bid-dożaġġ rrakkomandat fil-klieb.

    Uża biss skont kif il-veterinarju responsabbli jqis il-benefiċċju/riskju tal-prodott.

    Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħrajn u forom oħrajn ta’ intgerazzjoni: Il-kompattibilità ma’ prodotti oħra li jnaddfu l-widnejn ma ġietx murija.


    Doża eċċessiva (sintomi, proċeduri ta’ emerġenza, antidoti)

    Meta d-doża rrakkomandata ngħatat tliet darbiet u ħames darbiet, ma ġiet osservata l-ebda reazzjoni avversa lokali jew ġenerali barra minn xi klieb li wrew eritema u papuli fil-kanal tal-widna.


    Fil-każ taklieb li kienu kkurati bdoża terapewtika għal għaxart ijiem konsekuttivi, il-livelli tal- kortiżol tas-serum naqsu minn ħamest ijiem ’l quddiem u ġew lura għal valuri normali fi żmien għaxart ijiem wara t-tmiem tat-trattament. Imma, il-livelli tar-rispons tal-kortiżol fis-serum wara l-

    istimulazzjoni ACTH baqgħet fil-firxa normali matul il-perijodu estiż tat-trattament, li jindika funzjoni

    adrenali preżervata.


  13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA' PRODOTT MHUX UŻATA JEW

    MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Saqsi lil veterinarju tiegħek dwar kif l-aħjar li tarmi l-mediċini li ma jkunux aktar meħtieġa minnek.

    Dawn il-miżuri għandhom jgħinu sabiex jipproteġu l-ambjent.


  14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT INFORMATTIV FIL- PAKKETT


    Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott tinstab fuq il-websajt tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini ()


  15. TAGĦRIF IEĦOR


Il-prodott mediċinali veterinarju hu taħlita fissa ta’ tliet sustanzi attivi: kortikosterojdi, antifungali u antibijotiku.


Għal kull tagħrif dwar dan il-prodott mediċinali veterinarju, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-

rappreżentant lokali tas-sid tal-awtorizzazzjoni:


België/Belgique/Belgien

VIRBAC BELGIUM NV

Esperantolaan 4

BE-3001 Leuven

Tél/Tel : +32-(0)16 387 260

Lietuva

VIRBAC

1ère avenue 2065 m LID FR-06516 Carros

Prancūzija

Tel: +33-(0)4 92 08 73 00


Република България

VIRBAC

1ère avenue 2065 m LID

FR-06516 Carros

Франция

Teл: +33-(0)4 92 08 73 00

Luxembourg/Luxemburg

VIRBAC BELGIUM NV

Esperantolaan 4 BE-3001 Leuven Belgique / Belgien

Tél/Tel: +32-(0)16 387 260

Česká republika

VIRBAC

1ère avenue 2065 m LID

FR-06516 Carros Francie

Tel: +33-(0)4 92 08 73 00

Magyarország

VIRBAC HUNGARY KFT

Szent Istvàn krt.11.II/21. HU-1055 Budapest

Tel: +36703387177


Danmark

VIRBAC Danmark A/S

Profilvej 1

DK-6000 Kolding

Tlf: +45 75521244

Malta

VIRBAC

1ère avenue 2065 m LID

FR-06516 Carros Franza

Tel: + 33-(0)4 92 08 73 00


Deutschland

VIRBAC Tierarzneimittel GmbH Rögen 20

DE-23843 Bad Oldesloe Tel: +49-(4531) 805 111

Nederland

VIRBAC Nederland BV Hermesweg 15

NL-3771 ND-Barneveld Tel : +31-(0)342 427 127


Eesti

VIRBAC

1ère avenue 2065 m LID FR-06516 Carros

Prantsusmaa

Tel: +33-(0)4 92 08 73 00

Norge

VIRBAC Danmark A/S Profilvej 1

DK-6000 Kolding

Danmark

Tel: + 45 75521244


Ελλάδα

VIRBAC HELLAS Α.Ε.

13o χλμ Ε.Ο. Αθηνών - Λαμίας

EL-14452, Μεταμόρφωση Τηλ: +30 2106219520

Österreich

VIRBAC Österreich GmbH

Hildebrandgasse 27 A-1180 Wien

Tel: +43-(0)1 21 834 260


España

VIRBAC ESPAÑA SA

Angel Guimerá 179-181

ES-08950 Esplugues de Llobregat (Barcelona) Tel. : + 34-(0)93 470 79 40

Polska

VIRBAC Sp. z o.o.

ul. Puławska 314

PL 02-819 Warszawa

Tel.: + 48 22 855 40 46


France

VIRBAC France 13e rue LID

FR-06517 Carros

Tél : +33 805 05 55 55

Portugal

VIRBAC de Portugal Laboratórios LDA R.do Centro Empresarial

Ed13-Piso 1- Esc.3 Quinta da Beloura PT-2710-693 Sintra

Tel: + 351 219 245 020


Hrvatska

VIRBAC

1ère avenue 2065 m LID

FR-06516 Carros

Francuska

Tel: + 33-(0)4 92 08 73 00

România

VIRBAC

1ère avenue 2065 m LID

FR-06516 Carros

Franţa

Tel: + 33-(0)4 92 08 73 00

Ireland

VIRBAC

1ère avenue 2065m LID FR-06516 Carros

France

Tel: + 33-(0)4 92 08 73 00

Slovenija

VIRBAC

1ère avenue 2065 m LID

FR-06516 Carros Francija

Tel : + 33-(0)4 92 08 73 00


Ísland

VIRBAC

1ère avenue 2065 m LID FR-06516 Carros

Frakkland

Sími: + 33-(0)4 92 08 73 00

Slovenská republika

VIRBAC

1ère avenue 2065 m LID

FR-06516 Carros Francúzsko

Tel: + 33-(0)4 92 08 73 00


Italia

VIRBAC SRL

Via Ettore Bugatti, 15 IT-20142 Milano

Tel: + 39 02 40 92 47 1

Suomi/Finland

VIRBAC

1ère avenue 2065 m LID

FR-06516 Carros

Puh/Tel : + 33-(0)4 92 08 73 00


Κύπρος

VIRBAC HELLAS Α.Ε.

13o χλμ Ε.Ο. Αθηνών - Λαμίας

EL-14452, Μεταμόρφωση

Τηλ.: +30 2106219520

Sverige

VIRBAC Danmark A/S Filial Sverige

c/o Incognito AB Box 1027

SE-171 21 Solna

Tel: +45 75521244


Latvija

VIRBAC

1ère avenue 2065 m LID FR-06516 Carros

Francjia

Tel: +33-(0)4 92 08 73 00

United Kingdom (Northern Ireland)

VIRBAC

1ère avenue 2065m LID FR-06516 Carros France

Tel: + 33-(0)4 92 08 73 00