Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Orencia
abatacept

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

ORENCIA 250 mg trab għall-konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

abatacept


Aqra l-fuljett ta’ tagħrif kollu bir-reqqa qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


F’dan il-fuljett

  1. X’inhu ORENCIA u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu ORENCIA

  3. Kif għandek tuża ORENCIA

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen ORENCIA

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu ORENCIA u għalxiex jintuża


    ORENCIA fih is-sustanza attiva abatacept, proteina magħmula f’kulturi ta’ ċelloli. ORENCIA jnaqqas l-attakk tas-sistema immuni fuq it-tessut normali billi jinterferixxi maċ-ċelloli immuni (imsejħin limfoċiti T) li jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-artrite tar-rewmatiżmu. ORENCIA jimmodula b’mod selettiv l-attivazzjoni ta’ ċelluli T involuti fir-rispons infjammatorju tas-sistemi immuni.


    ORENCIA jintuża biex jikkura l-artrite rewmatojde u l-artrite psorjatika fl-adulti u wkoll artrite idjopatika ġovanili poliartikulari fit-tfal ta’ età ta’ 6 snin u ikbar.


    Artrite Rewmatojde

    Artrite tar-rewmatiżmu hija marda progressiva sistematika u fit-tul li, jekk ma tiġix ittrattata, tista’ twassal għal konsegwenzi serji, bħall-qerda tal-ġogi, żieda fid-disabilità u diffikultà biex twettaq l- attivitajiet ta’ kuljum. F’nies b’artrite tar-rewmatiżmu, is-sistema immuni tal-ġisem stess tattakka t- tessuti normali tal-ġisem, u dan iwassal għal uġigħ u nefħa tal-ġogi. Dan jista’ jikkawża ħsara fil-ġogi. L-artrite rewmatojde (RA) taffettwa lil kulħadd b’mod differenti. Fil-maġġoranza tal-persuni, is- sintomi tal-ġogi jiżviluppaw gradwalment fuq diversi snin. Madankollu, f’xi wħud, l-RA tista’ tipprogressa malajr u f’oħrajn l-RA tista’ tiżviluppa għal perjodu limitat u mbagħad tidħol f’perjodu ta’ remissjoni. L-RA hija ġeneralment marda progressiva kronika (perjodu ta’ żmien twil). Dan ifisser, li anke jekk tkun qiegħed fuq il-kura, kemm jekk għadu jkollok s-sintomi u sew jekk le, RA tista’ tkun għadha qed tagħmillek il-ħsara fil-ġogi. Billi jinstab il-pjan ta’ kura tajjeb għalik, inti tista’ tnaqqas il- proċess ta’ din il-marda, li jista’ jgħinek tnaqqas il-ħsara fil-ġogi fit-tul, kif ukoll uġigħ u għeja u ttejjeb il-kwalità tal-ħajja globali tiegħek.


    ORENCIA jintuża biex jikkura artrite rewmatojde attiva moderata sa severa meta ma tirrispondix tajjeb biżżejjed għal kura b’mediċini oħra li jimmodifikaw il-marda jew bi grupp ieħor ta’ mediċini msejħa “imblokkaturi tal-fattur tan-nekrożi tat-tumur (TNF)”. Jintuża flimkien ma’ mediċina msejħa methotrexate.

    ORENCIA jista’ jintuża wkoll ma’ methotrexate sabiex jikkura artrite rewmatojde attiva ħafna u progressiva mingħajr kura preċedenti ta’ methotrexate.


    Artrite Psorjatika

    L-artrite psorjatika hija marda infjammatorja tal-ġogi, li normalment tkun akkumpanjata mill-psorjasi, marda infjammatorja tal-ġilda. Jekk għandek artrite psorjatika attiva, l-ewwel se tingħata mediċini oħrajn. Jekk int ma tirrispondix tajjeb biżżejjed għal dawn il-mediċini, int tista’ tingħata ORENCIA biex:

    • Tnaqqas is-sinjali u s-sintomi tal-marda tiegħek.

    • Il-ħsara fuq l-għadam u l-ġogi tiegħek iddum iktar biex isseħħ.

    • Ittejjeb il-funzjoni fiżika tiegħek u l-abbiltà tiegħek biex tagħmel attivitajiet normali ta’ kuljum. ORENCIA jintuża biex jikkura artrite psorjatika waħdu jew f’kombinament ma’ methotrexate.


      Artrite Idjopatika Ġovanili Poliartikulari

      L-artrite idjopatika ġovanili poliartikulari hi marda infjammatorja fit-tul li taffettwa ġog wieħed jew aktar fit-tfal u fl-adolexxenti.

      ORENCIA trab għal konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni jintuża fit-tfal u fl-adolexxenti ta’ bejn is-6 u s-17-il sena meta mediċina preċedenti li timmodifika l-marda ma tkunx ħadmet tajjeb biżżejjed jew mhijiex adattata għalihom. ORENCIA normalment jintuża flimkien ma' methotrexate, għalkemm ORENCIA jista' wkoll jintuża waħdu fil-każ ta' intolleranza għal methotrexate jew jekk il-kura b'methotrexate ma tkunx xierqa.


      ORENCIA jintuża biex:

      • il-ħsara fuq il-ġogi ddum iktar biex isseħħ

      • itejjeb il-funzjoni fiżika

      • itejjeb sinjali u sintomi oħra ta’ artrite idjopatika ġovanili poliartikulari


  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu ORENCIA Tiħux ORENCIA

    • jekk inti allerġiku għal abatacept jew għal xi ingredjenti oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla f’taqsima 6).

    • jekk għandek infezzjoni serja jew mhux ikkontrollata, m’għandekx tibda l-kura

      b’ORENCIA. Jekk ikollok infezzjoni, dan jista’ jpoġġik f’riskju ta’ effetti sekondarji serji ta’ ORENCIA.


      Twissijiet u prekawzjonijiet

      Kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek:

    • jekk tesperjenza reazzjonijiet allerġiċi bħal tagħfis fis-sider, tħarħir, sturdamenti qawwija jew sturdamenti oħra, nefħa jew raxx tal-ġilda avża lit-tabib tiegħek minnufih.

    • jekk għandek kwalunkwe tip ta’ infezzjoni, inkluż infezzjoni fit-tul jew lokalizzata, jekk tieħu infezzjonijiet ta’ spiss jew jekk għandek xi sintomu ta’ infezzjoni (eż. deni, telqa, problemi dentali), huwa importanti li tgħid lit-tabib tiegħek. ORENCIA jista’ jbaxxi l- abbiltà ta’ ġismek li jiġġieled kontra infezzjoni u t-trattament jista’ jagħmlek iktar probabbli li tieħu infezzjoni jew jiggrava xi infezzjoni li diġà għandek.

    • jekk kellek it-tuberkolożi (TB) jew jekk għandek sintomi ta’ tuberkolożi (sogħla persistenti,

      telf fil-piż, nuqqas ta’ konċentrazzjoni, deni ħafif) avża lit-tabib tiegħek. Qabel ma tingħata ORENCIA, it-tabib tiegħek jeżaminak għat-tuberkolożi jew jagħmillek test tal-ġilda.

    • jekk għandek epatite virali avża lit-tabib tiegħek. Qabel ma tingħata ORENCIA, it-tabib tiegħek jista’ jeżaminak għall-epatite.

    • jekk għandek kanċer, it-tabib tiegħek se jiddeċiedi jekk tistax tibqa’ tingħata ORENCIA xorta waħda.

    • jekk tlaqqamt reċentament jew jekk qed tippjana li titlaqqam, għid lit-tabib tiegħek. Xi

      tilqim m’għandux jingħata lilek waqt li tkun qed tirċievi ORENCIA. Ikkonsulta mat-tabib tiegħek qabel tingħata xi tilqima. Ċertu tilqim jista’ jikkawża infezzjonijiet mill-vaċċin. Jekk ingħatajt ORENCIA waqt li kont tqila, it-tarbija tiegħek tista’ tkun f’riskju ikbar li taqbadha din l-infezzjoni għal sa madwar 14-il ġimgħa wara l-aħħar doża li ngħatajt waqt it-tqala. Huwa importanti li tgħid lit-tobba u lil professjonisti oħrajn fil-kura tat-tarbija tiegħek dwar l-użu ta’ ORENCIA waqt it-tqala tiegħek biex b’hekk ikunu jistgħu jiddeċiedu meta t-tarbija tiegħek għandha tirċievi xi vaċċin.

    • jekk qed tuża monitor tal-glucose fid-demm biex tiċċekkja l-livelli tal-glucose fid-demm.

      ORENCIA fih maltose, li huwa tip ta’ zokkor li jista’, b’mod falz, jagħti qari ta’ livell għoli ta’ glucose fid-demm b’ċerti tipi ta’ monitors tal-glucose fid-demm. It-tabib tiegħek jista’ jirrikmanda metodu differenti għall-monitoraġġ tal-livelli ta’ glucose fid-demm tiegħek.

      It-tabib tiegħek jista’ jagħmel ukoll xi testijiet biex jeżamina l-valuri tad-demm tiegħek.


      Tfal u adolexxenti

      ORENCIA trab għal konċentrat għal soluzzjoni għal infużjoni ma ġiex studjat fi tfal u adolexxenti taħt is-6 snin, għalhekk ORENCIA trab għal konċentrat għal infużjoni m’huwiex rakkomandat biex jintuża f’din il-popolazzjoni ta’ pazjenti.

      ORENCIA soluzzjoni għall-injezzjoni ġo siringa mimlija għal-lest huwa disponibbli għal għoti taħt il-

      ġilda għal pazjenti pedjatriċi ta' età ta' sentejn u ikbar.


      Mediċini oħra u ORENCIA

      Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu, dan l-aħħar ħadt jew stajt ħadt xi mediċina oħra.

      ORENCIA m’għandux jintuża flimkien ma’ mediċini bijoloġiċi għall-artrite tar-rewmatiżmu inkluż aġenti li jimblokkaw it-TNF bħal adalimumab, etanercept, u infliximab; m’hemmx biżżejjed evidenza biex jiġi rakkomandat li jingħata ma’ anakinra u rituximab.


      ORENCIA jista’ jiġi rċevut ma’ mediċini oħra li jintużaw b’mod komuni fil-kura ta’ artrite tar- rewmatiżmu, bħal sterojdi jew mediċini għal kontra l-uġigħ, inkluż anti-infjammatorji li mhumiex sterojdi bħalma huma ibuprofen jew diclofenac.

      Staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek għal parir qabel tibda tieħu xi mediċina oħra meta tkun qed

      tieħu ORENCIA.


      Tqala u treddigħ

      L-effetti ta’ ORENCIA fit-tqala mhumiex magħrufin, għalhekk ma għandekx tingħata ORENCIA jekk inti tqila sakemm ma jkunx it-tabib tiegħek li speċifikament jirrikmandalek li tuża ORENCIA.


    • jekk inti mara li tista’ tinqabad tqila, inti għandek tuża kontraċezzjoni affidabbli (kontroll tat- twelid) waqt li tkun qed tuża ORENCIA u sa 14-il ġimgħa wara l-aħħar doża. It-tabib tiegħek ser jagħtik parir dwar metodi adattati.

    • jekk tinqabad tqila fil-perijodu li tkun qed tuża ORENCIA, għid lit-tabib tiegħek.


      Jekk ingħatajt ORENCIA waqt it-tqala tiegħek, it-tarbija tiegħek jaf tkun f’riskju ikbar li taqbadha infezzjoni. Huwa importanti li tgħid lit-tobba u lill-professjonisti fil-kura tas-saħħa tat-tarbija tiegħek dwar l-użu ta’ ORENCIA waqt it-tqala tiegħek qabel it-tarbija tingħata xi tilqima (għal iktar informazzjoni ara s-sezzjoni dwar it-tilqim).


      Mhux magħruf jekk ORENCIA jgħaddix fil-ħalib tal-bniedem. Għandek twaqqaf it-treddigħ jekk qiegħda tiġi ttrattata b’ORENCIA u sa 14-il ġimgħa wara l-aħħar doża.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni

      L-użu ta’ ORENCIA mhuwiex mistenni li jaffettwa l-ħila biex issuq, tirkeb ir-rota jew tħaddem magni. Madankollu, jekk tħossok għajjien/a jew jekk ma tħossokx tajjeb/tajba wara li tirċievi ORENCIA, m’għandekx issuq, tirkeb ir-rota jew tħaddem magni.


      ORENCIA fih is-sodium

      Din il-mediċina fiha 34.5 mg sodium (komponent ewlieni tal-melħ tat-tisjir) f’doża massima ta’ 4 kunjetti (8.625 mg sodium f’kull kunjett). Dan huwa ekwivalenti għal 1.7 % tat-teħid fid-dieta massimu ta' kuljum rakkomandat ta' sodium għal adult.


  3. Kif għandek tuża ORENCIA


    ORENCIA sejjer jingħata lilek taħt is-superviżjoni ta’ tabib b’esperjenza.

    Doża rakkomandata fl-adulti

    Id-doża rakkomandata ta’ abatacept għal adulti b’artrite rewmatojde jew b’artrite psorjatika hija bbażata fuq il-piż tal-ġisem:


    Il-piż tiegħek

    Doża

    Kunjetti

    Inqas minn 60 kg

    500 mg

    2

    60 kg – 100 kg

    750 mg

    3

    Iktar minn 100 kg

    1,000 mg

    4


    It-tabib tiegħek jagħtik parir fuq kemm għandu jdum it-trattament u x’mediċini oħrajn, inkluż mediċini oħrajn li jimmodifikaw il-marda, jekk hemm, tista’ tibqa’ tieħu waqt li tkun qed tieħu ORENCIA.


    ORENCIA jista' jintuża minn adulti ta' aktar minn 65 sena bl-ebda bidla fid-doża.


    Użu fit-tfal u l-adolexxenti

    Għal tfal u adolexxenti li jkollhom minn 6 snin sa 17-il sena b’artrite idjopatika ġovanili poliartikulari li jiżnu inqas minn 75 kg, id-doża rakkomandata ta’ abatacept ġol-vini hi ta’ 10 mg/kg. Tfal li jiżnu

    75 kg jew iktar għandhom jingħataw ORENCIA trab għal konċentrat għal soluzzjoni għal infużjoni li

    jsegwi l-programm ta’ kors ta’ dożaġġ għall-adulti.


    Kif jingħatalek ORENCIA

    ORENCIA jingħatalek ġol-vina, normalment fi driegħ, fuq perijodu ta’ 30 minuta. Din il-proċedura tissejjaħ infużjoni. Il-professjonisti fil-qasam mediku jimmonitorjawk waqt li tirċievi ORENCIA b’infużjoni.

    ORENCIA huwa fornut bħala trab għal soluzzjoni għall-infużjoni. Dan ifisser li qabel ma ORENCIA jingħatalek, l-ewwel jiddewweb fl-ilma għall-injezzjonijiet, imbagħad jiġi dilwit iktar b’sodium chloride 9 mg/mL (0.9%) soluzzjoni għall-injezzjoni.


    Kemm-il darba jingħatalek ORENCIA

    ORENCIA għandu jingħatalek mill-ġdid, ġimagħtejn u mbagħad 4 ġimgħat wara l-ewwel infużjoni. Wara, tirċievi doża kull 4 ġimgħat. It-tabib tiegħek jagħtik parir fuq kemm għandu jdum it-trattament u x’mediċini oħrajn tista’ tibqa’ tieħu waqt li tkun qed tieħu ORENCIA.


    Jekk tieħu ORENCIA aktar milli suppost

    Jekk dan iseħħ, it-tabib tiegħek jimmonitorjak għal kwalunkwe sinjal jew sintomu ta’ effetti sekondarji, u jittratta dawn is-sintomi jekk ikun hemm bżonn.


    Jekk tinsa tieħu ORENCIA

    Jekk ma tiħux ORENCIA meta suppost tagħmel dan, staqsi lit-tabib tiegħek meta għandek tieħu d- doża li jmiss.


    Jekk tieqaf tuża ORENCIA

    Id-deċiżjoni li tieqaf tuża ORENCIA għandha tiġi diskussa mat-tabib tiegħek.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill- infermier tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

    L-aktar effetti sekondarji komuni b’ORENCIA huma infezzjonijiet fil-parti ta’ fuq tal-passaġġ tal-arja (li jinkludu infezzjonijiet tal-imnieħer u tal-griżmejn), uġigħ ta’ ras u nawsja, kif elenkati hawn taħt. ORENCIA jista’ jikkawża effetti sekondarji serji, li jistgħu jkunu jeħtieġu trattament.

    Effetti sekondarji serji li jista’ jkollu jinkludu infezzjonijiet serji, reazzjonijiet malinni (kanċer) u allerġiċi, kif elenkat hawn taħt.


    Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk tinnota xi sintomu minn dawn li ġejjin:

    • raxx qawwi, ħorriqija jew sinjali oħra ta’ reazzjoni allerġika

    • nefħa fil-wiċċ, idejn jew saqajn

    • problemi biex tieħu n-nifs jew biex tibla’

    • deni, sogħla persistenti, telf ta’ piż, nuqqas ta’ attenzjoni


      Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk tinnota xi sintomu minn dawn li ġejjin:

    • Ġeneralment ma jkunx qed tħossok tajjeb, problemi fis-snien, ħruq waqt l-għamil ta’ l-awrina, raxx tal-ġilda bl-uġigħ, nuffati tal-ġilda bl-uġigħ, sogħla


      Is-sintomi deskritti hawn fuq jistgħu jkunu sinjali ta’ effetti sekondarji elenkati hawn isfel, li kollha ġew osservati b’ORENCIA fi provi kliniċi fuq adulti:


      Komuni ħafna (jista’ jaffettwa aktar minn persuna 1 minn kull 10):

    • infezzjonijiet tal-parti ta’ fuq tal-passaġġ tal-arja (inklużi infezzjonijiet tal-imnieħer, tal- gerżuma u sinużite).


      Komuni (jista’ jaffettwa sa persuna 1 minn kull 10):

    • infezzjonijiet tal-pulmun, infezzjonijiet tas-sistema tal-awrina, nuffati fil-ġilda bl-uġigħ (herpes), influwenza

    • uġigħ ta’ ras, sturdament

    • pressjoni tad-demm għolja

    • sogħla

    • uġigħ addominali, dijarea, nawsja, stonku mqalleb, ħalq misluħ, rimettar

    • raxx

    • għeja, dgħufija

    • testijiet anormali tal-funzjoni tal-fwied


      Mhux komuni (jista’ jaffettwa sa persuna 1 minn kull 100):

    • infezzjoni tas-snien, infezzjoni tad-dwiefer b’fungus, infezzjoni fil-muskoli, infezzjoni fil-fluss tad-demm, ġbir ta’ materja taħt il-ġilda, infezzjoni tal-kliewi, infezzjoni tal-widnejn

    • għadd baxx ta’ ċelloli tad-demm bojod

    • kanċer tal-ġilda, felul fuq il-ġilda

    • għadd baxx ta’ plejtlits tad-demm

    • reazzjonijiet allerġiċi

    • dipressjoni, ansjetà, disturb fl-irqad

    • emigranja

    • tnemnim

    • għajnejn xotti, tnaqqis fil-vista

    • infjammazzjoni fl-għajnejn

    • palpitazzjonijiet, rata rapida ta’ tħabbit tal-qalb, rata baxxa ta’ tħabbit tal-qalb

    • pressjoni tad-demm baxxa, sensazzjoni ta’ sħana kbira f’daqqa fil-ġisem, infjammazzjoni tal- vażi tad-demm, fwawar fil-wiċċ

    • diffikultà fit-teħid tan-nifs, tħarħir, qtugħ ta’ nifs, aggravar akut ta’ mard tal-pulmun magħruf

      bħala mard pulmonari ostruttiv kroniku (COPD)

    • għafis fil-griżmejn

    • rinite

    • tendenza akbar għat-tbenġil, ġilda xotta, psorijasi, ħmura tal-ġilda, għaraq eċċessiv, akne

    • telf ta’ xagħar, ħakk, ħorriqija

    • uġigħ fil-ġogi

    • uġigħ fl-estremitajiet

    • nuqqas ta’ mestruwazzjoni, mensi eċċessivi

    • mard li jixbaħ l-influwenza, żieda fil-piż, reazzjonijiet relatati mal-infużjoni

      Rari (jista’ jaffettwa sa persuna 1 minn kull 1,000):

    • tuberkolożi

    • infjammazzjoni tal-utru, tat-tubi fallopjani u/jew tal-ovarji

    • infezzjoni gastrointestinali

    • kanċer taċ-ċelloli tad-demm bojod, kanċer tal-pulmun Tfal u adolexxenti b’artrite idjopatika ġovanili poliartikulari

      L-effetti sekondarji esperjenzati fi tfal u adoloxxenti b’artrite idjopatika ġuvenili poliartikulari huma simili għal dawk esperjenzati fl-adulti kif deskritt hawn fuq, bid-differenzi li ġejjin:


      Komuni (jista’ jaffettwa sa persuna 1 minn kull 10):

    • infezzjoni fil-passaġġ tal-arja ta’ fuq (inkluż infezzjonijiet tal-imnieħer, tas-sinus u tal-gerżuma)

    • deni


      Mhux komuni (jista’ jaffettwa sa persuna 1 minn kull 100):

    • demm fl-awrina

    • infezzjoni fil-widnejn


      Rapportar tal-effetti sekondarji

      Jekk ikollok xi effetti sekondarji, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistemata’rappurtarnazzjonalimniżżlaf’AppendiċiV.Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  5. Kif taħżen ORENCIA


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta u l-kartuna wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Aħżen fi friġġ (2°C – 8°C).


    Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.


    Wara rikostituzzjoni u dilwizzjoni, is-soluzzjoni għall-infużjoni tibqa’ stabbli għal 24 siegħa fi friġġ, iżda għal raġunijiet batterjoloġiċi, għandha tintuża minnufih.


    Tużax din il-mediċina jekk tinnota frak opaki, telf fil-kulur jew xi frak barranin preżenti fis-soluzzjoni għall-infużjoni.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih ORENCIA

Id-dehra ta’ ORENCIA u l-kontenuti tal-pakkett

ORENCIA trab għall-konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni huwa trab bajdani għal offwajt li jista’ jidher solidu jew maqsum f’biċċiet.

ORENCIA huwa disponibbli f’pakketti ta’ 1 kunjett u 1 siringa mingħajr silikon, u f’pakketti multipli li fihom 2, jew 3 kunjetti u 2, jew 3 siringi mingħajr silikon (2 jew 3 pakketti ta’ 1).


Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu jitpoġġew fis-suq.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Bristol-Myers Squibb Pharma EEIG Plaza 254

Blanchardstown Corporate Park 2 Dublin 15, D15 T867

L-Irlanda


Manifattur

CATALENT ANAGNI S.R.L.

Loc. Fontana del Ceraso snc Strada Provinciale 12 Casilina, 41

03012 Anagni (FR) L-Italja


Swords Laboratories Unlimited Company t/a Bristol-Myers Squibb Cruiserath Biologics Cruiserath Road, Mulhuddart

Dublin 15 L-Irlanda


image

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

-------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

L-informazzjoni li ġejja hija maħsuba għall-professjonisti tal-kura tas-saħħa biss


Ir-rikostituzzjoni u d-dilwizzjoni għandhom isiru skond regoli ta’ prattika tajba, b’mod partikolari fir- rigward ta’ asepsi.


Għażla tad-doża: ara sezzjoni 3 ‘Kif għandek tuża ORENCIA’ tal-Fuljett ta’ Tagħrif.


Rikostituzzjoni tal-kunjetti: taħt kundizzjonijiet asettiċi, irrikostitwixxi kull kunjett b’10 mL ilma għall-injezzjonijiet, billi tuża siringi bla silikon li jintremew wara l-użu pprovduti ma’ kull kunjett u labra b’toqba 18-21. Neħħi t-tapp li jinfetaħ b’daqqa ta’ saba’ mill-kunjett u imsaħ il-parti ta’ fuq bi swab bl-alkoħol. Daħħal il-labra tas-siringa fil-kunjett minn nofs it-tapp tal-gomma u dderieġi l-ilma għall-injezzjonijiet lejn il-ħġieġ minn ġewwa tal-kunjett. Tużax il-kunjett jekk ma jkunx hemm vakwu preżenti. Neħħi s-siringa u l-labra wara li 10 mL ta’ ilma għall-injezzjonijiet ikun ġie injettat fil- kunjett. Biex tnaqqas il-formazzjoni tar-ragħwa fis-soluzzjonijiet ta’ ORENCIA, il-kunjett għandu jiddawwar b’tidwir ħafif sakemm il-kontenut idub għal kollox. Tħawwadx. Tużax aġitazzjoni fit-tul jew bis-saħħa. Malli t-trab idub għal kolloxċ, għandha tgħaddi l-arja mill-kunjett permezz ta’ labra sabiex titneħħa ragħwa li tista’ tkun preżenti. Wara rikostituzzjoni, is-soluzzjoni għandha tkun ċara u bla kulur għal safranija ċara. Tużahx jekk ikun hemm preżenti partikuli opaki, telf fil-kulur, jew xi

frak barranin oħra.


Preparazzjoni tal-infużjoni: minnufih wara rikostituzzjoni, iddilwa l-konċentrat għal 100 mL b’sodium chloride 9 mg/mL (0.9%) soluzzjoni għall-injezzjoni. Minn borża għall-infużjoni jew flixkun, iġbed volum ta’ 0.9% soluzzjoni ta’ injezzjoni ta’ sodium chloride ugwali għall-volum tal-

kunjetti ta’ ORENCIA rikostitwiti. Żid bil-mod is-soluzzjoni ta’ ORENCIA rikostitwita minn kull kunjett għal ġol-borża ta’ infużjoni jew flixkun permezz tal-istess siringa li tintrema wara l-użu bla silikon ipprovduta ma’ kull kunjett. Ħallat bil-mod. Il-konċentrazzjoni finali ta’ abatacept fil-borża jew fil-flixkun ser tkun tiddependi fuq l-ammont ta’ sustanza attiva li tkun żdiedet, iżda mhux ser tkun iktar minn 10 mg/mL.


Għoti: meta r-rikostituzzjoni u d-dilwizzjoni jsiru taħt kundizzjonijiet asettiċi, ORENCIA soluzzjoni għall-infużjoni tista’ tintuża minnufih jew fi żmien 24 siegħa jekk maħżuna fi friġġ f’temperatura ta’ bejn 2°C u 8°C. Madankollu, għal raġunijiet mikrobijoloġiċi, għandha tintuża minnufih. Qabel l-għoti, is-soluzzjoni ORENCIA għandha tiġi spezzjonata viżwalment għal frak jew telf fil-kulur. Armi s- soluzzjoni jekk jiġu osservati xi frak jew telf fil-kulur. Is-soluzzjoni kollha ta’ ORENCIA, dilwita għal kollox għandha tingħata fuq perjodu ta’ 30 minuta u għandha tingħata b’sett ta’ l-infużjoni u filtru b’livell baxx ta’ tagħqid tal-proteini, mhux piroġeniku u sterili (daqs tal-pori ta’ 0.2 sa 1.2 mcm). Ma għandek taħżen ebda parti tas-soluzzjoni għall- infużjoni għal użu mill-ġdid.


Mediċini oħra: ORENCIA m’għandux jitħallat ma’ mediċini oħrajn jew jittieħed b’infużjoni fl-istess ħin fl-istess linja intravenuża ma’ mediċini oħra. Ma saru ebda studji tal-kompatibilità fiżika jew bijokimika sabiex tiġi evalwata l-ko-amministrazzjoni ta’ ORENCIA ma’ mediċini oħra.


Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.