Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Parareg
cinacalcet

FULJETT TA’ TAGĦRIF: INFORMAZZJONI GĦAL MIN QED JAGĦMEL UŻU MINNHA


Parareg 30 mg pilloli miksija b’rita Parareg 60 mg pilloli miksija b’rita Parareg 90 mg pilloli miksija b’rita Cinacalcet


Aqra dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina.


Żomm dan il-fuljett. Jista jkollok bżonn terġa’ taqrah.


Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-

ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sintomi bħal tiegħek.


Jekk xi wieħed mill-effetti sekondarji jiggrava jew jekk tinnota xi effetti sekondarji li m’humiex imsemmijin f’dan il-fuljett, jekk jogħġbok, għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


F’dan il-fuljett:


  1. X’inhu Parareg u għalxiex jintuża

  2. Qabel ma tieħu Parareg

  3. Kif għandek tieħu Parareg

  4. Effetti sekondarji li jista’ jkollu

  5. Kif taħżen Parareg

    Medicinal product no longer authorised

  6. Aktar tagħrif


  1. X’INHU PARAREG U GĦALXIEX JINTUŻA


    Parareg jaħdem billi jikkontrolla l-livelli ta’ l-ormon tal-paratirojde (PHT), tal-kalċju u tal-fosforu fil- ġisem tiegħek. Jintuża biex jikkura problemi ta’ organi magħrufa bħala glandoli paratirojdi. Il- paratirojdi huma erba’ glandoli żgħar fl-għonq, ħdejn il-glandola tat-tirojde li jipproduċu l-ormon tal- paratirojde (PTH).


    Parareg jintuża:

    • għall-kura ta’ iperparatirojdiżmu sekondarju f’pazjenti b’mard tal-kliewi fuq dijalisi.

    • biex inaqqas livelli għolja ta’ kalċju fid-demm (iperkalċimja) f’pazjenti b’kanċer tal-paratirojde

    • biex inqqas livelli għolja ta’ kalċju fid-demm (iperkalċimja) f’pazjenti b’iperparatirojdiżmu primarju li għad għandhom livelli għolja ta’ kalċju fid-demm wara t-tneħħija tal-glandola tal- paratirojde jew meta tneħħija tal-glandola mhix possibbli.


      F’iperparatirojdiżmu primarju u sekondarju jiġi magħmul wisq PHT mill-paratirojdi. Dan jista’ jikkawża telf ta’ kalċju mill-għadam, li jista’ jwassal għall-uġigħ fl-għadam u ksur, problemi bil-kanali tad-demm u tal-qalb, ġebel fil-kliewi, mard mentali u koma.


  2. QABEL MA TIEĦU PARAREG


    Tieħux Parareg


    • TIEĦUX Parareg jekk inti allerġiku/a (tbati minn sensittività eċċessiva) għal cinacalcet jew sustanzi oħra ta’ Parareg.

      Oqgħod attent ħafna b’Parareg


      Qabel ma tibda tieħu Parareg, għid lit-tabib tiegħek jekk għandek jew jekk qatt kellek


    • aċċessjonijiet (attakk epilettiku jew konvulżjonijiet). Ir-riskju li jkollok aċċessjonijiet huwa akbar jekk kellek minnhom qabel;

    • problemi tal-fwied


      Waqt kura b’Parareg, għid lit-tabib tiegħek:

    • jekk tibda jew tieqaf tpejjep, minħabba li dan jista’ jaffettwa il-mod kif taħdem Parareg.


      Meta tieħu mediċini oħra


      Jekk jogħġbok għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta.

      Jekk jogħġbok għid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed tieħu l-mediċini li ġejjin: Dawn jistgħu jaffettwaw kif jaħdem Parareg:

    • mediċini wżati għall-kura ta’ infezzjonijiet tal-ġilda u tal-fungu (ketoconazole, itraconazole, voriconazole) ;, ritonavir, jew rifampicin, għax dawn jistgħu jaffettwaw kif jaħdem Parareg;

    • anti-bijotiċi wżati għall-kura ta’ infezzjonijiet ikkawżati mill-batterji (telithromycin, rifampicin);

    • mediċina wżata għall-kura ta’ infezzjoni tal-HIV u AIDS (ritanovir),


      Parareg jista’ jaffettwa kif jaħdmu dawn li ġejjin:

      Medicinal product no longer authorised

    • mediċini wżati għall-kura tad-depressjoni (amitriptyline, desipramine, nortriptyline, clomipramine u fluvoxamine);

    • mediċini wżati għall-kura ta’ tibdil fir-rata tal-qalb (flecainide u propafenone);

    • mediċini wżati għall-kura ta’ pressjoni għolja tad-demm (metoprolol meta mogħti għall- insuffiċjenza tal-qalb);

    • anti-bijotiċi wżati għall-kura ta’ infezzjonijiet ikkawżati mill-batterji (ciprofloxacin).


      Meta tieħu Parareg ma’ l-ikel u max-xorb


      Parareg għandu jittieħed ma’ l-ikel jew eżatt wara l-ikel.


      Tqala u Treddigħ


      Dejjem għid lit-tabib tiegħek jekk inti tqila jew qed tippjana li toħroġ tqila. Parareg ma ġiex studjat f’nisa tqal. F’każ ta’ tqala, it-tabib tiegħek jista’ jiddeċidi li jimmodifika il-kura tiegħek, minħabba li Parareg tista’ tagħmel ħsara lill-fetu.


      Mhux magħruf jekk Parareg joħroġx fil-ħalib uman. It-tabib tiegħek ser jiddiskuti miegħek jekk għandekx twaqqaf it-treddigħ jew il-kura b’Parareg.


      Itlob il-parir tat-tabib jew ta’ l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu xi mediċina.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni


      Parareg m’għandux jaffettwa l-ħila tiegħek biex issuq u tħaddem magni. Madanakollu huwa rrakkomandat li tistenna u tara kif tħossok wara li tieħu Parareg, qabel ma issuq jew tħaddem magni.

      Jekk għandek intolleranza għal xi zokkrijiet


      Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek intolleranza għal ċerti tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu dan il-prodott mediċinali.


  3. KIF GĦANDEK TIEĦU PARAREG


    Tfal taħt l-età ta’ 18-il sena m’għandhomx jieħdu Parareg.


    Dejjem għandek tieħu Parareg skond il-parir tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew ma’ l-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju. It-tabib tiegħek ser jgħidlek kemm għandek tieħu Parareg.


    Parareg għandu jittieħed mill-ħalq, ma’ l-ikel jew ftit wara l-ikel. Il-pilloli għandhom jittieħdu sħaħ u m’għandhomx jinqasmu.


    It-tabib tiegħek se jieħu kampjuni tad-demm regolari waqt il-kura biex jissorvelja l-progress tiegħek u ser jaġġusta id-doża tiegħek skond il-bżonn


    Jekk qed tiġi kkrat għall-iperparatirojdiżmu sekondarju


    Ġeneralment id-doża tal-bidu ta’ Parareg hija 30 mg (pillola waħda) darba kuljum.


    Jekk qed tiġi kkurat għall-kanċer fil-paratirojde jew għall-iperparatirojdiżmu primarju


    Ġeneralment id-doża tal-bidu ta’ Parareg hija 30 mg (pillola waħda) darbtejn kuljum.


    Medicinal product no longer authorised

    Jekk tieħu Parareg aktar milli suppost


    Jekk tieħu aktar Parareg milli suppost għandek tkellem lit-tabib tiegħek minnufih.


    Jekk tinsa tieħu Parareg


    M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu. Jekk insejt doża ta’ Parareg, għandek tieħu d-doża li jmiss bħas-soltu.

    Jekk għandek xi mistoqsijiet oħra dwar l-użu ta’ dan il-prodott, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  4. EFFETTI SEKONDARJI LI JISTA’ JKOLLU


    Bħal kull mediċina oħra, Parareg jista’ jkollu effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.


    Effetti sekondarji komuni ħafna (osservati f’aktar minn 1 minn kull 10 persuni li jieħdu Parareg):

    • tqalligħ u rimettar, dawn l-effetti sekondarji normalment huma ħfief u ma jdumux ħafna.


      Effetti sekondarji komuni (osservati f’aktar minn 1 minn kull 100 persuna li jieħdu Parareg):

    • sturdament

    • sensazzjoni ta’ tnemnim jew tingiż (parasteżija)

    • telf ta’ l-aptit (anoressija)

    • uġigħ fil-muskoli (majalġja)

    • debbulizza (astenja)

    • raxx

    • tnaqqis fil-livelli ta’ testosterone

      Effetti sekondarji mhux komuni (osservati f’aktar minn 1 minn kull 1000 persuna li jieħdu Parareg):

    • aċċessjoniiet

    • indiġestjoni (dispepsja)

    • dijarea

    • reazzjoni allerġika (sensittività eċċessiva)


      Jekk xi wieħed mill-effetti sekondarji jiggrava jew jekk tinnota xi effetti sekondarji li mhumiex imsemmijin f’dan il-fuljett, jekk jogħġbok, għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


      Jekk jibda jkollok tnemnim jew tingiż madwar il-ħalq, uġigħ fil-muskoli jew bugħawwiġ u aċcessjonijiet għandek tgħid lit-tabib tiegħek immedjatament. Dawn jistgħu jkunu sinjali li l-livelli tal-kalċju tiegħek huma baxxi wisq (ipokalċimja).


      Wara li ħadu Parareg numru żgħir ħafna ta’ pazjenti b' insuffiċjenza tal-qalb kellhom irkadar tal- kundizzjoni. Pressjoni baxxa (ipotensjoni) ġiet osservata ukoll f' numru żgħir ħafna ta' dawn il- pazjenti. Peress li ġew osservati numru hekk żgħir ta’ każijiet, mhux magħruf jekk dawn humiex minħabba Parareg, jew le.


  5. KIF TAĦŻEN PARAREG


    Żommu fejn ma jintaħaqx u ma jidhirx mit-tfal.


    Dan il-prodott mediċinali ma jeħtieġx kundizzjonijiet speċjali għall-ħażna.


    Tużax Parareg wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-kaxxa ta’ barra u fuq il-folja wara JIS. Id-Data ta’ skadenza tirreferi għal l-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

    Medicinal product no longer authorised

    (jew) Tużax Parareg wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-kaxxa ta’ barra u fuq il-flixkun


    Il-mediċini m’għandhomx jintremew ma’ l-ilma tad-dranaġġ jew ma’ l-iskart domestiku. Staqsi lill- ispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għankekx bżonn. Dawn il-miżuri jgħinu għal protezzjoni ta’ l-ambjent.


  6. AKTAR TAGĦRIF


X’fih Parareg:


Is-sustanza attiva hi cinacalcet. Kull pillola miksija b’rita fiha 30 mg, 60 mg jew 90 mg ta’ cinacalcet (bħala hydrochloride).


Is-sustanzi l-oħra huma:


Il-linka għall-istampar fiha: shellac glaze, iron oxide iswed (E172).

Id-Dehra tal-prodott u d-daqs tal-pakkett:


Parareg hija pillola ħadra ċara, miksija b’rita. Għandhom għamla ovali u “30”, “60” jew “90” stampat fuq naħa u “Amgen” fuq in-naħa l-oħra.


Parareg huwa disponibbli f’folji b’pilloli miksija b’rita ta’ 30 mg, 60 mg jew 90 mg. Kull pakkett ta’ folji fih 14, 28 jew 84 pillola f’kartuna.


Parareg huwa disponibbli fi fliexken b’pilloli miksija b’rita ta’ 30 mg, 60 mg jew 90 mg, ġo kartuna. Kull flixkun fih 30 pillola.


image

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.


Manifattur: Amgen Europe B.V. Minervum 7061

4817 ZK Breda L-Olanda


Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq:

Dompé Biotec S.p.A. Via San Martino 12

I-20122 Milan Italja


Medicinal product no longer authorised

Dan il-fuljett kien approvat l-aħħar f’


https://www.emea.europa.eu/