Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Taxotere
docetaxel

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent


TAXOTERE 20 mg/0.5 ml konċentrat u solvent għal soluzzjoni għall-infużjoni docetaxel


image


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni ghat-Tqegħid fis-Suq

Sanofi Mature IP 54 rue La Boétie 75008 Paris France


Manifatturi

Sanofi-Aventis Deutschland GmbH Industriepark Höchst

65926 Frankfurt am Main

Il-Ġermanja


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq.


België/Belgique/Belgien

Sanofi Belgium

Tél/Tel: +32 (0)2 710 54 00

Lietuva

Swixx Biopharma UAB Tel: +370 5 236 91 40


България

Swixx Biopharma EOOD Тел.: +359 (0)2 4942 480

Luxembourg/Luxemburg

Sanofi Belgium

Tél/Tel: +32 (0)2 710 54 00 (Belgique/Belgien)


Česká republika sanofi-aventis, s.r.o. Tel: +420 233 086 111

Magyarország

sanofi-aventis zrt., Magyarország Tel.: +36 1 505 0050


Danmark

Sanofi A/S

Tlf: +45 45 16 70 00

Malta

sanofi S.r.l.

Tel: +39. 02 39394275


Deutschland

Sanofi-Aventis Deutschland GmbH Tel.: 0800 52 52 010

Tel. aus dem Ausland: +49 69 305 21 131

Nederland

Genzyme Europe B.V.

Tel: +31 20 245 4000


Eesti

Swixx Biopharma OÜ Tel: +372 640 10 30

Norge

sanofi-aventis Norge AS Tlf: +47 67 10 71 00


Ελλάδα

sanofi-aventis AEBE Τηλ: +30 210 900 16 00

Österreich

sanofi-aventis GmbH Tel: +43 1 80 185 – 0


España

sanofi-aventis, S.A. Tel: +34 93 485 94 00

Polska

sanofi-aventis Sp. z o.o. Tel.: +48 22 280 00 00


France

sanofi-aventis France Tél: 0 800 222 555

Appel depuis l’étranger : +33 1 57 63 23 23

Portugal

Sanofi - Produtos Farmacêuticos, Lda. Tel: +351 21 35 89 400

Hrvatska

Swixx Biopharma d.o.o. Tel: +385 1 2078 500

România

Sanofi Romania SRL

Tel: +40 (0) 21 317 31 36


Ireland

sanofi-aventis Ireland Ltd. T/A SANOFI Tel: +353 (0) 1 403 56 00

Slovenija

Swixx Biopharma d.o.o. Tel: +386 1 235 51 00


Ísland

Vistor hf.

Sími: +354 535 7000

Slovenská republika Swixx Biopharma s.r.o. Tel: +421 2 208 33 600


Italia

sanofi S.r.l.

Tel: 800536389

Suomi/Finland

Sanofi Oy

Puh/Tel: +358 (0) 201 200 300


Κύπρος

C.A. Papaellinas Ltd. Τηλ: +357 22 741741

Sverige

Sanofi AB

Tel: +46 (0)8 634 50 00


Latvija

Swixx Biopharma SIA Tel: +371 6 616 47 50

United Kingdom (Northern Ireland) sanofi-aventis Ireland Ltd. T/A SANOFI Tel: +44 (0) 800 035 2525


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

/

It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti fil-qasam mediku:


GWIDA TA’ TAGĦRIF FUQ IL-PREPARAZZJONI GHALL-UŻU B’TAXOTERE 20 mg/0.5 ml KONĊENTRAT BIEX ISSIR IT-TAĦLITA LIKWIDA GĦALL-INFUŻJONI BIS- SOLVENT TA’TAXOTERE


image


Huwa importanti li taqra l-kontenut sħiħ ta’ din il-gwida qabel ma tipprepara jew is-soluzzjoni inizjali tal-bidu ta’ TAXOTERE jew l-infużjoni ta’ TAXOTERE.


  1. FORMULAZZJONI


    TAXOTERE 20 mg/0.5 ml konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni, hija taħlita ċara u magħquda, safra jew safra tagħti fil-kannella, u li għandha 40 mg/ml ta’ docetaxel (anidru) fil-polysorbate 80 u citric acid. Is-solvent ta’ TAXOTERE huwa taħlita ta’ 13% (w/w) ethanol 95% fl-ilma għall- injezzjonijiet.


  2. PREżENTAZZJONI


    TAXOTERE jigi bħala kunjett li ghandu doża waħda.


    Kull kaxxa fiha kunjett wieħed ta’ TAXOTERE (20 mg/0.5 ml) u kunjett wieħed ta’ solvent korrispondenti għal TAXOTERE, f’pakketti bil-fojl.


    Il-kunjetti ta’ TAXOTERETAXOTERE għandhom jinħażnu bejn 2°C u 25°C u jkunu protetti mid- dawl .

    Tużax TAXOTERE wara d-data ta’ skadenza li tidher fuk il-kartuna, il-folja tal-pakkett u l-kunjetti.


    1. Kunjett ta’ TAXOTERE 20 mg/0.5 ml


      • Il-kunjett ta’ TAXOTERE ta’ 20 mg/0.5 ml huwa wieħed ta’ 7 ml magħmul minn ħġieġ ċar b’tapp aħdar li jinfetaħ billi tgħollih.


      • Il-kunjett ta’ TAXOTERE ta’ 20 mg/0.5 ml fih soluzzjoni ta’ docetaxel fil-polysorbate 80 b’konċentrazzjoni ta’ 40 mg/ml.


      • Kull kunjett ta’ TAXOTERE 20 mg/0.5 ml fih 0.5 ml ta’ soluzzjoni ta’ docetaxel, b’konċentrazzjoni ta’ 40 mg/ml fil-polysorbate 80 (volum attwali: 24.4 mg/0.61 ml ). Dan il- volum sar waqt l-iżvilupp ta’ TAXOTERE biex ipatti għat-telf ta’ parti mill-likwidu waqt il- preparazzjoni tas-soluzzjoni inizjali (ara sezzjoni 4) dovut għall-formazzjoni ta’ragħwa, dak li jibqa’ f’kuntatt mal-ħġieġ tal-kunjettu l-ammont ċkejken li jibqa’ fil-flixkun u li ma jkunx jista’ jittella’. Din iż-żieda fil-volum tiżgura li, wara li ssir it-taħlita tal-kontenut sħiħ tal-kunjett tas- solvent mal-kontenut tal-kunjett ta’TAXOTERE, ikun hemm ammont minimu li jista’ jittella’ ta’ 2 ml, li għandu 10 mg/ml docetaxel, li jikkorrispondi għall-ammont indikat fuq it-tabella ta’ 20 mg/0.5 ml kull fjala.


    2. Solvent għall-kunjett ta’ TAXOTERE 20 mg/0.5 ml:


      • Is-solvent għal TAXOTERE 20 mg/0.5 ml huwa f’kunjett tal-ħġieġ ċar ta’ 7 ml u li għandu tapp trasparenti u mingħajr kulur, li jinfetaħ billi tgħollih.


      • Is-solvent għal TAXOTERE hu magħmul minn 13 % (w/w) ethanol 95% fl-ilma għall- injezzjonijiet.

      • Kull kunjett tas-solvent, li tmur ma’ kunjett ta’ TAXOTERE 20 mg/0.5 ml, fiha 1.98 ml. Dan il- volum huwa aġġustat biex jikkomplementa l-volum ta’ TAXOTERE 20 mg/0.5 ml fil-kunjett tiegħu.Iż-żieda tal-kontenut sħiħ tas-solvent mill-kunjett, għall-kontenut tal-kunjett ta’TAXOTERE 20 mg/0.5 ml, jiżgura konċentrazzjoni tas-soluzzjoni inizjali ta’ 10 mg/ml ta’ docetaxel.


  3. RAKKOMANDAZZJONIJIET GĦALL-IMMANIĠĠAR BIL-GALBU


    TAXOTERE hija sustanza kimika għall-użu kontra t-tumuri u, bħal kull sustanza potenzjalment tossika, trid tkun eżerċitata l-kawtela fl-immaniġġar u fil-preparazzjoni tat-taħlitiet ta’ TAXOTERE. L-użu ta’ l-ingwanti huwa irrakkomandat.


    Jekk konċentrat ta’TAXOTERE, jew is-soluzzjoni inizjali ta’ l-infużjoni jew l-infużjoni nnifisha tiġi f’kuntatt mal-ġilda, aħsel immedjatament u sew bis-sapun u l-ilma. Jekk konċentrat ta’TAXOTERE, jew is-soluzzjoni inizjali tal-infużjoni jew l-infużjoni innifisha tiġi f’kuntatt mal-mukoża, aħsel immedjatament u sew bl-ilma.


  4. PREPARAZZJONI TAL-PRODOTT GĦALL-GĦOTI ĠOL-VINA


    1. Preparazzjoni ta’ TAXOTERE, soluzzjoni inizjali (10 mg docetaxel/ml)


      image

      1. Jekk il-kunjetti kienu maħżuna fil-friġġ, ħalli n-numru ta’ kaxex ta’TAXOTERE li għandek bżonn f’temperatura ambjentali (taħt 25°Ċ) għal 5 minuti.


        image

      2. Uża siringa b’labra mwaħħla magħha u tella’ l-kontenut sħiħ tas-solvent ta’TAXOTERE, b’mod asettiku, billi taqleb il- kunjett tas-solvent partjalment rasu ’l isfel.


        image

      3. Injetta il-kontenut sħiħ tas-siringa fil-kunjett korrispondenti ta’ TAXOTERE.

        image

      4. Neħħi s-siringa u l-labra u ħawwad b’idejk billi ddawwar repetutament il-kunjett għal mhux anqas minn 45 sekonda. Iċċekċikx il-kunjett.


        image

      5. Ħalli il-kunjett, li issa fih is-soluzzjoni inizjali, joqgħod għal 5 minuti f’temperatura ambjentali (taħt 25°Ċ) u ara li t-taħlita hija omoġenja u ċara (il-formazzjoni tar-ragħwa hija ħaġa normali u tista’ tibqa’ anke wara 5 minuti dovuta għall- preżenza tal-polysorbate 80 fil-formulazzjoni).


        Is-soluzzjoni inizjali għandha 10 mg/ml docetaxel u għandha tintuża immedjatament wara li tkun ippreparata. Madankollu, l-istabilità kimika u fiżika tas-soluzzjoni inizjali ntweriet li ddum għal 8 sigħat meta tkun maħżuna bejn +2°Ċ jew +8°Ċ jew f’temperatura ambjentali (taħt 25°Ċ).


          1. Preparazzjoni ta’ l-infużjoni


            image

            1. Jista’ jagħti l-każ li jkollok tuża aktar minn kunjett wieħed għas-soluzzjoni inizjali mħallta biex tilħaq id-doża indikata għall-pazjent. Ibażżat fuq id-doża meħtieġa preċiżament f’milligrami għall pazjent,, tella’ b’mod asettiku, l-ammont meħtieġ ta’ soluzzjoni inizjali, li fiha 10 mg/ml ta’ docetaxel, minn numru appropjat ta’ kunjetti b’użu ta’ siringi immarkati, bil-labar f’posthom. Biex nieħdu eżempju, doża ta’ 140 mg ta’ docetaxel tirrikjedi 14 ml ta’ soluzzjoni inizjali ta’ docetaxel .


              image

            2. Injetta l-volum meħtieġ tas-soluzjoni inizjali f’borża jew flixkun ta’ l-infużjoni ta’ 250 ml, li għandha/għandu soluzzjoni ta’ 5% glukosju jew soluzzjoni tal-infużjoni ta’ 9 mg/ml (0.9%) kloridu tas-sodju. Jekk hija meħtieġa doża akbar minn 200 mg ta’ docetaxel, uża volum t’infużjoni akbar biex tiżgura li ma teċċedix il-konċentrazzjoni ta’ 0.74 mg/ml ta’ docetaxel.


              image

            3. Ħawwad il-borża jew il-flixkun ta’ l-infużjoni b’idejk billi iċċaqlaqha/iċċaqalqu minn naħa għall-oħra.


            4. Is-soluzzjoni għall-infużjoni ta’ TAXOTERE għandha tintuża fi żmien 4 sigħat u għandha tingħata b’mod asettiku bħala infużjoni fuq żmien ta’ siegħa f’temperatura ambjentali (taħt 25°Ċ) u f’dawl normali.

              image

            5. Bħal prodotti parenterali kollha, is-soluzzjoni inizjali ta’qabel ta’ TAXOTERE u l-infużjoni għandhom ikunu eżaminati viżwalment qabel l-użu. Soluzzjonijiet li jkollhom xi preċipitat jew frak żgħir għandhom jintremew.


  5. RIMI


Il-materjali kollha li ntużaw għas-soluzzjoni u għall-infużjoni għandhom jintremew kif jixraq skont il- proċeduri irrakkomandati. Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ . Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.