Paġna ewlenija Paġna ewlenija
AstraZeneca

Plenadren
hydrocortisone

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent


Plenadren 5 mg pilloli li jerħu l-mediċina b’mod modifikat Plenadren 20 mg pilloli li jerħu l-mediċina b’mod modifikat Hydrocortisone


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.



Tfal u adolexxenti


Plenadren mhuwiex rakkomandat għall-użu fit-tfal u l-adolexxenti taħt it-18-il sena għax ma ġiex studjat f’dawn il-pazjenti.


Mediċini oħra u Plenadren


Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra. Waqt kura fit-tul b’mediċini għall-kura ta’ infezzjonijiet (antibijotiċi) jista’ jkun hemm il-bżonn li d- doża ta’ Plenadren tiġi mibdula mit-tabib tiegħek. Jekk użat ma’ mifepristone, kura użata biex ittemm it-tqala, l-effett ta’ Plenadren jista’ jitnaqqas.


Barra minn hekk, għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tuża xi waħda mill-mediċini li ġejjin, minħabba li jista’ jkun hemm il-bżonn li d-doża ta’ Plenadren tinbidel:

Rappurtar tal-effetti sekondarji


Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina


  1. Kif taħżen Plenadren


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta tal-flixkun u l-kartuna wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  2. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Plenadren

Is-sustanza attiva hija hydrocortisone.


Plenadren 5 mg: Kull pillola li terħi l-mediċina b’mod modifikat fiha 5 mg ta’ hydrocortisone. Plenadren 20 mg: Kull pillola li terħi l-mediċina b’mod modifikat fiha 20 mg ta’ hydrocortisone.


Is-sustanzi mhux attivi huma hypromellose (E464), ċelluluża mikrokristallina (E460), lamtu preġelatinizzat (qamħirrun), silika anidra kollojdali (E551) u magnesium stearate. Is-sistema ta’ kisi hija taħlita ta’ macrogol (3350), alkoħol polyvinyl, talc (E553b) u titanium oxide (E171). Il-pilloli ta’ 5 mg fihom ukoll iron oxide aħmar (E172), iron oxide isfar (E172) u iron oxide iswed (E172).


Kif jidher Plenadren u l-kontenut tal-pakkett


Il-pilloli li jerħu l-mediċina b’mod modifikat huma tondi (dijametru ta’ 8 mm) u konvessi. Il-pilloli ta’ 5 mg huma roża. Il-pilloli ta’ 20 huma bojod.

Plenadren jiġi fi fliexken b’għatu bil-kamin li fihom 50 pillola; Daqsijiet tal-pakkett:

Kartun li jkun fihom flixkun wieħed ta’ 50 pillola li jerħu l-mediċina b’mod modifikat.

Kartuna li jkun fiha 2 fliexken ta’ 50 pillola li jerħu l-mediċina b’mod modifikat (100 pillola).


Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu disponibbli fil-pajjiż tiegħek.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Takeda Pharmaceuticals International AG Ireland Branch

Block 3 Miesian Plaza

50-58 Baggot Street Lower Dublin 2

L-Irlanda

Tel: +800 66838470

E-mail: medinfoEMEA@takeda.com


Manifattur

Takeda Pharmaceuticals International AG Ireland Branch Block 3 Miesian Plaza

50-58 Baggot Street Lower Dublin 2

L-Irlanda


Shire Pharmaceuticals Ireland Limited Block 2 & 3 Miesian Plaza

50-58 Baggot Street Lower Dublin 2

L-Irlanda


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ .

Informazzjoni ddettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini . Hemm ukoll links għal siti elettroniċi oħra dwar mard rari u kura.