Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Capecitabine Accord
capecitabine

FULJETT TA’ TAGĦRIF: INFORMAZZJONI GĦALL-UTENT


Capecitabine Accord 150 mg pilloli miksijin b’rita Capecitabine Accord 300 mg pilloli miksijin b’rita Capecitabine Accord 500 mg pilloli miksijin b’rita capecitabine


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina għax fih informazzjoni importanti għalik.


Rappurtar tal-effetti sekondarji

image

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  1. Kif taħżen Capecitabine Accord


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u l-folja wara JIS.


    Għall-aluminju-folji tal-aluminju

    Din il-mediċina m’għandhiex bżonn l-ebda kundizzjoni speċjali sabiex jinħażen.


    Għall-folji tal-PVC/PVdC-aluminju (doża ta’ unità perforata) Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif

    għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  2. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


X’fih Capecitabine Accord


Is-sustanza attiva hi capecitabine.

Kull pillola miksija b’rita fiha 150 mg ta’ capecitabine Kull pillola miksija b’rita fiha 300 mg ta’ capecitabine

Kull pillola miksija b’rita fiha 500 mg ta’ capecitabine


Is-sustanzi mhux attivi l-oħra huma:

Qalba tal-pillola: anhydrous lactose, croscarmellose sodium, hypromellose,microcrystalline cellulose, magnesium stearate.

Kisja tal-pillola (għal 150 mg): Hypromellose, titanium dioxide (E171), yellow ironoxide, red iron oxide (E172), talc

Kisja tal-pillola (għal 300 mg): Hypromellose, titanium dioxide (E171), talc

Kisja tal-pillola (għal 500 mg): Hypromellose, titanium dioxide (E171), yellow ironoxide, red iron oxide (E172), talc


Kif jidher Capecitabine Accord u l-kontenut tal-pakkett


Capecitabine Accord 150 mg pilloli miksijin b’rita huma pilloli ta’ lewn isfar fl-aħmar ċar, ta’ forma oblunga, bikonvessi, miksijin b’rita, b’tul ta’ 11.4 mm u wisa’ ta’ 5.3 mm, imnaqqxa bin-numru ‘150’ fuq naħa u lixxi fuq in-naħa l-oħra.


Capecitabine Accord 300 mg pilloli miksijin b’rita huma pilloli bojod għal offwajt, ta’ forma oblunga, bikonvessi, miksijin b’rita, b’tul ta’ 14.6 mm u wisa’ ta’ 6.7 mm, imnaqqxa bin-numru ‘300’ fuq naħa u lixxi fuq in-naħa l-oħra.


Capecitabine Accord 500 mg pilloli miksijin b’rita huma pilloli ta’ lewn aħmar fl-isfar, ta’ forma oblunga, bikonvessi, miksijin b’rita, b’tul ta’ 15.9 mm u wisa’ ta’ 8.4 mm, imnaqqxa bin-numru ‘500’ fuq naħa u lixxi fuq in-naħa l-oħra.


Capecitabine Accord jiġi f’pakketti bil-folji li fihom 30, 60 jew 120 pillola miksija b’rita jew f’pakketti bil-folji ta’ doża waħda perforati li fihom 30 x 1, 60 x 1 jew 120 x 1 pillola miksija b’rita.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Accord Healthcare S.L.U.

World Trade Center, Moll de Barcelona, s/n, Edifici Est 6ª planta,

08039 Barcelona,

Spanja


image

Manifattur

Accord Healthcare Polska Sp.z o.o.,

ul. Lutomierska 50,95-200 Pabianice, Il-Polonja


Accord Healthcare B.V., Winthontlaan 200,

3526 KV Utrecht, L-Olanda


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’


Informazzjoni ddettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini